Illum previous editions

ILLUM 6 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1315438

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 6 TA' DIĊEMBRU 2020 'Anzjani lanqas għadhom jinżlu Marsalforn ... tifla ta' 15-il sena tibża' tħalliha tinżel waħedha' YENDRICK CIOFFI Il-gazzetta ILLUM irċeviet diversi ilmenti dwar serq, ġlied u anke vandaliżmu fuq karozzi li qed idejjaq u jbeżża' mhux it lir-residenti ta' din il-lokalità. Dwar dan kiteb ukoll il-kelliem tal-Oppożizzjoni Chris Said u mal-gazzetta ILLUM anke s-Sindku taż-Żebbuġ, Nicky Saliba kkonferma li din hija sitwazzjoni li jeħtieġ li tkun indirizzata malajr kemm jista' jkun. Is-Sindku spjega kif minħabba l-fatt li f 'Marsalforn hemm ħafna appartamenti, anke b'kirja baxxa, fl-aħħar tliet snin żdiedet il- popolazzjoni ta' din il-lokalità, partikolarment minħabba barranin li bdew jikru hemm. Iżda dan wassal, kompla jispjega s-Sindku biex żdiedu l-problemi u anke l-kriminalità f 'Marsalforn. Insista li l-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ jirċievi diversi ilmenti u rapporti u li r-residenti huma mbeżża'. "Bħalissa naqset xi it imma meta l-bars ikunu miuħa, mill-10 'il quddiem jinġabru ħafna klilek u apparti l-istorbju żdiedu wkoll ir-reati, ġlied, serq u vandaliżmu." saħaq is-Sindku. Fi kliemu biżżejjed tara l-istqarrijiet li jinħarġu mill- Pulizija dwar meta jkun hemm xi serqa jew xi ġlieda f 'Għawdex. "Dejjem jissemma ż-Żebbuġ, imma fil-verità l-każ ikun seħħ f 'Marsalforn li jaqa' taħtu," saħaq is-Sindku. Insista li l-klikek ħafna drabi ma jkunux żgħar. Ġieli jkunu gruppi ta' xi 30 u 40 persuna. "Immaġina tinqala' ġlieda bejniethom." "Ikollok tfajla ta' 15-il sena tibża' tħalliha tinżel waħedha Marsalforn," saħaq is-Sindku. Fi kliemu jkun hemm diversi rapporti ta' rġiel jittantaw lit-tfajliet u saħansitra mal- ILLUM semma' każ ta' tfajla li kienet qed tgħum fil-bajja u mar raġel u beda jagħmel atti sesswali quddiemha. Kompla jisħaq kif filwaqt li din sa it snin ilu kienet problema tas-sajf, illum f 'Marsalforn ma hemmx sajf u xitwa. Insista li minħabba dawn il- każi, kien hemm anzjani li fis- sajf kienu jinżlu jagħmlu xahrejn Marsalforn u li lanqas għadhom jinżlu għax jibżgħu. "Dawn il-klikek jintefgħu fiż- żoni u l-promenades fejn hemm il-WiFi b'xejn. Kien ikun hemm anzjani li kienu jinżlu bilqiegħda fuq il-bankijiet, jgħaddu siegħa, li lanqas għadhom jinżlu," kompla jgħid. Fakkar li ħafna minn dawn il- b ar ranin li jikru, ikunu jgħixu xi tmienja jew aktar ġo appartament wieħed. "Tista' timmaġina l-konfużjoni," kompla s-Sindku. L-ILLUM staqsiet ukoll lis- Sindku jekk hux minnu li qed ikun hemm diversi każi ta' serq minn djar u ħsara fuq vetturi. Ikkonferma u kien hawn li appella biex jiżdied l-infurzar. Fi kliemu, anke fejn jidħlu affarijiet sempliċi bħall-avviżi tal-Kunsill dwar meta għandu jinħareġ l-iskart mhux dejjem qed isibu koperazzjoni u hawn mhux mill-barranin biss. Dwar dan kiteb ukoll id- Deputat Chris Said li insista li l-ġlied fit-toroq ta' Marsalforn, ħafna drabi bi fliexken u armi oħra, sar kważi kważi xi ħaġa ta' kuljum, l-istess bħat-traffikar tad-droga. Fil-fatt, dwar dan, il- gazzetta ILLUM kienet tkellmet ma' żagħżugħ Għawdxi li insista li d-droga saret tinbigħ fid-dawl tax-xemx. Fi kliemu: "aktar faċli tixtri d-droga milli flixkun ilma." Mistoqsi x'inhu l-appell tiegħu, is-Sindku Żebbuġi faħħar il-fatt li hekk kif ġiet rinovata u inawgurata l-għassa ta' Marsalforn, żdiedu wkoll żewġ pulizija. Madanakollu, is-Sindku appella u insista li Marsalforn għandu bżonn aktar infurzar "Din is-sitwazzjoni qed twassal ukoll għal telf fil- ħwienet u r-ristoranti u jeħtieġ nindirizzawha," insista s-Sindku. "Tajjeb li jkollna l-Pulizija fl- għassa iżda jridu jiżdiedu wkoll ir-rondi fit-toroq." Il-gazzetta ILLUM titkellem mas-Sindku taż-Żebbuġ wara diversi lmenti dwar serq, ġlied u vandaliżmu fuq karozzi f'Marsalforn Nicky Saliba

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 December 2020