Illum previous editions

ILLUM 6 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1315438

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 analiżi illum • IL-ĦADD 6 TA' DIĊEMBRU 2020 Salesjani u lil dawk li jaħdmu f 'din id-dar biex jipprovaw jaħdmu ma' żgħażagħ li għal raġuni jew oħra ma jkunux iridu jikkoperaw. Spjega kif ġieli jkun il-każ li jinnotaw li żagħżugħ ikollu bżonn għajnuna aktar professjonali u għalhekk jgħinuh biex jingħata kenn xi mkien ieħor. "Ma rridux li nikkontrollaw il-ħajja ta' dawn iż-żgħażagħ," kompla Patri Savio. "Irridu ngħinuhom joħorġu miċ-ċirku tal- faqar. Ma rriduhomx iħossuhom komdi fil-faqar għax platt sħun se jsibuh lest. Jekk nagħmlu hekk inkunu qed nisirqu l-post ta' żgħażagħ oħra li jixtiequ jibnu ħajjithom u jgħixu ħajja indipendenti," insista. Dar Mamma Margherita: Saqaf sakemm isibu akkomodazzjoni biex jgħixu għal rashom Apparti Dar Osanna Pia, is-Salesjani għandhom ukoll Dar Mamma Margherita, li ġġib isem omm San Ġwann Bosco li kienet laqgħet fid-dar tagħha l-ewwel żgħażagħ li ġabar binha. Illum il-ġurnata mhux dejjem faċli li persuna ssib appartament biex tikri bi prezz raġonevoli, b'mod partikolari dawn iż-żgħażagħ li jkunu għaddew minn sfidi u jkunu qed jibnu ħajjithom. Għalhekk, Dar Mamma Margherita, miuħa fl-2014, isservi bħala estensjoni ta' Dar Osanna Pia u toffri lil dawn iż- żgħażagħ, li jkunu lesti biex jgħixu ħajja indipendenti, residenza sakemm isibu akkomodazzjoni alternattiva biex ikunu jistgħu jmorru jgħixu għal rashom u jibnu l-ħajja tagħhom. Fil-fatt, Dar Mamma Margherita, jispjega Patri Savio, toffri saqaf lil seba' żgħażagħ. Kull wieħed minnhom għandu appartament għalih u jista' jgħix għal rasu, anke jekk nies bħal Patri Savio jkunu għadhom viċin tagħhom u jkunu jistgħu jgħinuhom fejn ma jaslux. "Jixtru l-affarijiet huma u jagħtu s-sehem tagħhom għax ikunu jaħdmu. Imma aħna ngħinuhom. Bħal fil-każ ta' familja wara kollox. Hawn żgħażagħ jistudjaw u jaħdmu iżda jitolbu xi ħaġa tal-flus lill-ġenituri tagħhom biex ikunu jistgħu joħorġu mal- ħbieb. Nippruvaw ma nħallux lilhom jiġu jitolbuna l-għajnuna imma ngħinuhom minn jheddna. Bħal familja," kompla Patri Savio. Fi żmien il-pandemija, b'mod partikolari, dawn iż-żgħażagħ kellhom bżonn ħafna għajnuna kompla jispjega. "Stajna ngħinuhom anke f 'każi ta' kwarantina u għalhekk konnha nixtrulhom l-affarijiet aħna. Kien hemm oħrajn li baqgħu jistudjaw u ma għandhomx dħul u għalhekk aħna naraw li almenu jkollhom għall-ħtiġijiet tagħhom." Kuntrattur joffri kirjiet sussidjati għal dawn iż-żgħażagħ Kif spjegat aktar qabel, it-tir huwa dejjem li dawn iż-żgħażagħ isibu appartament fejn ikunu jistgħu jkomplu bil-ħajja tagħhom. Il- providenza ma tonqosx lanqas. Patri Savio rrakkonta mal-ILLUM kif ġew f 'kuntatt ma' kuntrattur li se jibda jgħinhom biex dawn iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jikru mingħandu bi prezz sussidjat. Patri Savio appella kuntratturi oħra u sidien biex jgħinu wkoll lil dawk iż- żgħażagħ. Mhux jippretendu palazzi imma proprjetajiet żgħar li forsi jkunu ilhom vojta u li iżda jkunu ideali biex dawn iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jikru bi prezz sussidjat u għall-ewwel darba jkollhom darhom. "Illum mhux faċli tikri. Malli jibdew jaħdmu jridu jgħaddu s-snin biex ikollhom biżżejjed flus taħt rashom biex ikunu jistgħu jikru u fl-istess waqt ikomplu bil- ħajja tagħhom," kompla jispjega. Il-Milied mhux żmien faċli għal kulħadd... Il-Milied jinsab wara l-bieb. Dwar dan tkellimna wkoll ma' Patri Savio li insista li dawn iż-żgħażagħ ibatu minn ħafna solitudni b'mod partikolari f 'dawn iż- żminijiet. "Meta jaraw lil sħabhom jinġabru mal- familji tagħhom, speċjalment f 'dawn iż- żminijiet, iħossuhom ħafna waħedhom. Naraw kif intaffulhom," insista. Apparti l-Milied, bħal kulħadd, din is-sena dawn iż-żgħażagħ batew ukoll minħabba l-pandemija. Minħabba r-restrizzjonijiet it li xejn jistgħu joħorġu jew jiltaqgħu ma' sħabhom. "Imma aħna dejjem nuruhom li din hija esperjenza li kulħadd minnha jrid jitgħallem. Kull ċirkostanza li ngħaddu minnha, hija tagħlima," insista. 'Qed inbatu biex insibu l-finanzi, postijiet tax-xogħol u ħbiberija'' Fi kliemu, ġralhom bħal ħafna familji. "Qed inbatu biex insibu l-finanzi, postijiet tax-xogħol għaż-żgħażagħ u nuqqas ta' ħbiberija. Bażikament kollox wieqaf. Mhuwiex żmien tal-proġetti," kompla Patri Savio. Fl-aħħar nett, l-ILLUM staqsiet lil Patri Savio x'iridu jagħmlu żgħażagħ li forsi se jkunu qed jaqraw din l-intervista u li jħossu li s-Salesjani jistgħu jgħinhom. Spjega kif iż-żgħażagħ kollha li jkunu residenti f 'Dar Osanna Pia huma żgħażagħ li jkunu ġew riferuti lilhom mingħand l-Aġenzija l-Appoġġ. "Tiddejqux u tistħux. Morru l-Appoġġ. Ikollkom ħaddiema soċjali li jsegwukom u jiddiskutu magħkom x'servizzi jgħoddu għalikom," temm jappella Patri Savio.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 December 2020