Illum previous editions

ILLUM 6 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1315438

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 6 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum aħbarijiet The Flying Carpet Importers of hand-knotted Oriental carpets THE FLYING CARPET - OLD RAILWAY TRACK, ATTARD Mon - Tues, Thurs - Sat 10am – 12pm • Wednesday morning closed Mon - Fri – 4.30pm - 7pm Importers of: Various hand knotted carpets and Kilims, Non Slip Underlay, Dry and Liquid shampoo. Mobile No. 7953 PJAN fit-tul għall-immaniġġjar tal- iskart se jitressaq għal konsultazzjoni pubblika biex jappoġġa l-viżjoni tal- gvern li pajjiżna jsir fost l-aqwa pajjiżi fl-Unjoni Ewropea fis-settur tal-im- maniġġjar tal-iskart. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia li spjega li l-għan aħħari ta' dan il-pjan għall-im- maniġġjar tal-iskart 2021-2030 huwa li jimmassimizza l-valur tal-iskart permezz ta' soluzzjonijiet ħolistiċi u l-adozzjoni ta' approċċ kollaborattiv filwaqt li jippromwovi tibdiliet fl-im- ġiba. Dan se jwassal biex pajjiżna jilħaq il-miri ambizzjużi tiegħu sal- 2030. Il-pjan propost huwa bbażat fuq l-għaxar punti msemmija hawn taħt. Dawn il-miżuri jinkludu: Il-mixja lejn ekonomija ċirkulari: In- ċentivi fiskali li jippromwovu t-tiswija u l-użu mill-ġdid tal-prodotti; il-bini ta' ċentru għat-tiswija u l-użu mill- ġdid; inċentivi għall-użu ta' materjal riċiklat. Il-prevenzjoni tal-Iskart: Online swap shops; app li tippubbliċizza prat- tiċi tajbin u informazzjoni real-time. Separazzjoni tal-Iskart: Separazzjo- ni mandatorja għal kulħadd, inklużi stabbilimenti kummerċjali; intro- duzzjoni tal-borża ġdida għar-riċiklar tal-karti. Il-Ġbir tal-Iskart: Nibdew il-mix- ja lejn approċċ reġjonali li se jwassal għal economies of scale; modernizzar tal-flotta; introduzzjoni ta' sistema armonizzata nazzjonali għall-ġbir tal- iskart. L-Infrastruttura għat-Trattament tal-Iskart: ECOHIVE – impjanti state- of-the-art biex innaqqsu d-dipenden- za ta' pajjiżna fuq il-miżbliet. Responsabbiltà Estiża tal-Produttur: Esplorati sistemi ġodda għar-rimi ta' żjut, għat-tajers u t-tessuti fost l-oħra- jn. L-Iskart Kummerċjali: Aktar ġbir ta' skart organiku bla ħlas; introduzzjoni ta' eco-label għal stabbilimenti kum- merċjali. Kampanji edukattivi, Monitoraġġ u Konformità: Reklutaġġ green champi- ons; insaħħu l-infurzar biex jitnaqqas l-abbuż; awtoritajiet governattivi jiżvelaw informazzjoni fuq min qed jikser dawn il-provedimenti. Il-Ġestjoni tad-Data, Riċerka u Żvi- lupp: nintroduċu sistemi diġitali av- vanzati, inklużi dawk ta' intelliġenza artifiċjali fl-immaniġġjar ta' skart solidu. Il-Partijiet Interessati: ħidma id f'id mar-residenti, mal-kunsilli lokali u ma' gvernijiet reġjonali, mas-set- tur kummerċjali, mal-industrija u mal-awtoritajiet governattivi. Miri 2030: Separazzjoni mandatorja tal-iskart, borza gdida ghal karti u impjanti flok mizbliet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 December 2020