Illum previous editions

ILLUM 6 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1315438

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 analiżi illum • IL-ĦADD 6 TA' DIĊEMBRU 2020 l-ewwel darba li jsir ħafna diskors dwar irħula fejn "ir-residenti ma jħossuhomx siguri" minħabba persuni barranin bl-aktar lokalitjiet li jissemmew ikunu l-Marsa, il-Ħamrun, Birżebbuġa u Buġibba - fejn il-popolazzjoni ta' residenti barranin hija akbar. Madanakollu 45.8% tal-Maltin ma jidhrux li għandhom problema li immigranti jgħixu ħdejhom, b'29.6% jgħidu li assolutament m'għandhom ebda problema u 16.2% jgħidu li ma għandhomx problema. Minn naħa l-oħra it inqas minn terz tal-poplu jew 30.5% jgħidu li jkollhom problema, bi kważi 20% jgħidu li jkollhom 'problema kbira' li immigrant imur jgħix ħdejhom u 10.6% jgħidu li jkollhom 'problema'. Maġġoranza relattiva ta' Maltin ma jaħsbux li l-immigrazzjoni hija r-raġuni ewlenija għal pagi baxxi Narrattiva popolari oħra dwar l-immigranti hija li minħabba dawn il- persuni, li ħafna minnhom jiġu fl-Ewropa għax-xogħol, il-pagi qed jibqgħu baxxi u jitnaqqsu l-kundizzjonijiet, għaliex ħafna drabi l-aspettativa ta' tali immigranti ma tkunx daqstant għolja u jaċċettaw pagi jew kundizzjonijiet li mhux dejjem ikunu ottimi. Minkejja dan, maġġoranza relattiva ta' 41% ma jaqblux li l-immigrazzjoni hija l-akbar fattur li qed iwassal għal pagi baxxi fil-pajjiż. Fil-fatt 27.1% assolutament ma jaqblux ma' dan l-assessjar tas-sitwazzjoni u 13.9% ma jaqblux. Minn naħa l-oħra 37.6% tal-parteċipanti qalu li jaqblu, b'25% jgħidu li jaqblu ħafna u 12.6% jgħidu li jaqblu. 'Kliem bħall-'full up' jista' jistimola r-razziżmu' Intant din il-gazzetta staqsiet lil Francois Mifsud dwar jekk jaħsibx li l-midja, tradizzjonali u anke soċjali kif ukoll il-politiċi humiex jgħinu biex ikunu amplifikati biżgħat jew inkella sentiment razzista fost il-popolazzjoni. Mifsud jaqbel u jgħid illi l-klassi politika u "ħafna mill-midja, imma mhux il-midja kollha" huma parti minn din il-kultura. Huwa fakkar li d-deputati u kandidati jridu jassumu responsabilità ta' dak li jgħidu "u jiżnu kull kelma, għax kelma tista' tistimola r-razziżmu." Kien hawn li l-lettur dar fuq il-Prim Ministru u għamel referenza għall-użu kontinwu ta' kliem bħal "full up" fl-aħħar ġimgħat. "Forsi mingħajr ma jaf din tista' tistimola u tiġġustifika attitudni razzista." Huwa staqsa: "Jekk aħna full up għaliex għadna qed inbiegħu ċ-ċittadinanza? Jiġifieri qed ngħidu li aħna full up għal kategorija ta' nies, imma m'aħniex full up għall-kategorija l-oħra - għax għandha l-flus?" Dwar il-midja Mifsud fakkar li din għandha rwol importanti x'tilgħab u jeħtieġ li tkun iktar infurmata kif jinfirex ir-razziżmu permezz ta' artiklu - kif wara kollox ġieli ġara f 'oqsma oħrajn bħal dak ta' persuni LGBTIQ jew fil-konfront ta' persuni b'diżabilità. Riforma fl-edukazzjoni - iċ-ċavetta biex ikun miġġieled ir-razziżmu Finalment il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Mifsud x'jaħseb li huwa l-għerq ta' dan is-sentiment razzist fost il-poplu. Nuqqas ta' informazzjoni? Injoranza kulturali? Mibgħeda? Nuqqas ta' edukazzjoni? Mifsud huwa skjett fir-risposta tiegħu li l-għerq huwa n-nuqqas tal-edukazzjoni. "Is-sistema edukattiva mhijiex tgħin għax qed tkun iffokata wisq fuq il-ħiliet (skills) u nsejna l-attitudni. U jekk persuna jkollha ħafna ħiliet, imma attitudni ħażina lejn il- ħajja, mela dawk il-ħiliet it se jgħinu." Huwa jgħid li rbatna kollox max-xogħol u l-profitt biss u għalhekk Francois Mifsud saħaq illi hemm bżonn riforma radikali. "Riforma li tieħu lis-sistema lura lejn l-attitudni dwar il-ħajja, imbagħad minn hemmhekk, iva, titkellem dwar il-ħiliet." Il-Maltin razzisti jew le?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 December 2020