Illum previous editions

ILLUM 13 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1318990

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 analiżi IL-ĦADD 13 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum MHUX BISS KWISTJONI TA' TAQBEL JEW MA TAQBILX ID-DILEMMI BIOETIĊI TAL- EWTANAŻJA L-ewtanażja: Ħafna jħossu li huwa proċess ġustifikat għal pazjenti b'uġigħ kbir minħabba mard terminali u ħafna oħrajn ma jaqblux għax il-ħajja hija sagra. Il-gazzetta ILLUM tħares lejn il-kwistjonijiet u l-mistoqsijiet bioetiċi li jgħinuna nifhmu aħjar x'inhi l-ewtanażja u kif niffurmaw opinjoni dwarha ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Dawn l-aħħar ġimgħat issemmiet il- kwistjoni tal-ewtanasja u minkejja li d-diskussjoni ġieli qamet qabel, din għadha pjuttost fl-infanzja tagħha. Bħal dejjem, mal-ewwel tiri tad-dibattitu l-ewwel li nisimgħu huwa l-persuna li hija kontra u dik li hija favur, bl-argumenti jvarjaw: Dawk kontra jużaw argumenti etiċi u reliġjużi, filwaqt illi dawk favur jużaw ukoll argumenti etiċi u dawk aktar emottivi. Lilhinn minn jekk taqbilx jew le, il-gazzetta ILLUM qed tagħti ħarsa lejn id-dilemmi etiċi li toħloq din il-kwistjoni minn riċerka li għamlet sabiex il-qarrej jiem aħjar, li bħal kwistjonijiet oħrajn, l-ewtanasja mhix sempliċiment kwistjoni ta' 'iva' jew 'le', 'favur' u kontra' - imma kwistjoni li toħloq diversi mistoqsijiet li bosta ppruvaw iwieġbu. Il-Każ ta' Velma Howard Każ partikolari li qajjem ħafna diskussjoni kien dak fl-Istati Uniti ta' Velma Howard, mara ta' 76 sena li kienet tbati mill-marda tal-ALS, marda li permezz tagħha persuna progressivament titlef l-abbilità li tuża l-muskoli tagħha. Wara diskussjoni mal- familja tagħha hija kienet għamlet filmat li fih tispjega x'inhuma x-xewqat tagħha u li xtaqet ittemm ħajjitha. F'Diċembru 1995 - fil-jum tal-50 sena anniversrju miż-żwieġ tagħha ma' żewġha - Velma iltaqgħet mal-bqija tal-familja tagħha f 'Joplin Missouri u l-għada permezz ta' għajnuna minn kiteb bl-isem Final Exit, temmet ħajjitha. Fit jiem wara żewġha u binha kienu akkużati b'reat serju talli assistew fis- suwiċidju tal-mara. L-akkużi kienu illi huma assistewha billi pprovdewlha l-materjal li kien hemm bżonn u qrawlha l-istruzzjonijiet mill-ktieb (għax hi ma setgħetx iżommu) biex tkun tista' tneħħi ħajjitha. Il-każ baqa' sejjer sal-Qorti tal-Appell li ddeċidiet illi "l-Istati ma jistgħux jipprojbixxu suwiċidju assistit lil individwu kompetenti li qed ibati minn marda terminali." Il-każ baqa' jkun appellat sakemm laħaq il-Qorti Suprema li biddlet id-deċiżjoni u reġgħet għamlet l-ewtanasja llegali. Iktar tard iżda l-Prosekuzzjoni kien waqqgħet il-każ kontra Howard u ibnu, għalkemm baqa' ma kienx ċar - skont artiklu li deher fuq in-New York Times tas-27 ta' Diċembru tal-1996 - għalfejn il- Prosekuzzjoni ħadet dan il-pass. Ewatanasja: Tipi differenti Ewtanasja tista' tieħu forom differenti. Pero' qabel xejn biex tkun ewtanasja irid bilfors ikun hemm persuna li tbati minn marda terminali - jiġifieri ma jistax jiġi Ġanni li xeba' mill-ħajja minkejja li jinsab fi stat ta' saħħa fiżika tajba u jagħmilha - il-persuna li twettaq il-proċess trid f 'kull ċirkostanza tkun tabib u finalment trid issir meta fuq talba minn pazjent li huwa nfurmat dwar il-proċess. Hemm l-ewtanasja attiva fejn il-pazjent li jixtieq itemm ħajtu qed jingħata trattament jew mediċina li ttemmlu ħajtu , imbagħad hemm l-ewtanasja passiva meta titwaqqaf il-mediċina, trattamenti jew il-kura li tħalli lill-pazjent ħaj. Hemm ewtanasja diretta, meta t-tabib iwaqqaf il-ħajja tal-pazjent u dik indiretta, meta l-objettiv ma jkunx ċar. Hemm l-ewtanasja volontarja - allura meta pazjent konxjament jaqbel mal-proċess u dik non-volontarja. Hemm ukoll, marbutin mas-suġġett il-proċess imsejjaħ Distanasja (Dysthanasia), li hija meta tabib itawwal il-ħajja ta' pazjent anke jekk dan ifisser li l-pazjent ibati u finalment il-kura paljattiva. Bejn li tagħmel il-ġid u li tagħmel id- deni Fil-bioetika dilemma hija sitwazzjoni ta' għażla bejn żewġ għażliet ugwalment tajbin jew ugwalment ħżiena. Allura f 'dan il-każ għandna din id-dilemma: Il-pazjent li qed ibati ħafna u li f 'ċerti każi huwa ristrett anke fil-moviment jew inkella fiżikament mhuwiex jitħalla jiffunzjona minħabba marda, għandu jitħalla jgħix? Jew inkella għandu jitħalla jtemm ħajtu? Hemm erba' kunsiderazzjonijiet li wieħed jeħtieġ jiem qabel jasal għal opinjoni konklussiva dwar l-ewtanasja: Dak li bl- Ingliż jissejjaħ 'Non Malificence', it-tieni huwa l-prinċipju tal-benevolenza, it-tielet huwa l-prinċipju tal-awtonomija u finalment il-ġustizzja. L-ewwel wieħed (non malificence) huwa l-prinċipju li ma tagħmilx ħsara lill-pazjent, li qatt - intenzjonalment ma tikkawża inġurja/ġrieħi/uġigħ fuq persuna. Dan ifisser illi meta attiv jew passiv xi ħadd qed joħloq it-tmiem tal-ħajja, mela allura qed joħloq dannu fuq il-pazjent. Dan ifisser - minn dan l-agolu - li l-ewtanasja mhix aċċettabbli. Iżda hawnhekk tqum mistosqija kardinali: X'inhu dannu għal pazjent? Jekk il-pazjent qed ibati ħafna u ma jistax jiffunzjona jew qed jiffunzjona b'uġigħ kbir (u jixtieq jittermina ħajtu) - li żżommu ħaj mhuwiex dannu akbar milli taċċetta li tittermina l-ħajja tiegħu? Din hija mistoqsija li jqajjem rapport u studju tat-tabib Jorge López Castroman, li jispeċjalizza fl-oqsma ta' Tendenzi suwiċidali, dipressjoni u l-bipolariżmu. Yolanda M Guerra minn Univeristà f 'Kolombja, f 'riċerka li għamlet kienet ikkonkludiet illi jekk hemm ċarezza xjentifika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 December 2020