Illum previous editions

ILLUM 6 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1315438

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 analiżi IL-ĦADD 6 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum 'Dixxiplina iva imma vendetta le' - Il-problemi fil-Ħabs ta' Kordin skont żewġ kritiċi tas-sistema preżenti Jgħid li qata' d-droga mill-Faċilità Korrettiva Kordin u li llum hemm dixxiplina li qabel ma kienx hemm. Mela x'inhi l-problema ta' nies bħal Peppi Azzopardi u Beppe Fenech Adami dwar id-Direttur tal-Ħabs Alex Dalli u s-sistema tal-ħabs bħalissa? Mistoqsi dwar is-siġġu tal-kastig li dwaru irrappurtat din il-gazzetta, bi prominenza, nhar il-Ħadd li għadda l-preżentatur u ġurnalist Peppi Azopardi kkonferma li dan jeżisti u li kixef l-eżistenza tiegħu l-ewwel darba hu fi vlogg. "Lili kellmuni nies li raw x'qed jiġri b'dan is-siġġu. Lill-priġunieri jorbtuhom, f 'uħud mill-każi ilibsuhom investa f 'rashom. Dan is-siġġu inħadem fil-Ħabs stess," qal Azzopardi, li iżda ma waqafx hemm u għamel sfida ċara lill- awtoritajiet u t-tmexxija tal- Ħabs. "Jien nisfida minn hawn lil min qed igidibbni biex issir investigazzjoni indipendenti b'nies magħżula - bi qbil bejn il-Ministru Byron Camilleri u l-Kelliem tal-PN Beppe Fenech Adami - li fiha jkunu jistgħu jitkellmu individwalment u bis-sigiriet mal-priġunieri, mal- uffiċjali u jidħlu f 'kull rokna tal- Ħabs. Imbagħad naraw wara din l-investigazzjoni min qed jgħid il- verità." 'Dixxiplina iva, vendetta le' Il-gazzetta ILLUM tfakkar li ħafna drabi l-awtoritajiet jisħqu li "qatt daqs illum ma kien hemm dixxiplina". Imma din, allura mhux xi ħaġa tajba? Mela l-Ħabs xi lukanda? "Fuq din tal-lukanda nikkwota lil Alfred magħruf bhala l-Porporina li jghid hekk: 'Kulħadd jgħid li l-Ħabs lukanda imma ħadd ma tħajjar jiġi hawn jagħmel week end break," jibda jispjega Peppi Azzopardi. Huwa qal li hu jaqbel mad- dixxiplina - speċjalment meta din tkun awto-dixxiplina - iżda qal li mbagħad ma jaqbilx mal-biża'. Ikompli jgħid li hu għandu l-provi li juru illi fl-uffiċċju tiegħu d-direttur kellu plakka li turi illi l-ħsieb u l-forma mentis tiegħu huwa favur sistema li tbeżża' mhux tgħallem. "Il-biża' hija r-raġuni ta' ħafna minn nies li qegħdin il-Ħabs. Il-biża' li tgħid le, il-biża' li ma tkunx aċċettat minn sħabek u allura tieħu linja kokaina bħalhom, il-biża' li tirrifjuta li tkun mal-oħrajn f 'serqa ... u Alla jbierek fil Ħabs qed jgħallmu il-biża'." "Li tħalli il-priġunieri għarwenin fiċ-ċella, li theddidhom, din mhux dixxiplina. Dixxiplina iva. Imma vendetta le. Ejja insejħu lil dan il- Ħabs illum b'ismu proprju: "Faċililtà Vendikattiva ta' Kordin" temm jgħid Azzopardi fuq dan il-punt. 'Ma jiħdux droga għax ma jsibux, imbagħad ipattulu wara!' U dwar id-droga. Mhux suċċess li Dalli qata' d-droga mill-Ħabs? Dan allura ma jurix li d-Direttur huwa kompetenti? Huwa jirrikonoxxi dan għalkemm jgħid ukoll illi tajjeb kieku ma' dan sar programm biex jgħin lil nofs il- priġunieri li jgħid illi għandhom problema ta' droga. "X'qed jiġri? Ġol-Ħabs ma jieħdux droga - mhux għax qatgħu l-vizzju imma għax ma jsibux. X'qed jiġri meta joħorġu mill-Ħabs? Qed jieħdu bl-adoċċ biex ipattu ta' dak li ma ħadux u qed ikollna iktar nies imutu b'overdose. Qed ikollna iżjed nies jisriqu ħa jkomplu jieħdu iżjed droga." 'Għaliex l-Avukat Ġenerali ma tridx tippubblika l-inkjesti fl-imwiet?' U finalment il-gazzetta tistaqsi lix- xandar dwar il-mewt taż-żagħżugħ mill-Pakistan. L-awtopsja qed tgħid li miet minħabba kundizzjoni f 'qalbu. Allura fejn hi problema eżattament? X'qed tipproponi li jsir differenti? Dawn mhux qed jinqatlu, tfakkar il-gazzetta. Peppi Azzopardi iżda sostna li l-istatistika qed turi rekord ta' mwiet u li dan huwa frott sistema li jgħid illi tumiljak u tneżżgħek mid-dinjità ta' bniedem. "Ir-riċerka turi li l-ewwel żmien fil-Ħabs huwa iż-żmien fejn l-aktar li jkunu f 'periklu li jagħmlu suwiċidju l-priġunieri," jgħid Azzopardi. Huwa staqsa għaliex priġunieri jintefgħu f 'diviżjoni sitta malli jkunu għadhom jidħlu. "Jekk ma għandhomx faħam miblul, għala l-Avukat Ġenerali ma tridx tippubblika l-inkjesti fuq dawn l-imwiet imma tagħti l-informazzjoni lill-Ministru u lid-Direttur tal-Ħabs biex jużaw l informazzjoni kif jaqbel lilhom?" 'Nisfida lil min qed igiddeb l-istorja dwar siġġu (tal-kastig) fil-Ħabs ...' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Fl-aħħar ġimgħa d-diskussjoni dwar il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin kompliet għaddejja b'diversi reazzjonijiet u stejjer dwar il-ħabs, fosthom dwar siġġu fil-Ħabs li kien użat għall-kastigi - fatt li dwaru irrappurtat il-gazzetta ILLUM bħal-lum ġimgħa. Minkejja li l-Ministru Byron Camilleri qal li dan is-siġġu fil- fatt qatt ma kien jeżisti imma li ntuża darba bħala 'restraint chair' , din il-gazzetta tinsisti li mhux talli kien jeżisti talli sorsi infurmati mill-Gvern stess ikkonfermaw illi dan is- siġġu tneħħa fuq ordni tal-istess Camilleri meta dan inħatar Ministru f 'Jannar li għadda. Intant il-gazzetta tkellmet ma' persuni li huma voċiferi kontra s-sistema kif qed titħaddem li jinsistu li hija bbażata fuq il- biżà u mhux fuq il-kunċett ta' korrezzjoni tal-iżball li jkun għamel il-priġunier. Pruvajna nimu għalfejn din is-sistema qed jgħidu li hija ħażina, x'qed jipproponu minflok u għaliex jikkritikaw lid-Direttur tal-Ħabs meta kulħadd jirrikonoxxi li dan qata' d-drogi mill-ħabs u daħħal element qawwi ta' dixxiplina. Il-gazzetta ILLUM għalhekk tistaqsi mistoqsijiet lill- preżentatur u ġurnalist Peppi Azzopardi, kif ukoll lill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Intern Beppe Fenech Adami.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 December 2020