Illum previous editions

ILLUM 29 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1313314

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 29 TA' NOVEMBRU 2020 • illum Mingħajr aċċess tajjeb għall- impjiegi u l-faċilitajiet soċjali u tal-komunità, il-kwalità tal-ħajja ta' persuna tonqos drastikament. Netwerk effiċjenti tat-trasport nazzjonali huwa vitali minħabba li l-attivitajiet tagħna ta' kuljum jiddependu fuq il-faċilità tal- mobilità tagħna. Aħna min aħna, u nagħmlu x' nagħmlu, l-esperjenza tagħna ta' kif naslu minn punt A sa B taffetwa ħafna aspetti tal-ħajja tagħna ta' kuljum. "It-traffiku f 'Malta huwa suġġett jaħraq," jgħid Ivan Fava, Strategic Unit Manager fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar (PA). "F'dan ir-rigward, parti mir- rwol tal-Awtorità huwa li tressaq viżjoni strateġika ta' livell għoli li tiffaċilita bidla drastika. Fi kliem ieħor, irridu nħeġġu lil pubbliku sabiex inaqqas l-użu tal-karozzi privati u nippromowvu użu ta' modi ġodda ta' trasport li jnaqqsu l-konġestjoni tat-traffiku. " Fl-2015, l-Awtorità stabbiliet il-problemi u l-għanijiet ewlenin għat-transport f 'Malta fil-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp (SPED); pjan ħolistiku għas-sostenibbiltà ta' pajjiżna. Il- motivazzjoni kienet li nħarsu lejn l-għanijiet minn aspett ġenerali, li jekk jiġu inkorporati b'mod xierqa fil-leġislazzjoni sussidjarja u l-policies lokali, inrawwmu t-tkabbir soċjoekonomiku ta' Malta filwaqt li nissalvagwardjaw l-ambjent u l-kwalità tal-ħajja tagħna. "Id-dipendenza għolja fuq il- karozzi taffettwa direttament is-saħħa u l-ambjent tagħna," ikompli s-Sur Fava. Minbarra li tiddeterjora l-kwalità tal- arja permezz tal-konġestjoni u l-emissjonijiet tal-vetturi, żieda fl-ivvjaġġar iwassal biex art tkun okkupata minn toroq u parkeġġi - u b'hekk taffettwa l-wirt kulturali u naturali tagħna, inkluż iż-żoni agrikoli. Bħala għodda biex tappoġġja żvilupp sostenibbli, l-iSPED joffri direzzjoni strateġika biex ittaffi d-diffikultajiet fl-ivvjaġġar ġewwa Malta, u hija disponibbli għal kull parti interessata - inkluż membri tal-pubbliku. L-għanijiet tal- iSPED jiffurmaw viżjoni maħsuba biex tagħti iktar dettal fuq livell nazzjonali, lokali u dak privat. Tlieta mill-għanijiet tematiċi tal-iSPED huma mmirati lejn l-ivvjaġġar f 'Malta: l-ewwelnett, li tiġi mħeġġa bidla għal netwerk tat-trasport integrat filwaqt li jitnaqqsu l-effetti ħżiena fuq l-ambjent; it-tieni, biex tiffaċilita s-servizzi tat-trasport pubbliku u modi oħra ta' vjaġġar ekoloġiċi; u, t-tielet għan huwa li jiġi żgurat l-operat effiċjenti tal-portijiet u l-ajruporti ta' Malta filwaqt li jitnaqqsu l-impatti negattivi fuq l-ambjent. "Netwerk ta' trasport integrat jirreferi għad-disponibbiltà ta' modi differenti ta' trasport," jispjega s-Sur Fava, "li jfisser li wieħed jista' jiċċikla jew juża x-xarabank biex imur f 'terminal tal-laneċ u jaqbad il-lanċa għal tas-Sliema jew il-Belt, biex b'hekk jevita li juża karozza privata. Dan huwa diġà possibbli f 'xi postijiet. Madankollu, biex titnaqqas b'mod adegwat id-dipendenza fuq il- karozza, sistema bħal din għandha tkun preżenti fil-pajjiż kollu. "Diġà rajna titjib permezz tal-introduzzjoni ta' karreġġjati ddedikati għall-karozzi tal-linja u għar-roti, u faċilitajiet ta' park and ride, iżda għandna bżonn immaniġġjar aħjar tat-traffiku u sigurtà mtejba fit-toroq. Aħna niffaċċjaw ukoll il-kwistjoni tal- konnettività, għax anke jekk proġett jakkomoda soluzzjonijiet innovattivi tal-ivvjaġġar, kif imbagħad se jingħaqdu mal-bqija tal-pajjiż? " Minħabba d-daqs żgħir ta' Malta, dejjem se niffaċċjaw l-problema ta' economies of scale baxxi, speċjalment fil-qasam ta' trasport pubbliku alternattiv. "Modi oħra ta' vjaġġar jistgħu jkunu mixtieqa, iżda l-Gvern irid jiżgura li huma vijabbli," jkompli s-Sur Fava. "Ma nistgħux ninsew li kull azzjoni taffettwa l-ambjent naturali tagħna. Allura, meta nitkellmu dwar sistema bħal metro, kif se jkollha impatt fuq l-ambjent u l-ġeoloġija tagħna, u x'se nagħmlu bl-iskart tal- kostruzzjoni ġġenerat? Irridu nevalwaw l-vantaġġi u l-iżvantaġġi biex nidentifikaw direzzjoni li tagħmel l-inqas ħsara possibbli u toffri l-ikbar benefiċċju għas- soċjetà. " Hekk kif is-Sur Fava jirrifletti dwar kif netwerk tat-trasport aktar integrat jista' jiġi realizzat, huwa jsostni li l-iżviluppaturi u s-settur privat jistgħu diġà jgħinu biex itaffu l-konġestjoni tat- traffiku u jtejbu l-kwalità tal-arja. "Proġetti ta' żvilupp li joħolqu spazji għall-impjiegi għandhom jintroduċu pjanijiet ta' transport ekoloġiċi, bħall-provvediment ta' roti, chargers tal-karozzi elettriċi fuq il-post u trasport kollettiv għall-impjegati." "Fl-iSPED, inħeġġu din il-bidla bħala viżjoni strateġika għall- pajjiż kollu. Id-dokument qiegħed hemm biex jużah kulħadd u jiġi implimentat. Huwa importanti li permezz tal-konsultazzjonijiet pubbliċi tagħna, kull individwu jkun jista' jipparteċipa wkoll fir-reviżjoni tal-iSPED issa li għadda l-perjodu ta' 5 snin u beda l-proċess. L-azzjoni u l-impenn fil-livelli kollha tas-soċjetà huma kruċjali biex niżguraw li l-vuċijiet kollha jinstemgħu, għalhekk inħeġġeġ lin-nies jinvolvu ruħhom u jieħdu inizjattiva. " Il-Pjan Strateġiku ta' Malta għall-Ambjent u l-Iżvilupp jinsab fuq is-sit elettroniku https://www. pa.org.mt/en/strategic-plan It-triq lejn netwerk tat-trasport integrat B'dipendenza fuq il-karozzi, popolazzjoni dejjem tiżdied u żvilupp fuq skala kbira, sabiex tinstab soluzzjoni għat trasport f'Malta teħtieġ sforz kbir. Is-Sur Ivan Fava, mill-Awtorità tal- Ippjanar, jispjega għaliex l-impenn għall-viżjoni spazjali strateġika ta' Malta jista' jgħin biex jirfina s-sistema tat- trasport tal-pajjiż u jwaqqaf iż-żieda fit-traffikuw

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 November 2020