Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1315438
12 analiżi IL-ĦADD 6 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum YENDRICK CIOFFI Diversi drabi r-realtà ta' persuni, partikolarment żgħażagħ li ma għandhomx saqaf fuq rashom tingħata l-ġenb għax ikun hawn min jaħseb li f 'Malta dawn ma jeżistux. Iżda kieku kellek tistaqsi lis-Salesjani, jgħidulek xorta oħra. Patri Savio Vella stess mal- gazzetta ILLUM saħaq: "Ma nistgħux ngħidu li ma jeżistux għax aħna ngħixu magħhom. Aħna għandna idejna fuq polz mitfi f 'id is-soċjetà li ma tħossx din il-problema." Is-Salesjani, ulied San Ġwann Bosco, huma magħrufa għall-pastorali tagħhom maż-żgħażagħ. Apparti l-iskola u l-edukazzjoni li jagħtuha importanza kbira, is-Salesjani għandhom djar li fihom jilqgħu u jgħinu żgħażagħ, li għal raġunijiet varji jispiċċaw ma għandhomx saqaf fuq rashom. Għal min forsi jibqa' xettiku, Patri Savio Vella jisħaq li s-soċjetà mhijiex biżżejjed konxja tal-faqar li hawn fost iż-żgħażagħ. Fil-fatt, fi kliem Patri Savio, ħafna drabi jkollhom talbiet biex jilqgħu żgħażagħ li ma għandhomx saqaf fuq rashom aktar minn kemm għandhom spazju fid-djar tagħhom. "Qed tiżviluppa wkoll sitwazzjoni fejn ikollna ħafna żgħażagħ li jiġu jħabbtu l-bieb għall-ikel. Uħud minnhom huma barranin u mhux qed nirreferi għal żgħażagħ mill- Afrika imma żgħażagħ Ewropej," saħaq Patri Savio. Sa issa s-Salesjani, li f 'Malta huma it aktar minn 30, ma joffrux dan is-servizz imma hawn entitajiet oħra, bħal Dar Papa Franġisku, immexxija mill-Gvern, il-Privat u l-Knisja li taħseb għal dawn is- sitwazzjonijiet. Dar Osanna Pia: Kenn għal 14-il żagħżugħ Ma' Patri Savio tkellimna dwar Dar Osanna Pia u Dar Mamma Margherita li jmexxu s-Salesjani. Bdejna nitkellmu dwar Dar Osanna Pia li ilha miuħa mill-1988 u li ħadet l-isem mill-benefattriċi tagħha li kienet refuġjata u nqabdet f 'Malta fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija sakemm iżżewġet Malti. Din id-dar toffri ambjent trankwill għal 14-il żgħażugħ li jispiċċaw bla saqaf fuq rashom biex dawn ikunu jistgħu jkomplu għaddejja bl-istudji u x-xogħol tagħhom, bil-għan li għada pit għada jkunu jistgħu jibnu ħajjithom. Patri Savio saħaq li hemm diversi raġunijiet li jwasslu biex żgħażagħ jispiċċaw f 'din is-sitwazzjoni. Ikun hemm żgħażagħ li jitilfu kompletament l-appoġġ mill-familji tagħhom u jispiċċaw mixħuta barra mid- dar. Oħrajn, ikompli jispjega Patri Saivo, ikun aħjar għalihom jekk jitilqu mid-dar u jibnu ħajjithom. "Niltaqgħu ma' żgħażagħ li jkunu abbużati kemm mis-sistema u mill-familja. Ikun hemm żgħażagħ li l-familja tagħhom ma tkunx tridhom ikomplu jistudjaw biex imorru jaħdmu u jġibu l-flus. Il-familja toħdilhom kollox u ma jkunux f 'pożizzjoni li jkampaw. Jinqabdu f 'morsa għax ma jkunux jistgħu jibnu ħajjithom," jispjega. 'Irriduhom jibnu struttura soċjali...' Dar Osanna Pia, mill-banda l-oħra, tilqagħhom u tgħinhom jinqalgħu minn dan l-ambjent abbużiv. Mhijiex xelter li toffri sempliċiment sodda u plat sħun. Dar Osanna Pia toffri lil dawn iż-żgħażagħ ambjent fejn ikunu jistgħu jikbru anke bħala persuna. Fi kliem Patri Savio, huma jagħtu prijorità lil dawk iż-żgħażagħ li jkunu għadhom jew ikunu jixtiequ jkomplu jistudjaw. "Hawnhekk jitgħallmu jsajru, jieħdu ħsieb ħwejjiġhom u jibbaġitjaw," insista Patri Savio. "Divertiment lanqas ma għandna fid-dar ħlief televixin għax aħna rriduhom li jibnu struttura soċjali barra mid-dar." Fil-fatt, iż-żgħażagħ residenti f 'Dar Osanna Pia mhux se jsegwu xi programm strett ta' x'ħin iqumu jew jidħlu lura. Kull wieħed minnhom jingħata l-ispazju tiegħu biex jitgħallem jieħu d-deċiżjonijiet għalih innifsu. "F'Dar Osanna Pia nilqgħu żgħażagħ li għandhom minn 18-il sena 'l fuq u allura għandhom responsabbilità tagħhom infushom. Il-ħinijiet jiddeċiedu għalihom huma. Ħadd ma jitlob permess biex joħroġ u jmur x'imkien. Ovvjament aħna ngħixu hawn magħhom. Bħalma żagħżugħ għandu jgħid lil ommu li jkun ħiereġ u jkun se jdum, nippretendu li almenu magħna jagħmel l-isess. Aħna qisna familja," saħaq Patri Savio. Anke jekk iż-żgħażagħ jingħataw l-ispazju kollu tagħhom, Patri Savio spjega kif meta jindunaw li jkun hemm xi nuqqasijiet kif żagħżugħ ikun qed jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu, hemm jipprovaw jiħulu għajnejh. "Jekk naraw li kuljum qed jidħol fil-ħdax u l-għada qed iqum tard għall-iskola u mhux qed ikollu ċans biex jagħmel l-affarijiet tiegħu bil-kwiet, jieħu kolazzjon, jipprepara l-lunch, hemm niġbdulu l-attenzjoni. L-istess kif isir f 'familja," kompla jispjega. 'Ma rriduhomx iħossuhom komdi fil-faqar' L-ILLUM tistaqsi lil Patri Savio Vella jekk hemmx perjodu li fih żagħżugħ jista' jgħix f 'din id-dar. Huwa spjega li normalment jagħmlu sentejn f 'din id-dar, iżda jimxu wkoll każ b'każ anke għax jekk żagħżugħ ikun għadu qed jistudja u jkun sejjer tajjeb, ma jkunux iridu li jgerfxuh u hekk jibqgħu jsegwuh. Apparti minn hekk, ikompli jispjega, il-perjodu tas-sentejn jagħti ċans lis- Żgħażagħ bla dar: 'Ma nistgħux ngħidu li ma jeżistux għax aħna ngħixu magħhom' Patri Savio Vella jitkellem dwar il-ħidma li s-Salesjani jwettqu f'Dar Osanna Pia u Dar Mamma Margherita biex żgħażagħ li jispiċċaw bla saqaf fuq rashom jirnexxielhom jibnu mill-ġdid ħajjithom sakemm ikunu kapaċi jsibu akkomodazzjoni alternattiva. Jirrakkonta kif kuntrattur offra kirjiet sussidjati għal dawn iż-żgħażagħ