Illum previous editions

ILLUM 6 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1315438

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 analiżi illum • IL-ĦADD 6 TA' DIĊEMBRU 2020 Intant mal-ILLUM tkellem ukoll il- Kelliem Nazzjonalista għall-Intern Beppe Fenech Adami li sostna illi jħoss li wasal iż-żmien illi meta jkun hemm każi ta' mwiet fil- Ħabs, speċjalment f 'każi ta' mwiet mhux naturali u mwiet li jqajmu kontroversja bħal dik tar-raġel mill- Pakistan, il-familja għandu jkollha dritt ta' tabib tal-għażla tagħha li jsegwi l-proċess u jkollu aċċess għall- proċess kollu. Fenech Adami qal lil din il-gazzetta li 11-il mewt "fi it xhur ... huwa allarmanti." "Dan huwa ammont li għandu jixgħel il-bozza l-ħamra li l-affarjiet fil-Ħabs mhux mexjin sew. Il-Ministru fil-ġranet li għaddew kkonferma illi filwaqt li kien hemm imwiet naturali, kien hemm ukoll imwiet li ma kinux naturali. Kien hemm fuq kollox imwiet li setgħu jiġu evitati." Għalhekk Fenech Adami sostna illi iħoss li "wasal iż-żmien illi meta jkun hemm każijiet bħal dawn, il-familja għandu jkollha d-dritt illi tappunta tabib mediku tal-fiduċja tagħha li jkun preżenti waqt l-awtopsja u jkollha aċċess liberu f 'kull ħin għal kull konklużjoni li tkun waslet għaliha l-istess awtopsja. It-trasparenza f 'mumenti delikati bħal dawn hija ta' importanza kbira." 'Stejjer bħal dawk tas-siġġu jinkwetaw lil kull min jemmen fid-dinjità' Intant Fenech Adami rreaġixxa wkoll għall-istorja ta' din il-gazzetta nhar il-Ħadd li għadda u saħaq illi filwaqt li l-ħabs għandu jkun post ta' dixxiplina fejn ikun hemm regoli stretti li japplikaw għal kull priġunier "bla distinzjoni, bla preferenzi u bla privileġġi" jemmen ukoll fid-dinjità tal-bniedem, inkluż tal-priġunieri. Għalhekk Fenech Adami sostna li huwa ferm ħażin li f 'Malta hawn ħabs fejn "bl-iskuża tad-dixxiplina ddaħlet il-kultura tal-biża'." Il-kelliem tal-PN kompla jisħaq illi huwa ħażin illi "bl-iskuża tad- dixxiplina nisimgħu stejjer ta' priġunieri ppreferuti u pprivileġġjati u priġunieri umiljati u ttrattati ħażin. L-istejjer ikkonfermati ta 'siġġu tal-penitenza' u ta' detenut marbut mas-siġġu mingħajr ħwejjeġ bħala penitenza għandhom jinkwetaw lil kull min jemmen fid-dinjità u d-drittijiet tal bniedem." Dwar id-droga qal li hija xi ħaġa pożittiva li jinqata' l-użu tagħha u "kemm-il darba jirriżulta illi l-konsum ta' droga fil-Ħabs naqas hija xi ħaġa li ma tistax tikkritika." Iżda, f 'eku wkoll tal-appelli ta' Peppi Azzopardi, Fenech Adami jisħaq illi huwa importanti li kull min ikollu problemi ta' droga jingħata l-kura u l-għajnuna biex joħroġ mill-vizzju. "Sfortunatament sa llum għadek tisma' b'persuni li ħarġu mill-Ħabs u għad għandhom vizzju kbir ta' użu ta' droga. Sfortuntament għadek tisma' stejjer ta' konsum ta' droga fil-Ħabs stess. Minkejja l-ħafna aħir, ir-realtà hi li għad hemm problema ta' abbuż ta' droga fil-Ħabs." 'Gvern Nazzjonalista jindirizza l-problema tal-iffullar' Finalment iżda x'qed jipproponi differenti l-Partit Nazzjonalista? Fenech Adami jibda billi jitkellem dwar l-iffullar fil-Ħabs, kwistjoni li dwarha din il-gazzetta irrappurtat ukoll il-ġimgħa l-oħra. Huwa qal li għall-PN mhuwiex aċċettabli li f 'ċelel mibnija biex jospitaw fihom persuna waħda "illum hemm miżmuma fihom tlett persuni u aktar. Gvern Nazzjonalista jindirizza din il-problema billi primarjament joħloq l-ispazji ġodda bl-investiment meħtieġ," qal Fenech Adami. Il-Gvern jinsab fi stadju avvanzat tal-pjani biex fil-fatt ikabbar il-Ħabs fil-viċinanzi tal-binja preżenti. Pero' Fenech Adami jgħid ukoll li hemm bżonn li l-pajjiż ikollu sistema ġudizzjarja "aktar effiċjenti" billi każijiet pendenti jinqatgħu fi żminijiet iqsar bil-possibilità ta' persuni miżmumin taħt arrest preventiv jonqsu. "Partit Nazzjonalista fil-Gvern jara illi is-sistema tal-parole li introduċa titjieb u taħdem b'mod aktar effiċjenti." Beppe Fenech Adami temm jappella favur sistema ta' checks and balances li jservu ta' skrutinju kontinwu fuq il- ħabs, ingaġġ qawwi ta' professjonisti u titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal- uffiċjali kollha tal-Ħabs. 'Wasal iż-żmien li tabib tal-għażla tal-familja jkollu aċċess għall-proċess ta' awtopsja fuq priġunier'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 December 2020