Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1313314
23 bijografiji illum • Il-ĦADD 29 TA' NOVEMBRU 2020 Il-ħajja ta' Milan Gorkić (1904 - 1937) ALFRED CONSIGLIO Milan Gorkić twieled fid-19 ta' Frar 1904 f 'Sarajevo. Huwa kien ta' nisel Ċek u ismu propju kien Josip Čižinski. Missieru, tapizzar, kien membru tal-Partit Soċjal Demokratiku taċ- Ċekoslovakkja. Huwa u martu Antonja Mimerova marru jgħixu fil-Bosnja. F'Sarajevo l-missier kien jaħdem mal-amministrazzjoni tal-belt. Fl- 1921 il-familja tkeċċiet u marret iċ- Ċekoslovakkja wara li l-missier kien involut fi strajk u akkużat li kien komunist. Milan studja fi skola elementari fi Bosanski Brod, u wara kompla l-istudji f 'Derventa, iżda minħabba l-gwerra kellu jitlaq mill-iskola. Fl-1915 Gorkić irnexxielu jidħol fl-Iskola Għolja tal- Istudenti. Tliet snin wara irritorna Sarajevo biex jattendi fl-Akkademja tal- Kummerċ ta' Sarajevo. Kemm dam fl-Akkademja huwa ssieħeb mal-Organizzazzjoni tal- Ħaddiema Intellettwali (SK), u kien jaqra x-xogħlijiet ta' Marx u Engels, kif ukoll il-magażin rivoluzzjonarju 'Plamen' ta' Miroslav Krleža (1893-1981). Fl-1 ta' Mejju 1919 huwa ġie arrestat. Meta twaqqfet il-Lega taż-Żgħażagħ Komunisti tal-Jugoslavja fl-4 ta' Diċembru 1919, Gorkić inħatar membru tat-tmexxija. Wara l-Ewwel Kungress fl- 1921 kien deċiż li l-Lega tinqasam f 'żewġ fergħat, apprentisti u studenti. Gorkić inħatar Segretarju tal-fergħa studenteska. Fit-28 ta' Novembru 1920 huwa tkellem f 'Derventa mal-membri tal-Partit Komunista tal-Jugoslavja. F'Diċembru tal-istess sena huwa beda jgħallem fid- Dar tal-Ħaddiema ta' Sarajevo. F'Diċembru 1920 mijiet ta' komunisti sfaw arrestati u l-partit tħarbat. Gorkić kien strumentali fir-riorganizzar tal- partit u l-lega. Huwa nħatar Segretarju tal-Kumitat Reġjonali tal-Lega. Huwa ngħata ettograf (apparat għal kupjar ta' dokumenti bl-użu ta' pjanċa tal-ġelatina) biex jistampa fuljetti propagandistiċi. Gorkić u ħabib tiegħu, Maks Schwarz (1904-1979) żaru Belgrad u meta rritornaw lura, sfaw arrestati. Gorkić intefa' l-ħabs għal sitt xhur. Wara li ħareġ, tkeċċa mill-Akkademja tal-Kummerċ. Huwa beda jaħdem bħala editur tal-ġurnal tal- ħaddiema "Radničko Jedinstvo" (Għaqda tal-Ħaddiema). Bħala editur huwa kiteb dwar ix-xena politika internazzjonali. Fl- 1923 Gorkić beda jaħdem ma' magazin ieħor, "Narod" (Il-Poplu). F'dan iż-żmien kien kontinwament taħt sorveljanza tal- pulizija. Fl-10 ta' Lulju 1922 Gorkić kien elett f 'kummissjoni li kellha titratta l-kwistjonijiet politiċi u trejdunjonistiċi. Is-sessjoni kkritikat l-attività ta' Sima Marković (1888-1939) u sieħbu Ilija Milkić (1884-1968) u ntqal li t-tnejn kienu ġġustifikaw ruħhom fl-iżbalji tagħhom. Gorkić ma qabilx ma' din id- deċiżjoni, u t-tnejn li huma telqu 'l barra. Fil-laqgħa ttieħed vot jekk it-tmexxija kelliex tibqa' f 'Belgrad, u l-maġġoranza vvotat iva. Gorkić emigra lejn Moska f 'Lulju 1923. Fl-1924 inħatar membru tal- Kumitat Ċentrali tal-partit iżda tkeċċa mill-Jugoslavja. F'Moska huwa nħatar fl-1927 membru tal-Presidju tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Internazzjonali Komunista. Huwa żżewweġ lil Berta Glen fil- Ġermanja. Fl-1930 huwa ġie appuntat ir-rappreżentant tal-Comintern għal Partit Komunista Ingliż, u fl-istess żmien ħadem għal Partit Komunista tal- Jugoslavja (KPJ) fil-Comintern, li kien immexxi minn Georgi Dimitrov (1882- 1949). Bejn l-1928 u l-1931 Gorkić kien kollega ta' Nemanja Borjan. Fl-1932 Gorkić kien innominat Segretarju Ġenerali tal-KPJ u mexxa lill-partit fl-eżilju minn Vjenna, Pariġi u Moska. Fit-28 ta' Frar 1933 il-Kumitat Ċentrali tal-KPJ ikkritika lil Đuka Cvijić (1896- 1938) talli dan ma qabilx li jkun hemm indħil minn partiti komunisti oħrajn. Bejn l-1932 u l-1936 Gorkić għex f 'Moska għal tliet xhur biss. L-ewwel arresti f 'Moska seħħew fl-1936 . Gorkić issejjaħ Moska f 'Ġunju 1937. Huwa ġie akkużat li kien spija Ingliż; huwa ġie arrestat fit-23 ta' Ottubru u kien iffuċillat fl-1 ta' Novembru 1937. Martu Berta, Direttur tal-Park tal- Kultura f 'Moska, sfat arrestata wkoll u xkubettjata.