Illum previous editions

ILLUM 6 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1315438

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 6 TA' DIĊEMBRU 2020 Carmel Bonnici L-aktar films favoriti ta' żmien il-Milied (1) Għad-distributuri tal-films u s-sidien tas-cinemas (forsi din id-darba se tkun eċċezzjoni), l-vaganzi ta' żmien il-Milied huma l-aktar perjodu profittabbli għalihom. Kull sena, matul dan iż-żmien, joħorġu diversi produzzjonijiet ambjentati propji f 'dan l-istaġun jew bit-tema reali tal-Milied. Ħafna minn dawn ix-xogħlijiet meta jgħaddu dawn il-festi l-atmosfera tagħhom titlef l-għan tagħha u xi wħud anki jintesew darba għal dejjem. Pero', nsibu numru sostanzjali ta' films oħrajn li baqgħu kull sena mfittxijin f 'dan il-perjodu ta' ferħ. Numru kbir ta' spettaturi jerġgħu jarawhom fuq xi DVD jew meta t-televiżjoni, b'domanda qawwija, jirrepetu t-transmissjoni tagħhom. F'dan l-artiklu, l-ewwel li se nsemmi xi films b'tema tal- Milied u wara xi produzzjonijiet li tassew żammew ħajja l-popolarità tagħhom sal-preżent. Il-Milied ipprovda ħafna finali sentimentali għal diversi films. Xogħlijiet ibbażati kważi kompletament fuq din il-festa jinkludu: The Holly And The Ivy, Tenth Avenue Angel, Miracle On 34th Street, White Christmas, Christmas Eve, Christmas In Connecticutt, The Bishop's Wife, I'll Be Seeing You u diversi oħrajn, speċjalment versjonijiet differenti ta' A Christmas Carol. Xenarju sabiħ tal-Milied deher f 'The Bells Of St. Mary, The Inn Of The Sixth Happiness, The Man Who Came To Dinner, Holiday Inn, Since You Went Away, Three Godfathers, It's A Wonderful Life, Young At Heart, Meet Me In St. Louis, On Moonlight Bay, Little Women, The Cheaters, u Desk Set fost oħrajn. Nill-banda l-oħra kien hemm dawk li għaddew Milied miżerabbli f 'Things To Come, O'Henry's Full House (fl-episodju The Gift Of The Magi), The Apartment, Meet John Doe, The Glenn Miller Story, The Christmas Tree, Christmas Holiday u The Victors. Ukoll, ma kien hemm xejn speċjali x'jiċċelebraw fil-qorti Ingliż fil-Milied tal-1189 il-karattri ta' The Lion In Winter. Santa Klaws innifsu deher f 'Miracle On 34th Street, interpretat minn Edmund Gwenn u meta reġa' nħadem minn Richard Attenborough, f 'The Lemon Drop Kid minn Bob Hope, f 'The Light At Heart minn Monty Woolley u Robin And The 7 Hoods mir-Rat Pack (il-gang ta' Frank Sinatra). Walt Disney tah parti f 'Babes In Toyland u ġo film qasir The Night Before Christmas. Fil-verżjoni tal- 1934 ta' Babes In Toyland, Laurel & Hardy sabuh sid irrabjat ta' negozju. Tim Allen kien is-sostitut tiegħu f 'The Santa Clause u s-sequels ta' wara. Kellna wkoll Bad Santa u ftit snin ilu Bad Santa 2 maħdum b'mod mhux dinjituż minn Billy Bob Thornton. Kien hemm ukoll min iċċelebra din il-festa f 'ambjent stramb bħal f 'dawn ix-xogħlijiet; Knights Of The Round Table, , Conquest Of Space, Scott Of The Antarctic, Encore (waqt cruise tax-xitwa), Destination Tokyo (ġo sottomarin), The Nun's Story (f 'missjoni fil-Kongo) u Black Narcissus (f 'monasteru tas-sorijiet Anglikani fuq il-muntanji fl-Indja). F'dawn l-aħħar snin l-istil inbidel totalment bi produzzjonijiet li juru familji jiltaqgħu għand il-ġenituri biex jiċċelebraw il-Milied flimkien u jispiċċaw jillatikaw b'argumenti sħan bejniethom kif rajna f 'The Family Stone, Four Christmases, Christmas With The Coopers, eċċ. Din li ġejja issa hija nformazzjoni qasira fuq dawk il-films li baqgħu favoriti mal-pubbliku kważi kull meta tiġi din il-festa popolari. Babes In Toyland. (1934) Fl- istudjos ta' Hal Roach film mużikali ieħor kien qed jieħu l-ħajja. Babes In Toyland li hu l-verżjoni skond il-viżjoni ta' Stan Laurel u Oliver Hardy tal-operetta ta' Victor Herbert, huwa wieħed mill-aqwa xogħlijiet mużikali għall-familja bi Stan u Laurel fl-aqwa forma tagħhom. L-element fantastiku ta' Toyland, speċjalment l-attakk ta' Bogeyman huwa l-qofol ta' dan il-ġmiel ta' film li reċentement tawh il-kulur. Fl-Istati Uniti kienu semmewh March Of The Wooden Soldiers. Babes In Toyland. (1961) Dan kien l-ewwel film mużikali għall- Kumpanija Disney b'atturi reali. Ibbażat minn fuq l-operetta ta' Victor Herbert, bl-andament iseħħ f 'Mother Goose Village, l-ħażin Barnaby (Ray Bolger) jisraq lis- sbejħa Mary Contrary (il-kantanta Annette Funicello) biex jiżżewwiġha u jaħtaf lill-maħbub tagħha Tom Piper (il-kantant Tommy Sands). Tom jinħeles u b'armata ta' ġugarelli jirbaħ lil dan il-viljakk. Mhux fil- klassi ta' dak ta' Laurel u Hardy, pero' fih kanzunetti sbieħ u effetti viżżwali speċjali tajbin. The Shop Around The Corner. (1940) Wieħed mill-favoriti nett ta' żmien il-Milied li jaffaxxinak żgur dwar raġel (James Stewart) u mara (Magaret O'Sullivan) li jaħdmu flimkien f 'ħanut f 'Budapest li jdumu ma jindunaw li qed jibgħatu ittri ta' mħabba lil xulxin. Tassew grazzjuż u ġenjali. Dan il-film kien ibbażat minn fuq reċta Ungeriża, Perfumerie ta' Miklos Laszlo' reġa' nħadem bħala xogħol mużikali fl-1949 bl-isem ta' In The Good Old Summertime u fl-1998 bħala You've Got Mail. (Ikompli nhar il-Ħadd li ġej)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 December 2020