Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1315438
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 6 TA' DIĊEMBRU 2020 Il-but kif se jkun fl-2021? Aktar minn nofs il-poplu jemmen li se jkun aħjar ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Sondaġġ xjentifiku magħmul mill- MediaToday juri kif it aktar minn nofs il-poplu Malti jemmen li s-sena d-dieħla il-qagħda finanzjarja tiegħu se tkun aħjar. Dan fid-dawl tal-istennija li fl-2021 ikun hawn vaċċin kontra l-pandemija tal- Covid-19 bil-konsegwenza li l-ħajja terġa tibda ġejja għan-normal u magħha l-ekonomija. Fil-fatt huma total ta' 53.2% li jemmnu illi fl-2021 se jkollhom but aktar mimli minn bħalissa filwaqt li huma 7.1% biss li wieġbu fin- negattiv. Ftit inqas minn kwart tal- popolazzjoni - jew 23.8% jemmnu li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom se tibqa' l-istess. Minn naħa l-oħra 15.5% qalu illi ma jafux. Votanti Laburisti fl-2017 aktar pożittivi dwar id-dħul tagħhom fl-2021 Jekk wieħed imbagħad jibda jaqsam lill-parteċipanti skont l-età, ġeografija, edukazzjoni u partit wieħed isib illi dawk li vvutaw lill-Partit Laburista fl-2017 huma ħafna iktar pożittivi dwar il-qagħda finanzjarja tagħhom minn dawk li vvutaw lill-PN. Fil-fatt huma 60% tal- votanti Laburisti fl-2017 li jemmnu li fl-2021 se jkunu aħjar waqt li 4.7% biss qed jgħidu li jkunu agħar, 21.3% mhux qed jaraw bidliet u 13.8% ma jafux. Dan filwaqt li huma biss 40% ta' dawk li vvutaw PN fl-aħħar elezzjoni li jemmnu illi s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom se tkun aħjar is- sena d-dieħla filwaqt li 11.5% wieġbu fin-negattiv. Ftit iktar minn kwart, jew 27%, qalu li s-sitwazzjoni se tibqa' l-istess u 20% qalu li ma jafux. L-aktar li qed jaraw but mimli huma ż-żgħażagħ u l-Għawdxin Intant l-aktar pożittivi dwar il- qagħda finanzjarja tagħhom għas- sena d-dieħla huma ż-żgħażagħ b'55.9%, dawk b'edukazzjoni primarja b'57.7% u l-Għawdxin b'77.3%. L-aktar li wieġbu fin-negattiv għal din il-mistoqsija huma dawk ta' bejn is-36 u l-50 sena b'7.7%, dawk b'edukazzjoni primarja b'10.4% u dawk li jgħixu fix-xlokk tal-pajjiż b'14.3%. Fil-fatt fix-xlokk tal-pajjiż - li jinkludi l-irħula ta' Birżebbuġa, Ħal Għaxaq, iż-Żejtun u Wied il-Għajn fost oħrajn - kif ukoll dawk miż-żona tan-nofsinhar tal-port li tinkludi lill-Kottonera u Ħaż Żabbar - huma l-inqas persuni pożittivi dwar il-finanzi għall-2021, b'44.7% u 43.5% rispettivament. L-aktar illi qalu li s-sitwazzjoni tagħhom se tibqa' l-istess kienu, mill-ġdid, dawk ta' bejn is-36 u l-50 sena b'27.4%, dawk b'edukazzjoni terzjarja b'33.4% u dawk li pparteċipaw u kienu, mill-ġdid, mix-xlokk tal-pajjiż b'29.8%. B'17.7% dawk mit-tramuntana tal-port, li jinkludi postijiet bħal Tas-Sliema, San Ġiljan, Birkirkara, is-Swieqi u l-Ħamrun, huma l-aktar inċerti dwar il-finanzi fl-2021. Fuq il-bażi tal-ġeneru m'hemmx wisq differenzi għalkemm b'18.2% in-nisa huma it iktar inċerti mill- irġiel (12.7%) imma aktar pożittivi dwar is-sitwazzjoni finanzjarja (53.6%) mill-irġiel (52.6%). Għawdex Tramuntana Tramuntana tal-Port Xlokk Nofsinhar tal-Port Punent 0% 10% 20% 30% 40% 50% 60% 70% 80% 90% 100% 5.9% 9.3% 3% 77.3% 4.2% 15% 26% 57% 17.6% 7.8% 19% 55.3% 11% 14.3% 29.8% 44.7% 14.7% 6.9% 34.8% 43% 23.2% 21.5% 52.5% Ma Nafx Le L-Istess Iva Bla Tweġiba Tistenna li s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek se tkun aħjar fl-2021? Sondaġġ xjentifiku tal- MediaToday juri li xejn inqas minn 81% tal-popolazzjoni qed tħares 'l quddiem għal sena aħjar minn din fl-2021 u dan hekk kif din is-sena kienet immarkata mill- pandemija li ħasdet lid-dinja, waqqfet ekonomiji, sakkret lil miljuni ta' nies f 'darhom u sfortunatament ħalliet, sal- bieraħ, ftit aktar minn 1.5 miljun persuna mejta. Minkejja dan, 5.4% xorta qalu li ma jaħsbux li s-sena d-dieħla se tkun aħjar għalihom filwaqt illi 13% qalu li ma jafux. F'kull settur ta' età, żona tal- pajjiż, livell ta' edukazzjoni u appoġġ lejn partit hemm maġġoranza ta' persuni li jemmnu illi l-2021 se tkun sena aħjar minn din, imma l-aktar pożittivi huma ż-żgħażagħ bi kważi 86%. Magħhom jiġu dawk li għandhom edukazzjoni post sekondarja b'83% u l-Għawdxin, fejn 87% huma pożittivi li s-sena d-dieħla se tkun aħjar. Minn naħa l-oħra l-inqas pożittivi huma dawk bejn il-51 u l-65 sena fejn xorta 76.6% jaħsbu li s-sena d-dieħla se tkun aħjar, dawk b'edukazzjoni primarja (75%) u dawk li jgħixu fit-tramuntana tal-port (75.3%). 81% tal-poplu jemmen li l-2021 se tkun sena aħjar