Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1315438
24 aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum L-Awtorità tal-ippjanar flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-fondi Ewropej nediet it- tieni edizzjoni tal-iskema ta' riġenerazzjoni għaż- żona ta' marsamxett. Għal din l-edizzjoni, l- Awtorità żiedet ukoll x-xogħlijiet ta' restawr u manutenzjoni fuq il-gallariji tal-injam, aperturi, bibien u gallariji miuħa tal- ħadid li jinsabu fuq il-faċċata. Dan sabiex tħeġġeġ lir-residenti jieħdu din l-opportunità unika, din l-iskema ser tiffinanzja bis- sħiħ ix-xogħlijiet kollha marbuta mar-restawr jew tibdil ta' aperturi jew gallarji. Dan jinkludi wkoll l-ispejjez professjonali tal-perit u l-ispejjeż għall-kiri t' armar matul ix-xogħlijiet. Martin Saliba, Chairperson tal-Kunsill Eżekuttiv fi ħdan l-Awtorita' tal-Ippjanar, qal: "Illum, meta tgħaddi minn quddiem diversi partijiet tal- Belt Valletta, tħoss li hemm sens ġdid ta' kburija; aspettattiva li l-belt malajr qed terġa issir post fejn tgħix u fejn jikkonverġu l-kultura, il-gastronomija, l-arti, id-divertiment u l-ospitalità; il-Belt Valletta qed tinbidel f 'destinazzjoni. Naturalment, il- Belt Valletta mhix biss x'imkien fejn in-nies imorru għax-xogħol, għall-kultura, għax-xiri, jew għad-divertiment. Il-belt hija id- dar t' eluf ta' residenti u l-kwalita' ta' ħajjithom tibqa' l-prijorità ewlenija." Saliba żied jgħid li "xi żoni, bħaż-żona ta' Marsamxett, li għandha valur storiku uniku fil-kapitali, għadhom fil- proċess li jiġu riġenerati u għalhekk għandhom bżonn aktar għajnuna biex jingħata nifs ġdid lil din iż-żona. Qed niħu mill-ġdid din l-iskema biex nagħtu l-opportunità lir- residenti li jgħixu fiż-żona ta' Marsamxett li jikkontribwixxu għar-riġenerazzjoni taż-żona tagħhom. L-iskema hija dwar il-preservazzjoni arkitettonika, bil-għan li ttejjeb id-dimensjoni soċjali tal-familji li jgħixu f 'din iż-żona." L-għotja ta' € 300,000 qed issir disponibbli biss għal dawk il- proprjetajiet li jintużaw bħala residenzi. Dan jeskludi uffiċini, bini kummerċjali, organizzazzjonijiet mhux governattivi jew bini reliġjuż. 80% tal-iskema ta' għotja se titħallas mill-fondi tal- UE, filwaqt li l-20% li jifdal se jkunu koperti mill-inizjattiva 'Irrestawra Darek' tal-Awtorità tal-Ippjanar. L-iskema tagħlaq nhar il- Ġimgħa 19 ta' Frar 2021 jew qabel jekk il-fondi jiġu eżawriti. Ix-xogħlijiet relatati mar-restawr jew tibdil tal-gallariji għandhom jitlestew sat-30 t' Awwissu 2022. Matul il-ġimgħat li għaddew, l-Awtorità nediet l-estenzjoni tal-edizzjoni tal-2019 tal-iskema 'Irrestawra Darek'. Din is-sena, l-Awtorità qed tikkommetti €3 miljun oħra lil dawk is-sidien tal-propjetà li, minħabba r-rispons kbir, tilfu iċ-ċans li jirċievu għajnuna finanzjarja fl-edizzjoni li għaddiet u tpoġġew fuq 'waiting list'. Għal aktar informazzjoni żur il-websajt www.pa.org.mt L-Awtoritá tniedi t-tieni edizzjoni tal-iskema ta' riġenerazzjoni għaż-żona ta' Marsamxett L-iskema issa tinkludi wkoll ir-restawr ta' aperturi, bibien u gallariji fuq il-faċċata