Illum previous editions

ILLUM 6 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1315438

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 opinjoni illum • IL-ĦADD 6 TA' DIĊEMBRU 2020 L-identita' tagħna D in hi l-ewwel okkażjoni li qed nikteb f 'din il-gazzetta wara li ġejt eletta fil-kariga tal-ewwel Viċi President tal-Parlament Ewropew x-xahar li għadda. Għalhekk hu f 'waqtu li nibda bil-kelma grazzi. Grazzi mill-qalb lil min għamel kuntatt miegħi, fosthom qarrejja ta' din il- gazzetta li semmewli wkoll l-artikli li nikteb kull l-ewwel Ħadd tax-xahar. Sfortunatament bħalissa l-laqgħat wiċċ'imb wiċċ huma rari. Hekk hemm bżonn biex nipproteġu s-saħħa ta' kull wieħed u waħda minna partikolarment ta' nies li huma jew jistgħu jkunu f 'riskju ta' saħħa. Madanakollu dawn il-mezzi ta' komunikazzjoni, fosthom il-gazzetti u l-midja soċjali jgħinuna biex inżommu it mill-komunikazzjoni. Qed ngħid it għaliex nemmen li xejn ma jieħu post il-kuntatt dirett fejn nikkomunikaw bil-kliem, bl-użu tal-idejn u bl-espressjonijiet, u kultant anki bis-skiet li jkun ifisser ħafna. Madanakollu fiċ-ċirkostanzi rridu nagħmlu l-aħjar użu mis-sistemi alternattivi biex inżommu kuntatt flimkien, inkluż permezz tal-kitba fil-gazzetti. Irridu nsostnu l-media biex insaħħuha u nipproteġuha Dan iwassalni għat-tieni ħsieb li xtaqt naqsam miegħek. L-importanza tal- ġurnaliżmu u tal-midja. Il-morsa fuq il-gazzetti kienet ilha tinħass, kemm finanzjarjament bir-reklamar u anki bi tnaqqis fid-distribuzzjoni. Ma hemmx dubju li l-internet, l-immedjatezza għall- aħbar, citizen journalism, l-aċċess kontinwu għall-aħbarijiet flok l-istennija għal filgħaxija bl-aħbarijiet fuq it-television, kull siegħa fuq ir-radio jew l-għada fil-gazettti. B'anqas nies joħorġu, b'anqas nies jissugraw li jmorru jixtru fil-ħwienet u allura jixtru anqas il- gazzetti, il-gazzetti fl-idejn naqsu. Lilek li llum xtrajt u qed taqra l-gazzetta ngħidlek grazzi tal-appoġġ li qed tagħti lill-midja, lill- gazzetti b'dan il-mod. Ma nkun qed ngħidlek xejn ġdid li f 'pajjiżna għandna gazzetti bil-Malti, kif inhi din il-gazzetta u gazzetti bl-Ingliż. Għal mument se niffoka fuq il-gazzetti bil-Malti. Dawn jeħtieġ li jżommu livelli għolja tal- ilsien Malti. Huma dokument li se jibqa' u jiġi studjat ta' kif żviluppat il-lingwa Maltija tul is-snin. Il-gazzetti bil-Malti, mhux biss huma l-għassiesa ta' Malti tajjeb imma għandhom ikunu l-promoturi tal-lingwa u l-letteratura Maltija. Għandna nkunu kburin bl-identità tagħna u b'dak li jagħmilna Maltin u ewlenin fosthom hemm il-lingwa, l-istorja u l-kultura Maltija. Bħala membru tal-Parlament Ewropew se nkompli naħdem biex insaħħu d-demokrazija permezz tal-ġurnaliżmu, insaħħu l-media, irridu midja li tkun ħielsa mir-rabtiet li jistgħu ixekkluha u jikkundizzjonawha fil-qadi ta' dmirijietha, irridu media li titkellem ukoll f 'isem iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, irridu ġurnalisti li jistgħu jaqdu dmirhom u rridu li l-ġurnalisti jkunu protetti – protezzjoni lilhom u lill-qraba tagħhom li jgħixu d-diffikultajiet u l-perikli li ġurnaliżmu serju jaf iġib miegħu minn nies irressponsabbli. Il-Malti fil-Parlament Ewropew L-ewwel seduta li presedejt fil-Parlament Ewropew kienet propju dwar il-protezzjoni tal-ġurnalisti. Dan hu suġġett li jien nagħtih importanza. Fil-fatt fost il-konferenza annwali li organizzajt kien hemm waħda dwar il-ġurnaliżmu u kif dan jista' jkompli jiżviluppa fl-interess taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Għalhekk meta presedejt id-dibattitu fil-plenarja tal-Parlament Ewropew kont qed nippresedi diskussjoni ta' interess u li kont tkellimt dwarha kemm f 'Malta kif ukoll fil-Parlament Ewropew qabel. Dik l-ewwel seduta presedejtha bil-Malti. Għall-ewwel darba fl-istorja tal-Parlament Ewropew is-seduta tmexxiet bil-Malti. L-emozzjonijiet li ħassejt huma kbar. Fil-Parlament Ewropew, kemm-il darba tkellimt bil-Malti, imma li nippresiedi l-Parlament bil-lingwa li kbirt nitkellem biha, ġabet magħhom emozzjonijiet indeskrivibbli. Grazzi lil kull Malti u Maltija, Għawdxi u Għawdxija li tawni din l-opportunita' u tas-sostenn li bihom naqdi dmirijieti fil- Parlament Ewropew. Għal darb'oħra urejna li l-qies ta' pajjiżna mhux limitazzjoni. Id-daqs ġeografiku m'għandux jaqtalna qalbna. Pajjiżna kapaċi jasal. Niakar id-dibattitu mqanqal li kellna f 'pajjiżna u l-biża li l-lingwa Maltija mhux se tkun lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il- lingwa Maltija hi lingwa uffiċjali li tintuża fl-istituzzjonijiet Ewropej, lingwa ħajja li rridu nkomplu niżviluppawha, nużawha u nxerrduha. Tislima lil Oliver L-ewwel seduta li presedejt fil-Parlament Ewropew iddedikajtha lill-memorja ta' Oliver Friggieri. Id-diskussjoni kienet propju suġġett li Oliver tkellem u kiteb dwar b'mod differenti – il-protezzjoni u l-liberta' u xi tfisser il-liberta'. F'waħda mill-ewwel okazzjonijiet li ltqajt ma' Oliver Friggieri kien silifni ktejjeb żgħir bit-titlu Malta teħtieġ politika moderna. Ktejjeb b'analiżi kritika dwar il-politika Maltija u l-bidliet meħtieġa f 'oqsma differenti inkluż fix-xandir u l-ġurnaliżmu, li kien inkiteb snin qabel. Ktejjeb ippubblikat 39 sena ilu, fl-1981. Kont qrajtu hekk kif wasalt id-dar u kien baqa' stampat b'moħħi għall-mod sabiħ li hu miktub u għall-profondita' tiegħu. Oliver hekk hu – bniedem ta' ħsieb, bniedem li l-medjokrita' ddejjqu, bniedem li jrid l-aħjar f 'kollox għaliex bniedem li jħobb lil pajjiżna u lill-poplu Malti u Għawdxi. Kienet laqtitni wkoll id-dedika f 'dan il-ktejjeb Lill-politiċi żgħażagħ Maltin kollha, li fgati f 'din il-foga parrokkjali, jixtiequ li jbexxqu tieqa. Id-dedika tirrifletti wkoll iż-żmien li nkitbet fiha imma żgur li Oliver Friggieri kien strumentali biex tant żgħażagħ u politiċi bexxqu u fetħu twieqi. Fuq kollox kien Oliver stess li fetaħ it-twieqi u l-bibieb beraħ ta' ħsibijietna billi stimulana biex naħsbu aktar, biex nirriflettu aktar, biex nagħrbu iżjed, biex ma naċċettawx l-ewwel risposti … Oliver stedinna biex niddubitaw, biex infasslu, biex inbiddlu. Din l-istedina Oliver Friggieri jibqa' jagħmiliena dejjem b'kitbietu u ħsibijietu li jibqgħu għal dejjem. Roberta Metsola Roberta Metsola hija Ewroparlamentari tal-Partit Nazzjonalista

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 December 2020