Illum previous editions

ILLUM 13 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1318990

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 13 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-PN qiegħed minn taħt bħala numri. Dan jixduh l-elezzjonijiet kollha mill- 2009 sal-2019 u anke s-sondaġġi. Fit-toroq, każini, pjazez u anke fid-djar tħoss dan is-sentiment? Tħoss qtigħ il-qalb fost ħafna votanti Nazzjonalisti? In-numri tal-istatistika qatt ma jigdbu, imma mhux dejjem juru stampa perfetta. Is-sentimenti tan-nies huma varji. Nemmen li hawn ħafna entużjażmu fil-Partit Nazzjonalista għall-bidla fit- tmexxija għaliex ħafna qed jaraw il- possibbiltà li l-Partit jibda jdawwar ir- riżultati favurih. Irridu nagħtu kas ukoll ta' dawk li llum ma jħossuhomx komdi fil-Partit Nazzjonalista. Birkirkara, fejn tgħix int, hija lokalità tradizzjonalment Nazzjonalista li fl-aħħar snin xeqilbet il-vot għall- Partit Laburista (fil-Kunsilli). Issa Birkirkara hija lokalità fejn jgħixu ħafna familji ħaddiema li jaqilgħuha u jikluha, bħal Ħal Qormi, Ħaż Żebbuġ u ħafna postijiet oħrajn. Taħseb li t-telf fuq Birkirkara huwa sintomu ta' partit li nqata' mill- għeruq tiegħu fost il-ħaddiema? Le ma naqbilx ma' din l-asserzjoni għalkollox għaliex il-Partit Nazzjonalista huwa l-Partit li kontinwament jitkellem u jipproponi favur in-nies irrispettivament mil-liema klassi tas-soċjetà ġejjin. Madankollu, kien hemm deċiżjonijiet fil- passat li ma kinux daqstant favorevoli u allura llum qed iħallas il-prezz ta' dawk id-deċiżjonijiet li mbagħad ħa vantaġġ minnhom il-Partit Laburista bħall- kwistjoni tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Li nista' ngħid huwa li jien bħala Minority Leader, flimkien ma' sħabi l-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista qed naħdmu bis-sħiħ u b'konvinzjoni għall-ġid tal- lokalità u tar-residenti Karkariżi kollha, u ma għandix dubju li dan se jrebbaħ lura l-maġġoranza lill-Partit Nazzjonalista 'l quddiem. Illum qed nuru kemm aħna propożittivi, attivi u enerġetiċi biex intejbu l-lokalità u l-ħajja tan-nies, u n-nies qed tirrikonoxxi l-ħidma tagħna. Inti għalliem. Kien hemm ħafna għagħa u biża' qabel fetħu l-iskejjel minħabba l-Covid-19. Iżda l-iskejjel fetħu u minkejja xi każijiet inevitabbli, ftit li xejn kien hemm problemi. Kien hemm mal-200 każ pożittiv minn popolazzjoni studenteska ta' 45,000. Allura dan mhux suċċess? Din ir-risposta mhux se nagħtiha jien għaliex il-fatt li Owen Bonnici tneħħa minn Ministru tal-Edukazzjoni wara biss għaxar xhur li nħatar hi ċara biżżejjed għal kulħadd. Bħal f 'setturi oħra tat- turiżmu u tal-anzjani, il-Gvern falla. Irrid nibda mill-premura li l-edukazzjoni hija dritt tat-tfal kollha, bla eċċezzjoni. Sfortunatament illum, mhux minħabba l-pandemija imma minħabba nuqqas ta' ppjanar professjonali (li kellu jsir minn Marzu sa Settembru) għad għandna attendenzi baxxi ħafna speċjalment fil- primarji, u ma jienx konvint li dawn qed jintlaħqu u allura qed ikomplu bl- edukazzjoni tagħhom, u dan ċertament huwa falliment u mhux suċċess. F'dan il-pajjiż, ma nistgħux naffordjaw li nħallu t-tfal warajna f 'sistema edukattiva li qed tħallina ma' tal- aħħar fl-istatistika tal-Unjoni Ewropea. Hawnhekk il-Ministeru tal-Edukazzjoni naqas għalkollox, u għad irridu naraw dan l-impatt sever fl-għaxar snin li ġejjin. Il-każijiet fl-iskejjel ma humiex allarmanti, ġeneralment għall-miżuri li ttieħdu u dan huwa inkoraġġanti. Hija ħasra li kellha tkun pandemija biex naraw skejjel aktar organizzati u aktar indaf. II-unjins tal-għalliema din l-aħħar sena kienu f 'diversi tilwimiet mal- Gvern. Fejn tara li huma l-problemi tal-għalliema u l-edukazzjoni bħalissa? U inti, bħala kandidat, x'qed tagħmel biex il-PN ikollu xi forma ta' policy ċara f 'dan is-settur? Il-kawża tal-unions, ġeneralment kienet dejjem ġusta. It-tilwim industrijali jikkonferma biss li l-Gvern ma kienx dejjem qiegħed jonora l-importanza tal- konsultazzjoni. Eżempju ta' dan, meta l-Gvern ħabbar il-politika għall-ftuħ tal-iskejjel, il-MUT insistiet li l-Gvern ma kienx għadu kkonsulta magħha, tant li kellu jiftaħ is- sena skolastika aktar tard minn meta kien pjanat. Din l-inkompetenza jew arroganza ma tagħmilx ġieħ lill-edukazzjoni. L-edukazzjoni għandha ħafna, ħafna diffikultajiet, u l-aktar waħda inkwetanti tibqa' dejjem dik marbuta mal-ingaġġ tal-għalliema, għaliex il-Gvern biex sab għalliem għal kull klassi kellu jnaqqas minn dawk il-professjonisti li kienu qed jagħtu servizz importanti fil-qasam. Nafu li ħafna għalliema parapatetiċi llum qegħdin fil-klassi, l-istess bħal għalliema oħra li jgħallmu suġġetti tal-arti. Dan jikkonferma falliment. Fir-rigward ta' policy, il-ħidma tiegħi flimkien mad-Deputat Clyde Puli hija waħda kontinwa sabiex inħejju mod kif nippreżentaw viżjoni li televa l-qasam tal- edukazzjoni billi, fl-opinjoni tiegħi, tkun ibbażata fuq tliet prinċipji: edukazzjoni inklussiva, edukazzjoni ta' kwalità, u edukazzjoni prattika. Inti kont ikkritikat - fosthom minn Deputati Nazzjonalisti stess - għaliex 'Hawn ħafna entużjażmu fil-PN għax ħafna qed jaraw il-partit idawwar ir- riżultati favurih Għadu relattivament ġdid fil-politika. Karkariż, għalliem u kandidat tal-PN għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Il-gazzetta ILLUM tistaqsi lil Justin Schembri dwar il-PN, l-edukazzjoni, Birkirkara, l-immigrazzjoni u aktar ...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 December 2020