Illum previous editions

ILLUM 13 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1318990

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 13 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum In-new moon fiż-żodjaku ta' Sagittarius Mill-Ħadd 13 ta' Diċembru sas-Sibt 19 ta' Diċembru Kompetizzjoni għalik Għal din il-kompetizzjoni, għalikom il-qarrejja ta' din il- paġna, qed nitolbukom is-suġġerimenti tagħkom. Nixtieq is-suġġerimenti tagħkom dwar din il-paġna. X'tixtiequ taraw iżjed f 'din il-paġna? X'jista' jkun aktar ta' interess għalikom? Nixtieq nirċievi l-ideat tagħkom sabiex għas-sena 2021, din il-paġna tkun aktar interessanti. L-aħjar suġġeriment jirbaħ 15% skont fuq kwalunkwe trattamenti ta' sbuħija mogħtija ġentilment lil din il-paġna mit-terapista Graziella Miruzzi. Indirizza l-ittra tiegħek lil PaulJon, ILLUM PO Box 27, Paola. Kull suġġeriment jingħata tweġiba u rigal ta' tiira. Namaste Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan in-new moon għalik bħala Aquarius ser iġib miegħu ċaqliq lejk speċjalment fejn tidħol il-karriera. F'din il-fażi inti trid tkun fl-aktar mumenti pożittivi għall-isfidi li ser jibdew jersqu lejk. Jekk tagħraf dejjem tilqa' u tuża moħħok dan ikun mument feliċi għat-tkabbir tiegħek fil-ġimgħat li ġejjin. Agħraf. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Id-dati ideali għalik f 'din il-ġimgħa huma: 13, 15, 17 u 19. Aquarius huma magħrufin bħala nies ta' mmotivati. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan in-new moon għalik bħala Pisces ser ikun hemm bosta ċaqliq, speċjalment fejn tidħol ix-xewqa tiegħek u anke l-karriera. Żewġ sitwazzjonijiet li jafu jkunu ta' front wieħed u li żgur ser jagħmluk persuna aktar stabbli. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Id-dati ideali għalik f 'din il- ġimgħa huma: 14, 15, 17 u 18. Pisces huma magħrufin għad- direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan in-new moon għalik bħala Aries huwa t-Tnejn. Iż-żodijaku li ser jispirak ġej minn Libra ser iġiblek miegħu bosta ideat ta' ppjanar iżda dan l-aktar ser ikun effettiv għall-mod ta' kif inti se tħares lejn is-sitwazzjoni kollha ta' madwarek, però hawnhekk trid toqgħod attent għax f 'dan l-istadju ċertu sitwazzjonijiet madwarek jafu ma jkunux dak li tixtieq int. Agħraf sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Id-dati ideali għalik f 'din il-ġimgħa huma: 15, 16, 18 u 19. Aries huma magħrufin li jimxu mal-mument. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan in-new moon għalik bħala Taurus ser iwasslek għal riflessjoni profonda dwar x'deċiżjoni li għandek tieħu. Ma tistax toqgħod tilgħab atar u trid tasal għal dik id-deċiżjoni li għandha bżonn tittieħed minnek. Dan il-perjodu ser jimlik b'dak il- kuraġġ li għandek bżonn sabiex tasal fejn tixtieq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Id-dati ideali għalik f 'din il-ġimgħa huma: 14, 16, 17 u 18. Taurus huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan in-new moon għalik bħala Gemini ser ikollu effett emottiv fuqek għalhekk trid tagħraf aktar iżżomm bilanċ għall-mod sentimentali li qed jispikka fik. Il-bilanċ huwa ser jiżdied fik trid tkun kapaċi żżomm bilanċ f 'dan il-mument sabiex iżżomm kontroll fuq il-ħajja tiegħek. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Id-dati ideali għalik f 'din il-ġimgħa huma: 13, 14, 16 u 19. Gemini huma magħrufin għall-mod kif kapaċi jaġixxu. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'dan in-new moon għalik bħala Cancer ser ikollu effett fuqek sabiex tagħraf tgawdi it aktar il-ħajja ta' madwarek li sfortunatament minħabba li mehdi b'ħafna pressjoni madwarek, dan mhux jagħtik iċ- ċans għalik, imma dan li ġej ser joffrilek l-ispazju li għandek bżonn. Agħraf dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Id-dati ideali għalik f 'din il-ġimgħa huma: 13, 15, 17 u 18. Cancer huma magħrufin għall-gwida pożittiva tagħhom Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru F'dan in-new moon għalik bħala Virgo ser iġib miegħu bosta ideat u riflessjonijiet lejn il-karriera tiegħek, però l-aktar li int tagħraf lilek innifsek f 'dawn il-ġranet li ġejjin hi direzzjoni dan għaliex ser ikun hemm bħal eżami lest għalik u dan ikun fuq diversi temi. Ser ikun eżami li se tagħraf iżjed l-abbiltà fil-karriera tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Id-dati ideali għalik f 'din il-ġimgħa huma: 15, 16, 18 u 19. Virgo huma magħrufin bħala nies ta' moral effettiv ħafna. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru F'dan in-new moon għalik bħala Libra ser iġib miegħu bosta ħsibijiet dwar in-neċessità fil-ħajja tiegħek, dan għaliex moħħok ser jgħaddi minn din il-fażi ta' ħafna ħsibijiet kemm pożittivi u kemm negattivi. Huma dawn tal-aħħar li se jħallu dak l-effett fuqek għax dan ser ikun perjodu it itwal mis-soltu. Għalhekk agħraf kun aktar int. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Id-dati ideali għalik f 'din il-ġimgħa huma: 13, 14, 16 u 17. Libra huma magħrufin għall-ħiliet tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru F'dan in-new moon għalik bħala Sagittarius sejjer iġib għalik bidla ta' kif tippjana l-affarijiet ta' madwarek, għalkemm int ma kontx ħażin rigward kif tippjana l-ġimgħa tiegħek int għalhekk issa int sejjer tkun aktar lejn il-perfezzjoni fl-ippjanar tiegħek b'differenza li sejra tinħass sew. Għalhekk tajjeb tagħraf iżjed dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis Id-dati ideali għalik f 'din il-ġimgħa huma: 13, 15, 17 u 19. Sagittarius huma magħrufin bħala nies li jiffaċċjaw dak kollu mill-qalb. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru F'dan in-new moon għalik bħala Scorpio ser iġib miegħu bosta pjanijiet u riflessjoni dwar il-ħin għalik. Iva, il-ħin li minn issa trid tibda tqassam għalik sabiex fil-ħajja li bħalissa int qed tesperjenza. Sib spazju għalik u ħin sabiex tirrilassa għalhekk għaraf f 'dan il- perjodu ssib spazju għalik sabiex b'hekk tkun aktar immotivat. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Id- dati ideali għalik f 'din il-ġimgħa huma: 14, 16, 17 u 18. Scorpio huma magħrufin bħala nies immaġinattivi. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar F'dan in-new moon għalik bħala Capricorn ser iwassal fik tagħraf iżjed int min vera int. Inutli toqgħod tinħeba wara dak jew l-ieħor. Wasal iż-żmien li tagħmel iżjed kuraġġ ġewwa fik u appuntu dan il- perjodu ser joffrilek ideat varjati ta' soluzzjonijiet. Agħraf dan tajjeb biex finalment tagħraf sew. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Id-dati ideali għalik f 'din il-ġimgħa huma: 13, 14, 16 u 19. Capricorn huma magħrufin għall-gwida ta' aspirazzjoni tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan in-new moon għalik bħala Leo ser iġib miegħu bosta ċaqliq fil-ħajja tiegħek b'mod speċjali f 'dawn il-ħmistax. Għalhekk int trid tagħraf aktar kif timxi f 'kull direzzjoni jew deċiżjoni li tkun qed tieħu. Għalhekk uża dan il-perjodu għall-benefiċċju tiegħek sabiex tagħraf iżjed tkattar u tistabbilixxi iżjed lilek u madwarek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta Id-dati ideali għalik f 'din il-ġimgħa huma: 14, 16, 17 u 19. Leo huma magħrufin bħala persuni ta' direzzjoni pożittiva. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 December 2020