Illum previous editions

ILLUM 13 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1318990

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 13 TA' DIĊEMBRU 2020 faħħart lil Matteo Salvini fuq il- pożizzjoni li ħa fuq l-immigrazzjoni. Allura inti taqbel mal-kunċett li aħna full up? U x'temmen li għandu jsir differenti milli qed isir? Tħoss li l-immigrazzjoni hija problema fost l-elettorat? Nemmen li l-kwistjoni tal- immigrazzjoni hija waħda li toffri diversi problemi u sfidi u għalhekk hija problema fost l-elettorat, speċjalment dawk milquta direttament. Sfortunatament bħala pajjiż ma aħniex nagħtu wisq importanza lil min indaħħlu fil-pajjiż u x'kontribut jista' jagħti, u din mhijiex biss marbuta mal-immigrazzjoni irregolari imma anke l-importazzjoni ta' barranin li qed jinġiebu mill-Gvern biex iddur ir-rota ekonomika. Din hija politika żbaljata u bla viżjoni. Minkejja dan, nifhem u nirrikonoxxi li pajjiżna ma jistax ikampa mingħajr ammonti meqjusa ta' barranin minħabba l-limitazzjonijiet tal-pajjiż. Fir-rigward tal-immigrazzjoni illegali, definittivament ma nistgħux insolvu l-problema Ewropea aħna, imma nemmen li rridu nkunu sodi u deċiżivi biex dan it-traffikar u l-isfruttar ta' nies vulnerabbli jieqaf. Bħala politiku inti tikkunsidra lilek innifsek bħala liberali jew konservattiv? Il-Kap Nazzjonalista ħabbar li jaqbel li l-perjodu sakemm koppja tieħu d-divorzju għandu jonqos. Inti taqbel? U mal- ewtanasja taqbel jew le? Fid-dinja politika tal-lum, la tista' tkun liberali għalkollox u lanqas konservattiv għalkollox, imma trid tagħraf li l-bilanċ huwa importanti sabiex tkun rappreżentattiv kemm jista' jkun. Madankollu fil-Partit għandu jkun hemm opinjonijiet diverġenti u differenti biex jasal għall-politika tiegħu. Rigward id-divorzju, naħseb li llum qed nirrealizzaw li hemm x'jista' jitranġa u għandna l-obbligu li nipproponu emendi biex issir ġustizzja aħjar ma' dawk li sal- lum, il-liġi attwali mhix ġusta biżżejjed għalihom u magħhom. Għandi nifhem li d-dibattitu dwar l-ewtanasja għadu fl-infanzja tiegħu u nemmen li hemm bżonn aktar diskussjonijiet għaliex hemm ċirkostanzi fejn min qed jitkellem favur mill-esperjenza, irid ukoll jingħata l-attenzjoni, u dak huwa l-obbligu tal- politiku. Il-PN għandu ċans inaqqas id-distakk elettorali? U inti taħseb li għandek ċans tkun elett, b'nies bħal Beppe Fenech Adami u Adrian Delia fuq il-biljett Nazzjonalista fl-istess distrett? Ma ngħidx għandux ċans jew le, imma nemmen li jekk l-elezzjoni tkun imsejħa fi żmienha, il-Partit Nazzjonalista jkollu ċ-ċansijiet tiegħu wkoll, dan dejjem fid- dawl li l-Partit Laburista ta' Robert Abela mhuwiex qiegħed jappella biżżejjed għall-bidliet li jistenna minnu l-pajjiż. Fuq livell personali, qed ninnota kif il-Partit Nazzjonalista qiegħed ikompli jiġġedded u qed jagħti aktar spazju u opportunitajiet lill-kandidati ġodda, l-aktar lil dawk li kellhom vot tajjeb fl- elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali li għaddew, u oħrajn li jistgħu jġibu enerġija ġdida lill-Partit. Il-Partit Nazzjonalista għandu ġenerazzjoni tad-deheb tielgħa u jeħtieġlu jrawwimha u jagħtiha kull spazju u opportunità. Għalhekk, il-ħidma tiegħi fost il-votanti tad-distrett matul dawn l-aħħar seba' snin flimkien mal-ħidma fuq livell lokali bħala Minority Leader f 'Birkirkara tista' tissarraf f 'fiduċja fl-elezzjoni ġenerali li jmiss jekk il-poplu jidhirlu hekk. Il-ġudizzju huwa dejjem tal-poplu. Sadanittant, jiena niffoka fuq l-elettorat u l-ħteġijiet tiegħu aktar milli fuq min ser u jista' jikkontesta għax jien fid-dover li nservi. Tidħol f 'dar ta' familja u l-missier jgħidlek li t-tifel ma jistax isib xogħol għax tilef l-impjieg waqt il-pandemija. Jitolbok tgħinu jsib xogħol. X'tagħmel? Sfortunatament din qed tkun ħaġa spissa li nitlaqa' ma' familji li ġew milquta ħażin f 'din il-pandemija u qed ibatu fis- skiet. Id-dħul naqas għal bosta u saħansitra hemm ukoll nies li tilfu l-impjieg tagħhom, u għaldaqstant ħafna jinsabu inkwetati u ddisprati għax ma jistgħux ilaħħqu mal-ħajja. Jien dħalt fil-politka bl-għan li ngħin lin-nies, u f 'sitwazzjonijiet fejn niltaqa' ma' nies f 'din is-sitwazzjoni u jitolbuni l-għajnuna, nagħmel kulma nista' u dan grazzi għall-appoġġ u l-ġenoriżità li nsib mingħand nies oħra. L-akbar weġgħa tkun meta ssib quddiemek nies li ma tkunx tista' tgħinhom kemm tixtieq għax il-problema tkun 'beyond my reach'. Kull min jidħol fid-djar bħali, jifhem kemm il-pandemija qed tħalli impatt drastiku li forsi mhux dejjem jidher ma' min mhux milqut. X'inhu l-ġudizzju tiegħek ta' Bernard Grech fl-ewwel xaharejn tat-tmexxija tiegħu? Is-sinjali bikrin huma pożittivi, anke kif jidher fis-sondaġġi. Inħoss li l-Partit Nazzjonalista jista' biss javvanza 'l quddiem jekk ikompli jiġġedded biex jibda paġna ġdida li tant hija mistennija mill-elettorat. Illum il-PN qed iħallas il-prezz ta' dawk id-deċiżjonijiet li mbagħad ħa vantaġġ minnhom il-Partit Laburista bħall- kwistjoni tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 December 2020