Illum previous editions

ILLUM 13 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1318990

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni Eżempju ċar ta' innovazzjoni: SATMET IL-ĦADD 13 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum Owen Bonnici Owen Bonnici huwa l-Ministru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 I l-Gvern qed juri b'mod ċar l-impenn ta' pajjiżna lejn gvern aktar innovattiv bħala fattur li jwassal għal ekonomija bbażata fuq l-għarfien li tmexxi u tikkumplimenta l-livelli kollha tas-soċjetà. Dan permezz li għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna twaqqaf Ministeru responsabbli, fost oħrajn, għar-Riċerka u l-Inno- vazzjoni. Mill-ewwel ġurnata li ġejt fdat b'dan il-portafoll tant kruċjali, bdejt naħdem sabiex immexxi l-komunità tar-riċerka u l-innovazzjoni għal-livell li jmiss bħala prova li aħna bħala Ministeru, flimkien ma' stakeholders ewlenin oħra u mal- Gvern kollu se nkomplu nkunu pijunieri fit-triq 'il quddiem dwar opportunitajiet ġodda. Ha nagħti eżempju: l-industrija tal-avvjazzjoni u l-proġett SATMET. Qed immexxu sabiex l-industrija tal-avjazzjoni tadotta teknoloġiji aktar sostenibbli u favur l-ambjent għall-fażijiet kollha tat-titjira, inklużi l-operazzjonijiet fuq l-art. Bħalissa, fil-biċċa l-kbira tal-ajruporti madwar id-dinja, l-inġenji tal-ajru jużaw waħda jew aktar mill-magni ewlenin tagħhom biex jimxu mill-bieb għar-runway jew viċi versa. Dan huwa ineffiċjenti ħafna, speċjalment f 'ajruporti kbar bħal Heathrow u Frankfurt, fejn il-ħinijiet tat-taxi akbar minn 20 minuta huma normali. Waħda mis-soluzzjonijiet li qed tiġi proposta biex tindirizza din il-problema hija li jintużaw trakkijiet elettriċi tal-irmonk biex jirmunkaw ajruplani bejn il-bieb u r-runway. Dan ifisser li l-magni tal-inġenji tal-ajru jistgħu jibqgħu mitfija waqt it-taxiing, u b'hekk inaqqsu l-emissjonijiet, l-istorbju, l-użu tal-brejkijiet u l-ispejjeż tal- manutenzjoni. Il-proġett SATMET żviluppa soluzzjoni innovattiva għat-taxiing mingħajr magna bbażata fuq l-użu ta' trakkijiet awtonomi (mingħajr sewwieq). Dan l-approċċ ippreżenta lir-riċerkaturi tal- proġett b'numru ta' sfidi tekniċi u operattivi. L-ewwel sfida ewlenija kienet li żżomm it-trakkijiet tal- irmonk 'konxji' tal-ambjent ta' madwarhom. Dan huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li t-trakkijiet tal-irmonk jistgħu jinnavigaw waħedhom u jirmunkaw ajruplani mingħajr ma jikkawżaw periklu f 'ambjent tal-ajruport. It-tieni sfida ewlenija kienet li tmexxi flotta ta' trakkijiet tal-irmonk. It-trakkijiet tal-irmonk għandhom jiġu ġestiti b'mod effiċjenti biex jimminimizzaw id-dewmien u jipprevjenu kunflitti tat- traffiku. Barra minn hekk, huwa importanti li l-kontrolluri tat- traffiku tal-ajru jinżammu dejjem mgħarrfa b'dak kollu li jkun qed jiġri. Waqt attività relatata ma' dan il-proġett din il-ġimgħa, irrikonoxxejt l-entità ewlenija ta' dan il-proġett, kif ukoll l-imsieħba tagħhom u nifirħilhom għall- progress fi proġett li dalwaqt jasal għal tmiem b'suċċess. Huwa ta' importanza kbira li nibqgħu ninvestu fir-riċerka u l-innovazzjoni sabiex niġġeneraw iżjed ġid ekonomiku ta' pajjiżna bħal ma hija ta' importanza tremenda l-formazzjoni ta' konsorzji bejn entitajiet pubbliċi u privati. It-trasferiment miksub fiż-żewġ direzzjonijiet fi ħdan konsorzju, huwa kruċjali għall- konkretizzazzjoni tar-riċerka biex iwasslu soluzzjonijiet għall-isfidi ffaċċjati mhux biss fix-Xjenza, iżda fit-tkabbir ekonomiku u l-impatt kompetittiv. L-irwol tal-Kunsill Malti għax- Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) fit-tisħiħ tal-pilastru tar-Riċerka u l-Innovazzjoni f 'Malta huwa ta' suċċess notevoli tal-programmi tal-MCST fejn fl-aħħar 5 snin taħt FUSION, ingħataw madwar 116-il proġett tal-Programm tal-Kummerċjalizzazzjoni (CVP) u 48 proġett tal-Programm tal-Iżvilupp tat-Teknoloġija (TDP). Matul l-aħħar 5 snin, MCST amministrat madwar €11-il miljun għal proġetti bħal dawn taħt CVP u TDP, b'wieħed mill-benefiċjarji fil-fatt ikun il-proġett SATMET li ġie mogħti €194,000. Dan il-Ministeru jagħraf l-importanza tal-pilastru tar-Riċerka u l-Innovazzjoni fi ħdan l-ekonomija ta' Malta u huwa mpenjat li jappoġġja din id-direzzjoni. Dan il-proġett, li kien wieħed multi-dixxiplinarju u jinvolvi kompetenza industrijali fil- manifattura u riċerkaturi akkademiċi, kiseb b'suċċess ir-riżultati mwiegħda tiegħu u għamel passi notevoli fl- avvanz tat-teknoloġiji rilevanti li rriċerkaw fuqhom. + + + Din il-ġimgħa wkoll, flimkien maċ-Chairperson tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, Jeffrey Pullicino Orlando nidejt ukoll proġett ta' kamra multisensorjali fl-Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza. Kamra multisensorjali tfisser ambjent terapewtiku maħluq għall-iskop ewlieni li jwassal livelli għoljin ta'stimoli sabiex itejjeb l-għixien ta' min jagħmel użu minnhom - kamra private li turi illużjonijiet ottiċi b'effetti ta' dawl, aromi, kuluri u ħsejjes ikkombinati biex tistimula x-xamm, is-smigħ u t-togħma. Ġie skopert li spazji sensorjali jnaqqsu mġieba negattivi u jtejbu l-involviment tal-individwi li jagħmlu użu minnhom. Filwaqt li huwa veru li ċerti gruppi ta' nies jeħtieġu aktar użu, u jieħdu aktar minn ambjenti multisensorjali bħal kmamar sensorji, dan ma jfissirx li l-kmamar m'għandhomx ukoll valur tremend għal utenti u abilitajiet oħra. Xi gruppi tal- popolazzjoni li jibbenefikaw ħafna mill-użu ta'kmamar ta' din ix-xorta jinkludu nies b'Alzheimer, Sindrome ta'Asperger, ADHD, Paraliżi Ċerebrali, Dimenzja, Down Syndrome, Dislessija, u Epilessija huma kollha gruppi ta' persuni li kamra bhal din hi importanti hafna ghalihom. Madankollu, anke dawk li ma jaqgħu taħt l-ebda kategorija minn dawn, xorta jistgħu jibbenefikaw mill-użu ta' kamra sensorjali, biex jipproċessaw ħsibijiet u emozzjonijiet meta l-ħajja ssir tqila. Tabilħaqq, huwa ferm diskutibbli li l-ħin mgħoddi fi kmamar sensorji jħalli benefiċċju fuq nies ta' kull eta' u l-kapaċitajiet kollha. Din il-kamra ser tkun tista' żżomm 4 persuni f 'daqqa, permezz ta' prenotazzjonijiet minn qabel. Se jkun offrut ukoll servizz Kommunitarju minn Esplora mingħajr ebda spiża addizzjonali minbarra l-miżati tad-dħul normali. Esplora se tkun qed toffri Autism-Friendly Hours u ADHD-Friendly Hours. Il-komunità tar-Riċerka u l-Innovazzjoni f 'Malta jistħoqqilha ekosistema li tiffoka li trawwem l-iżvilupp ta'ideat, biex mhux biss nappoġġjaw l-ekonomija tagħna, iżda wkoll niżguraw li r-Riċerka u l-Innvazzjoni jkunu msejsa fuq kuntest intensiv fl-għarfien li kapaċi jattira atturi globali lejn ix-xtut tagħna. Huwa permezz ta' dan li nistgħu naslu biex pajjiżna jkun preparat sew għall-futur.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 December 2020