Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1315438
09 illum • IL-ĦADD 6 TA' DIĊEMBRU 2020 aħbarijiet id-daqqa ta' ħarta li qalgħet l-industrija tal-avjazzjoni Minkejja l-isfidi li għaddiet minnhom, l-industrija tal-avjazzjoni kienet importanti ħafna fi żmien il-pandemija tant li matul dawn ix-xhur waslet: 1.5 miljun tunellata ta' PPE (ilbies protettiv għall-frontliners) u tagħmir mediku ieħor. B'kollox saru 46,000 titjira 5 miljun persuna lura f 'pajjiżhom. 40,000 kienu titjiriet iddedikati għar-ripatrijazzjoni ta' persuni li nqabdu f 'pajjiżi oħra waqt lockdowns Ingħataw ukoll 250,000 biljett b'xejn għal frontliners. Iżda l-akbar missjoni għall-industrija tal- avjazzjoni se jkun it-trasport tal-vaċċin li d-Direttur Ġenerali tal-IATA, Alexander de Juniac jiddeskriva bħala: "il-missjoni tas-seklu." Fil-fatt, ir-rapport jirrikonoxxi li din se tkun missjoni kbira u importanti għall-industrija tal-avjazzjoni, aktar u aktar meta wieħed iqis l-isfidi li t-trasport tal-vaċċin se jġib miegħu, partikolarment minħabba t-temperaturi. Skont l-IATA, biex 7.8 biljun persuna madwar id-dinja jingħataw doża waħda tal-vaċċin iridu jimtlew xejn inqas minn 8,000 ajruplan tat-tip Boeing 747. Dan in-numru jirdoppja jekk wieħed iqis li l-vaċċin kontra l-Covid-19 jirrikjedi li kull persuna li titlaqqam tieħu żewġ dożi. Għal dan il-għan, l-IATA qed tagħmel għadd ta' rakkomandazzjonijiet: Proċeduri aktar effikaċi għal dawk it-titjiriet li jkunu neżlin f 'pajjiż bil-vaċċin Eżenzjoni għall-membri tal-ekwipaġġ mill- kwarantina biex ma jkunx hemm dewmien Tingħata prijorità lill-iżbark tal-vaċċin biex ma jkunx hemm dewmien minħabba t-temperaturi Jitnaqqsu jew jitneħħew tariffi biex ikun iffaċilitat il-moviment għall-vaċċin. F'policy note li l-Bank Ċentrali ta' Malta ppubblika din il-ġimgħa saħaq li jekk Malta trid tibbenefika mill irkupru eventwali ta' wara l COVID 19, huwa kruċjali li tistabbilixxi mill ġdid jew tirkupra n numru sinifikanti ta' konnessjonijiet diretti bl ajru li ntilfu waqt il pandemija. Fl-istqarrija, il-Bank Ċentrali spjega kif fl-2005 Malta kellha 84 konnessjoni diretta bl ajru, ammont li tela' għal 125 fl- 2019. Fil-fatt, fl-2005, Malta kellha titjiriet diretti lejn 27 pajjiż u 40 fl 2019. Madankollu, il pandemija tal COVID 19 ħalliet impatt sostanzjali hekk kif fl 2020 intilfu aktar minn 50 konnessjoni bl ajru. 70 biss baqgħu attivi. "Il konnettività bl ajru għandha rwol kruċjali fl iffaċilitar tal iżvilupp ekonomiku permezz ta' diversi mezzi – bħall industriji tat turiżmu u l manutenzjoni tal inġenji tal ajru – kif ukoll impatti indiretti u kkaġunati – u dawk fejn il konnettività taġixxi bħala katalista. Ir relazzjoni bejn il konnettività bl ajru u l ekonomija tmur fiż żewġ direzzjonijiet, bħal pereżempju, l iżvilupp ta' infrastruttura bħall ajruporti tipprovdi opportunità għall promozzjoni tal esportazzjonijiet (bħat turiżmu), ittejjeb l operat u l produttività tan negozji, u kif ukoll tinfluwenza l post u d deċiżjonijiet ta' investiment tal kumpaniji," insista l-Bank Ċentrali. Il policy note enfasizzat li dawk li jfasslu l politika għandhom jagħmlu ħilithom sabiex iżommu u jtejbu l konnettività lejn ċentri kbar li jibqgħu l-aktar importanti mil-lat ekonomiku. IT-TRASPORT TAL-VAĊĊIN: 'IL-MISSJONI TAS- SEKLU GĦALL-INDUSTRIJA TAL-AVJAZZJONI' IL-PANDEMIJA TWAQQAF AKTAR MINN 50 KONNESSJONI BL-AJRU LI KELLHA MALTA Fil-fatt, f 'ġimgħa f 'Ottubru, l-għadd tal- bookings kien jaqbeż id-doppju tal-livelli ta' qabel il-pandemija, anke jekk imbagħad il-Gvern Ingliż kien kostrett jerġa' jagħlaq il- fruntieri tiegħu. Dan għalhekk juri li jekk ikun hemm iċ- ċans, għad hemm ir-rieda għas-safar. "Il-passiġġieri lesti li jivjaġġaw anke bl- ajru jekk minflok kwarantina, jkunu mitluba jippreżentaw test negattiv tal-Covid-19," tisħaq l-assoċjazzjoni. "L-impożizzjoni tal- kwarantina minn diversi gvernijiet kienet ir-raġuni ewlenija għaliex id-domanda għall- ivjaġġar bl-ajru kkollassat fl-2020." 83% tal-passiġġieri mhux se jivjaġġaw jekk ikun hemm kwarantina Forsi tidher xi ħaġa ovvja li jekk ikunu kostretti jagħmlu kwarantina, inqas nies se jitħajru jivjaġġaw. Dan iżda ġie ppruvat ukoll minn studju li sar. Minn sondaġġ li għamlet l-istess assoċjazzjoni, jirriżulta li 83% tal-passiġġieri mhux lesti jivjaġġaw jekk fid-destinazzjoni, jew meta jaslu lura pajjiżhom, ikunu kostretti jagħmlu kwarantina. Fil-fatt, l-IATA tisħaq li l-iżvilupp ta' testijiet li r-riżultat tagħhom ikun magħruf aktar malajr, filwaqt li jkunu preċiżi u affordabbli, jew inkella t-testijiet sistematiċi qabel l-ivjaġġar, huma alternattiva għall- miżuri ta' kwarantina li jistgħu jgħinu biex tkun irkuprata l-konnettività globali L-istess studju wera kif 65% tal-passiġġieri qablu li jekk jippreżentaw test negattiv tal- Covid-19 ma għandhomx ikunu kostretti jagħmlu l-kwarantina. 84% jaqblu li t-testijiet għall-passiġġieri għandhom ikunu mandatorji filwaqt li 88% tal-passiġġieri jaqblu li jagħmlu test għall-Covid-19 bħala parti mill-proċess tal-ivjaġġar. Propju għalhekk li l-IATA qed tisħaq kif filwaqt li din ma għandix tkun struttura fissa, it-testijiet mandatorji huma importanti ħafna f 'dawn iż-żminijiet. "Il-Gvernijiet għandhom jikkunsidraw l-istimolu ekonomiku li l-avjazzjoni biss tista' tipprovdi meta jagħtu prijorità lir-riżorsi tagħhom tal-ittestjar. Jekk il-konnettività globali tirkupra, din se tkun qed tagħti spinta lill-impjiegi fis-setturi tal-avjazzjoni u t-turiżmu li jammontaw għal 10% tal- impjiegi globali." It-trasport tal-merkanzija bl-ajru ftit li xejn affettwat... Fuq in-naħa l-oħra tal-munita hemm it- trasport tal-merkanzija bl-ajru li anke jekk naqas, bl-ebda mod ma niżel għal-livelli li fih niżel l-ivjaġġar tal-passiġġieri. Fil-fatt, f 'Settembru li għadda, il-volum tat- trasport tal-merkanzija bl-ajru kien 8% biss inqas mill-figuri tas-sena li għaddiet. Għall-kuntrarju ta' vjaġġar ieħor, dak tal- merkanzija baqa' essenzjali u importanti anke għat-tagħmir mediku u l-mediċini. L-uniku sfida li ffaċċja t-trasport tal- merkanzija bl-ajru kien l-ispazju fuq l-ajruplani hekk kif ħafna titjiriet kummerċjali kienu jew għadhom wieqfa. Fil-fatt, normalment, apparti bl-ajruplani tal-merkanzija, kważi nofs il-volumi tal-merkanzija jinġarru bl-ajruplani tal- passiġġieri. Tant hu hekk li sa Settembru li għadda, l-ispazju għall-merkanzija fuq l-ajruplani kien 25% inqas minn dak tas-sena li għaddiet. Impatt devastanti fuq il-finanzi tal-linji tal- ajru Bla dubju ta' xejn, dawn l-isfidi kollha ħallew impatt, li l-IATA ssejjaħlu devastanti fuq id-dħul tal-industrija tal-avjazzjoni. Fil-fatt, id-dħul totali għall-industrija tal- avjazzjoni, sa issa, naqas b'aktar minn 60%. L-assoċjazzjoni tirraporta kif minħabba l-fatt li l-industrija għandha ħafna spejjeż li diffiċli tnaqqas, fosthom minħabba l-ajruplani u anke l-impjiegi li ma tistax tgħaddi mingħajrhom, l-industrija se tkun qed tiffaċċja telf bla preċedent. Huwa stmat li t-telf globali se jkun qed jaqbeż is-€97.7 biljun. Fil-fatt, l-assoċjazzjoni tikkonkludi li meta wieħed iqis dawn il-fatturi kollha u t-telf li se tkun qed tagħmel l-industrija, kieku ma kienx għall-għajnuna li diversi stati taw lil- linji tal-ajru, kieku ħafna kienu jfallu. "Il-linji tal-ajru li se joħorġu minn din il- kriżi se jagħmlu dan b'livelli ogħla ta' dejn," jisħaq ir-rapport.