Illum previous editions

ILLUM 6 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1315438

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 6 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum L-oroskopju fiż-żodjaku ta' Sagittarius Mill-Ħadd 6 ta' Diċembru sas-Sibt 12 ta' Diċembru Kompetizzjoni għalik Dan ix-xahar ta' Diċembru ser inkun qed inwassal kompetizzjoni differenti kull ġimgħa għalikom il-qarrejja ta' din il-gazzetta, bil-kompetizzjoni speċjali għall-ġimgħa tal-Milied u oħra għall-aħħar tas-sena. Seba' rebbieħa għandhom iċ-ċans jirbħu l-Kalendarju Żodjaku valur ta' €15-il ewro u l-artiklu tiegħi għal xahrejn bil-posta b'xejn. Kulma hemm bżonn li tikteb il-kumment tiegħek dwar din il-paġna. L-aħjar seba' kummenti jirbħu dawn ir-rigali. Ibgħat il- kumment tiegħek b'ittra postali: PaulJon ILLUM PO Box 27, Poala. Namaste Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Għaż-żodjaku ta' Aquarius huwa mument fejn trid tibni aktar il-kuraġġ ġewwa fik u kunfidenza ġewwa fik sabiex b'hekk tkun tista' tagħraf x'hemm bżonn għalik. Mhux il-mument li żżomm lura, iżda huwa l-mument li trid tagħraf lilek. Jekk ma tagħmilx dan allura, għall-kumplament taf tħossok konfuż u bla ebda direzzjoni għalhekk irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodijaku li ser jispirak ġej minn Leo. Aquarius huma magħrufin bħala nies ta' direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Għaż-żodjaku ta' Pisces huwa mument fejn trid tibda skeda ġdida kemm f 'dak li għandu x'jaqsam ma ppjanar ta' madwarek kif ukoll mill-att fiżiku. Dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet għandhom jingħataw aktar attenzjoni f 'dawn l-aħħar ġimgħat ta' din is- sena. Ieqaf it, irrifletti u agħraf it-tibdil li għandek bżonn tibda twettaq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodijaku li ser jispirak ġej minn Capricorn. Pisces huma magħrufin għall-fehma soda tagħhom. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Għaż-żodjaku ta' Aries huwa mument ta' ħsieb ta' pjan partikolari. Pjan li int kieku tista' twettqu fl-aktar żmien possibbli iżda dan mhux il-każ. Anzi aktar ikun għaqli għalik li tagħraf sew dwar il-pjan f 'aktar dettall u it aktar żmien sabiex b'hekk żgur tkun ħadt l-aħjar deċiżjoni f 'dak li għandek twettaq, irrifletti sew dwar dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodijaku li ser jispirak ġej minn Libra. Aries huma magħrufin li jimxu mal-mument. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Għaż-żodjaku ta' Taurus huwa mument li ser jagħtik direzzjoni għal dak li sa issa akkwistajt fil-karriera tiegħek, għalhekk minn issa għandek tagħraf tkattar u tagħti aktar attenzjoni kompluta sabiex ma titraskurax xi it. Ibqa' ffoka mija fil-mija fuq dak li hemm u għandek. Ħares biss 'il quddiem. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Iż-żodijaku li ser jispirak ġej minn Pisces. Taurus huma magħrufin għat- tmexxija intensiva tagħhom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Għaż-żodjaku ta' Gemini huwa mument ta' aktar attenzjoni fir-responsabbiltà li issa għara għalik. Għalhekk issa li int għażilt din ir-responsabbiltà fuqek minn issa 'l quddiem int trid turi li int kapaċi għal din ir-responsabbiltà tagħmlek tagħraf aktar il-ħajja u din ukoll ser tiġri lilek fil-ġimgħat li ġejjin. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodijaku li ser jispirak ġej minn Virgo. Gemini huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Għaż-żodjaku ta' Cancer issa li int qed tagħraf aktar lilek innifsek. Għalkemm għandek sitwazzjonijiet madwarek li għandhom bżonn ċertu attenzjoni iżda issa huwa l-waqt li tieqaf u tirrifletti lejn liema direzzjoni ser tmur. Għalhekk dur dawra profonda madwarek u agħraf lilek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodijaku li ser jispirak ġej minn Aquarius. Cancer huma magħrufin għall-komunikazzjoni pożittiva tagħhom. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Għaż-żodjaku ta' Virgo huwa mument ta' riflessjoni dwar dak kollu li għaddejt minnu fil-passat. Issa ser tagħraf x'inhuwa l-aħjar pass, minn issa 'l quddiem li għandek twettaq. Huwa vera li parti minnek qiegħda tgħidlek sabiex tgħaġġel il-pass iżda kun prudenti u imxi pass pass sabiex tibda tkattar aktar stabbiltà. Irrifletti sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodijaku li ser jispirak ġej minn Scorpio. Virgo huma magħrufin bħala nies ta' gwida pożittiva. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Għaż-żodjaku ta' Libra huwa mument li jagħmlek tagħraf x'inhuwa l-aħjar għalik, x'hemm bżonn li twettaq sabiex tkompli ssaħħaħ is-sitwazzjoni ta' madwarek. Ovvjament waħda mid-deċiżjonijiet li se tkun qed tieħu hi dwar il-proċess tal-ħidma tiegħek u din trid teħodha sew. Kemm jekk se tbiddel u kemm jekk ma tbiddilhiex, għalhekk irrifletti sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodijaku li ser jispirak ġej minn Sagittarius. Libra huma magħrufin għall-ħajja bbilanċjata tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru Għaż-żodjaku ta' Sagittarius huwa l-mument fejn trid tagħraf tagħti aktar importanza lejn dak li hemm madwarek. Jista' jkun li mingħalik li qed tagħti l-aħjar iżda hemm bżonn ta' aktar attenzjoni u motivazzjoni. Ikun tajjeb għalik jekk dan l-istadju tagħraf kemm huwa importanti li twettaq dan għal aktar stabbilta li hemm riesqa lejk. Agħraf dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Iż-żodijaku li ser jispirak ġej minn Aries. Sagittarius huma magħrufin bħala nies ta' attenzjoni. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Għaż-żodjaku ta' Scorpio huwa l-mument fejn trid tagħraf iżżomm kontroll aktar dwar id-dieta tiegħek fejn jista' jkun li turi li għalkemm iżżomm bilanċ f 'dak li int tiekol xorta waħda qed tara li għad m'hemmx progress imma dan ġej mill-fatt li trid timxi aktar strett u l-importanti li ssib it ħin ta' rilassament sabiex ġismek jikkordina aktar il-proċess meħtieġ. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodijaku li ser jispirak ġej minn Cancer. Scorpio huma magħrufin bħala nies rashom iebsa. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar Għaż-żodjaku ta' Capricorn huwa mument fejn il-karriera tiegħek sejra tieħu dimensjoni oħra, għalkemm dan forsi m'intix tarah għalissa, imma fi it żmien ħa tibda tara u tagħraf kemm il-karriera li tħaddan miexja 'l quddiem u kemm ser jinfetħulek toroq ġodda. Xorta trid tibqa' mmotivat. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodijaku li ser jispirak ġej minn Gemini. Capricorn huma magħrufin għall-gwida ta' aspirazzjoni tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Għaż-żodjaku ta' Leo huwa mument fejn trid tagħraf tilqa' għall-problema finanzjarja li qed tesperjenza. Grazzi għal dan il-pass ser tibda tara aktar stabbiltà madwarek. Is-sitwazzjoni ilek it ma tkun fiha però għalkemm ser tara titjib xorta waħda ma tridx tieħu ċertu kunfidenza fl-infieq. Agħraf sew minn xiex kont għaddej. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż- żodijaku li ser jispirak ġej minn Taurus. Leo huma magħrufin għall-moral effettiv tagħhom. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 December 2020