Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1315438
22 opinjoni IL-ĦADD 6 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum Dun Anġ Seychell Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth I l-Premju Nobel għall- Paċi dis-sena ngħata lill-Programm Dinji ta' I-Ikel, l-aġenzija tal-Ġnus Maġħquda li kull sena tgħin 87 miljun persuna f 'iżjed minn 80 pajjiż. Din l-aġenzija twaqqfet fl-1961 u hija l-akbar organizazzjoni umanitarja, bl-uffiċċju ċentrali tagħha fil-belt ta' Ruma. Din l-aġenzija temmen li ma jistax ikun hawn ġustizzja fid- dinja mingħajr l-ikel li jilħaq lil kull persuna fid-dinja. U ma jistax ikun hawn paċi mingħajr il- ġlieda kontra l-ġuħ fid-dinja, jekk tissokta s-sitwazzjoni preżenti li fiha hawn nies li qed imutu għax neqsin mill-ikel meħtieġ għall- bnedmin. Din hi twissija li għamel il- Kumitat Norveġiz tal-Premju Nobel għall-Paċi li din is-sena ta l-Premju Nobel għall-Paċi lill-World Food Programme, bil-Malti l-Programm Dinji għall-Ikel, l-aġenzija tal-Ġnus Magħquda li twaqqfet biex tagħti għajnuna fil-qasam ta' l-ikel kulfejn tinqala emerġenza u kulfejn tinqala gwerra kif ukoll meta tinqala kriżi ambjentali. Qed jikber il-ġuħ fid-dinja Fis-sena 2015 din l-aġenzija ħarġet 17 il-għan ta' żvilupp sostenibbli li jridu jseħħu sas-sena 2030, pjan imsejjaħ ĠUĦ ŻERO li fiħ jitjieb l-ikel billi l-biedja ssir sostenibbli u tingħata l-għajnuna meħtieġa biex il-bdiewa żgħar ikunu jistgħu jiżviluppaw il-ħidma tagħhom. Skond ir-rapport tal-Ġnus Magħquda tas-sena 2020 fil- qasam ta' l-ikel il-ġuħ fid-dinja qed jiżdied. Ir-rapport igħid li fis sena 2019 kważi 690 miljun persuna sofriet il-ġuħ, madwar 10 miljuni iżjed mis-sena ta' qabel. Ir-rapport, ippreżentat f 'Lulju li għadda saħaq fuq l-effett enormi li kellha l-pandemija COVID-19. Sa l-aħħar ta' din is-sena qed ikun ikkalkulat li 130 miljun persuni se jispiċċaw fil-qasan kritiku tan-nuqqas ta' ikel. X'qed jagħmel id-WFP Kull sena ll-Programm Dinji ta' l-Ikel jgħin kważi 87 miljun f 'iżjed minn 80 pajjiż. Kuljum 5,000 trakk, 20 bastiment u iżjed minn 90 ajruplan jitilqu biex jilħqu in-nies l-iżjed foqra tad-dinja fil-Jemen fejn 10 miljuni qed ibatu l-ġuħ, u fejn qed tingħata għajnuna fl-ikel lil 13 il-miljun abitant. U fis-Sirja kważi 4 miljuni u nofs irċevew l-għajnuna f 'Settembru 2019. Tingħata wkoll l-għajnuna lill-popli tas-Sahel, jiġifieri Mali, Burkina, Faso u Niger li jinsabu milquta mhux biss mit-tibdil fil-klima imma wkoll in-nuqqas ta' stabbilita' frott l-inkwiet li qed iġibu l-gruppi armati. Hemm ukoll n-nuqqas ta' ugwaljanza bejn nisa u rġiel għax ma jistax ikun hawn dinja mingħajr ġuħ jekk ma jkunux rispettati l-jeddijiet ta' kullħadd. L-inizjattiva tal-Programm Dinji ta' l-Ikel ssibha kull fejn hemm ir-refuġjati fil-Kenja u partijiet oħra ta' l-Afrika, kulfejn hemm il-ġlied bħal fil- Yemen u s-Sirja, kulfejn tinqala xi emerġenza bħal fis-Sudan t'Isfel fejn ġie li l-għajnuna ta' l-ikel tuża l-ajruplani biex twassal il-provvisti li jintbagħtu. Il-kap eżekuttiv tal- Programm ta' l-Ikel huwa David Beasley ta' 63 sena. Il-programm dinji tal-ikel rebaħ il-premju Nobel tal-Paċi