Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1318990
11 analiżi illum • IL-ĦADD 13 TA' DIĊEMBRU 2020 Il-vaċċin dalwaqt se jkun magħna. Imma n-nies se jieħduh? X'jaħsbu dwaru? Il- gazzetta ILLUM tkellem lil żewġ żgħażagħ, infermiera u anzjan, li huwa wkoll attur veteran, dwar dan il-vaċċin. Dwar l-istess suġġett, l-ILLUM tkellmet ukoll ma' Clint Cassar, ħaddiem f 'kumpanija lokali tal-iGaming li saħaq ukoll fuq l-importanza li kulħadd jisma' mill- awtoritajiet. Cassar ammetta li fid-dinja li qed ngħixu bħalissa, l-internet huwa aċċessibli faċilment għal kulħadd. Jgħidilna li nies oħra bl-użu tal- internet jaf ixerrdu xi miżinforazzjoni allura hu importanti li l-ewwel nisimgħu min nies li vera studjaw, gradwaw u fuq kollox għexu din il-pandemija, qabel ma naċċettaw informazzjoni minn sorsi oħra. Apparti dan, kompla Cassar, wieħed jista jara kif il-vaċċin ħadem jew x'riżultati ħalla f 'pajjiżi oħra. Fosthom l-Ingilterra, li amministrat l-ewwel doża tal- vaċċin Pfizer nhar l-Erbgħa 9 ta' Diċembru. Malta tgħalmet ħafna mill-iżbalji u s-suċċessi ta' pajjiżi oħra speċjalment waqt il-pandemija u għalhekk missna nerġgħu nosservaw pajjiżi oħra f 'dan ir-rigward ukoll. Clint Cassar saħaq ukoll li hu lest jieħu l-vaċċin ladarba tidħol f 'Malta. Kompla billi sostna li mhux etika li nagħmlu dan il-vaċċin obbligatorju, iżda jekk ma niħduhx wara se nbatu l-konsegwenzi. Fi kliemu, jekk ammont kbir ta' nies ma' jiħdux il-vaċċin ikunu qed itawlu l-proċess tal-mixja lura għan-normalità. Min-naħa tagħha, Miriana Borg, infermiera fi sptar f'Malta tinsisti mal-gazzetta ILLUM li dan il-vaċċin huwa d-dawl fl-aħħar tal-mina mdallma. Borg tispjega li l-vaċċin kien il- mira ta' kull frontliner u persuna li ħadmet biex nirbħu din il- battalja. Borg qaltilna li f'dawn l-aħħar xhur it-tobba kellhom mediċini li jgħinu s-sintomi tal- Covid-19 iżda din il-mediċina se tbiddel kollox. L-għan ta' dan il-vaċċin huwa li jeqred il-marda nnifisha. Borg tkompli billi tgħid li dan il-vaċċin mhux kompletament ġdid għax il-vaċċin innifsu hu bbażat fuq mediċini eżistenti u wara modifikat. Dan jispjega għaliex il-vaċċin ma' ħax snin biex jiġi żviluppat bil-kontra ta' mediċina u vaċċini oħra li nafu bihom jew li għadu għaddej ix-xogħol fuqhom. L-infermiera fakkret ukoll li qed ngħixu fi żmien li l-informazzjoni nistgħu nġibuha ukoll minn fuq l-internet. Borg tfakkar li kull individwu għandu jiċċekja s-sors li ħareġ dik l-informazzjoni qabel ma jemmen u jkompli jxerred l-aħbar. Miriana Borg ammettiet li kien hemm drabi fejn kellha dubju jew biża' iżda dejjem iffukkat fuq il-pożittiv u tgħid li t-tama reggħat rebħet fuq kull emozzjoni oħra Borg komplet billi qalet li s'issa qatt ma' kellna vaċċin li kien obbligatorju, iżda minn naħa l-oħra qatt ma kellna marda iktar kiefra minn din. Hi kompliet billi spjegat li jekk ir-reżistenza lejn it-teħid tal-vaċċin tkun kbira, se nbatu ħafna. Tfakkar li din taf twassal biex jittawwal il-proċess tal-fejqan li jeħodna lejn in-normalità. Fuq kollox, Miriana Borg spiċċat billi fakkret li aħna responsabbli tal-preżent u anke tal-futur. "Vera, illi l-ewwel irridu nieħdu l-vaċċin biex naraw kemm hi vera effiċjenti, iżda huwa dan il-vaċċin li se jressaqna għat- tmiem ta' din il-pandemija." MARIANNA CALLEJA F'dawn l-aħħar ġimgħat, il-vaċċin kontra l-Covid-19 kien fuq fomm kulħadd u sintendi kulħadd jaħsibha differenti. Hemm nies li jaċċettaw il-vaċċin u ssib nies li jopponu anke l-idea tal-vaċċin f 'Malta. Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar fil-Parlament li l-Gvern xtara miljun u sitt mitt doża u li l-ewwel doża tal-vaċċin se tibda tingħata f 'Jannar lill- frontliners kollha u lill-anzjani ta' 'l fuq minn 85 sena. L-ILLUM ħadet l-opportunità li tistaqsi lil ħames persuni kif jaħsbuha fuq il-vaċċin. Għandhom tama li sa' Mejju li ġej nerġgħu nibdew ngħixu ħajja normali? Fuq kollox huma lesti li jieħdu l-vaċċin? 'Illum hawn ħafna informazzjoni ... nisimgħu l-ewwel x'jgħidu l-awtoritajiet' - Clint Cassar, ħaddiem 'Dan il-vaċċin mhuwiex kompletament ġdid ... għalhekk ma ħax snin biex ikun żviluppat' - Mariana Borg, infermiera Malta tgħallmet ħafna mill-iżbalji u s-suċċessi ta' pajjiżi oħra waqt il-pandemija ... anke issa rridu nagħmlu l-istess Jekk ir-reżistenza lejn it-teħid tal-vaċċin se tkun kbira se nbatu ħafna ... dan itawwal il- proċess biex nerġgħu nibdew ngħixu ħajja normali