Illum previous editions

ILLUM 13 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1318990

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 analiżi IL-ĦADD 13 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum L-aktar bibien li Bernard irid iħabbat! Tal-Għawdxin, taż- żgħażagħ u tal-ħaddiema Il-PN, minkejja li kkonsolida ftit minn meta nħatar Bernard Grech, għadu wisq dgħajjef fost iż- żgħażagħ, għadu fil-possibilità li jerġa' jitlef it-13-il distrett u dawk il-ħaddiema b'livelli primarji jew sekondarji ta' edukazzjoni għadhom qed jagħtuh daharhom. X'bibien irid iħabbat u x'jista' jagħmel biex ibiddel il-fortuni politiċi tiegħu l-PN? ALBERT GAUCI CUNNINGAM Bernard Grech issa ilu li kien elett Kap Nazzjonalista it iktar minn xaharejn u allura wieħed jista' faċilment jgħid li għadu jinsab fil-perjodu ta' qamar il-għasel tiegħu. Is- sondaġġ ippubblikat nhar il- Ħadd li għadda fuq il-gazzetta oħt Maltatoday juri fejn huma l-problemi u s-setturi ta' votanti - u allura l-kwistjonijiet - li fuqhom il-Partit Nazzjonalista jeħtieġ jibda jaħdem jekk irid, serjament, jibda jilħaq il- mira ewlenija tiegħu - jiġifieri li jnaqqas b'mod effettiv id- distakk bejn iż-żewġ partiti. Il-PN ilu jitlef l-appoġġ fost dawk bejn it-18 u l-25 sena Iż-żgħażagħ: Il-PN għandu problema serja biż-żgħażagħ li tirriżulta f 'sondaġġ wara ieħor. Fl-aħħar sondaġġ meta mistoqsijin lil min jafdaw bejn il-mexxejja politiċi kienu biss 18.2% ta' dawk bejn it-18 u l-25 sena li jafdaw lil Bernard Grech, filwaqt 39.2% jafdaw aktar lil Robert Abela. Mistoqsijin lil min jivvutaw kieku issir elezzjoni 34.5% wieġbu PL u 19.1% wieġbu PN. Fis-sondaġġ ta' Novembru 27% qalu li jafdaw aktar lil Grech (42.1% - Abela) u 29.6% qalu li jivvutaw PN (36.6% PL). Dan allura juri li bejn Novembru u Diċembru fost dan is-settur kruċjali ta' votanti l-PN naqqas b'mod li għandu jinkwieta xi it lill-partit li fl-istess ħin kien għaddej b'bidliet u jagħti karigi interni lil żgħażagħ. Allura għaliex kien hemm tnaqqis? U għalfejn il-PN issa ilu snin minn taħt fl-appoġġ fost il-votant żgħażagħ? X'għandu jagħmel biex idawwar din ix- xejra? Tim proattiv u propożittiv ta' żgħażagħ li ma jibżgħux jirriskjaw politikament - mhux biss bidla fl-uċuħ Jidher li kemm ilu fit-tmun Bernard Grech hemm ġirja u ħeġġa biex iż-żgħażagħ jieħdu pożizzjoni iktar fuq quddiem fil-partit b'bidliet ukoll fost membri tal-MŻPN kif ukoll ta' Team Start. Saret ukoll proposta mid-Deputat Claudio Grech biex Deputati veterani jagħmlu l-ispazju għal dawk aktar ġodda u iżgħar fl-età u minflok joħorġu huma, jappoġġjaw kandidat ġdid tal-għażla tagħhom. Dawn l-inizjattivi jistgħu jkunu pożittivi u jistgħu jidhru pożittivi għall-ewwel, iżda meta tifli ssib li jeħtieġu aktar appoġġ b'inizjattivi oħrajn jew inkella ħsieb u strateġija aħjar. Huwa ħażin li l-PN jaħseb illi l-uċuħ waħedhom se jwasslu għal tibdil u appoġġ minn votanti żgħażagħ. Iktar minn hekk, huma l-proposti u l-immaġini li jressqu votanti żgħażagħ, speċjalment dawk ġodda li l-PN tilef ammont mhux ħażin minnhom u li ma tantx jiakru Gvern Nazzjonalista, lejn dan il- partit. L-MŻPN u Team Start, bħal ma għamel il-Forum Żgħażagħ Laburisti fil-Partit Laburista, jeħtieġu jkunu fuq quddiemnett fil-proposti għall-miżuri u bidliet soċjali. Dawn il-fergħat jeħtieġ ikunu avventurużi, riskjużi u juru illi lesti li jinstigaw diskussjoni dwar kwistjonijiet u proposti li l-PN ma tantx iddiskuta jew inkella li l-PN, kif narawh tradizzjonalment, ma jħossux komdu jiddiskuti. Dawn il-fergħat - jekk iridu jkunu effettivi - jeħtieġ ikunu proattivi u jidħlu f 'art u fi kwistjonijiet li jafu li l-Partit Laburista mhux se jidħol fihom għal raġunijiet ovvji u li forsi jaraw li lanqas fil-partit tagħhom, in ġenerali, m'hemm xi wisq ħeġġa għal diskussjoni. Kellna l-kwistjoni tal-Ħabs dawn l-aħħar ġimgħat. Dawn il- fergħat kellhom ikunu proattivi, b'diskussjonijiet, konferenzi u proposti ċari u effettivi. Kundanni fejn hemm bżonn u alternattivi fejn hemm bżonn. Ġej il-Milied u l-Ewwel tas- sena. Dawn il-fergħat iridu jkunu attivi fl-argument kontra l-faqar u s-solitudni u jeħtieġ jidhru li qegħdin jitkellmu man- nies foqra, jimu l-bżonnijiet tagħhom u jipproponu, fejn hemm bżonn. Qed tqum il-mistoqsija dwar l-ewtanażja. Dawn il-fergħat iridu jkunu fuq quddiem b'politika li tagħti pożizzjoni dwar din il-kwistjoni. Qed tqum u se tkun qed tqum il-kwistjoni tal- prostituzzjoni. X'se jipproponu dawn l-għaqdiet? Se jipproponu xi forma ta' dikriminalizzazzjoni? Se jipproponu li kollox jibqa' illegali? Se tqum ukoll il- kwistjoni tal-ħaxixa u jekk din għandhiex tkun legalizzata, il- kwistjoni tal-abort, il-kwistjoni kontinwa tal-prezzijiet tal- proprjetà. X'qed jipproponu dwar il-prezzijiet tal-proprjetà? Xi skemi jistgħu jagħmlu differenza reali lil dawk li ma jifilħux jixtru jew li ma jifilħux iħallsu l-kera? U nistgħu nibqgħu għaddejjin b'elenku sħiħ ta' kwistjonijiet fundamentali u kontroversjali li qegħdin jew se jiġu diskussi fil- pajjiż u li aktar iva milli le, l-PN kien kompletament nieqes fihom jew ħa pass lura jew ħa pożizzjoni ambigwa li tipprova tilħaq bilanċ bejn l-elementi konservattivi u dawk aktar liberali fi ħdanu. Fil-proċess il-PN, anke jekk ma jafx, ħalla lill-Partit Laburista jew fergħat fi ħdanu, kważi waħedhom jiddiskutu u jieħdu pożizzjoni ma' dawk kollha li għandhom xi interess fuq dawn is-suġġetti. Jekk iż-żgħażagħ li hemm issa f 'karigi fil-PN mhux se jużaw il- potenzjal tal-lussu li għandhom li jkunu huma li jċaqalqu l-affarijiet u joħolqu diskussjoni - bi proposti xi kultant avangardisti, li mhux neċessarjament jinżlu tajjeb mal-għeruq kollha tal- PN jew li saħansitra se jsibu reżistenza - u minflok se jilgħabu 'on the safe side', mela allura dak ta' dan l-aħħar ġimgħat se jkun biss eżerċizzju politiku superfiċjali ta' bidla fl-uċuħ. Dan allura ma jgħinx biex il-PN jidher partit żagħżugħ. Partit żagħżugħ mhuwiex definit bl-età imma bil-preġji u l-karatteristiċi aktar avventurużi u friski u r-rieda u l-ħeġġa għall-bidla. Li sempliċiment tbiddel li xi ħadd ta' 60 sena, ma' xi ħadd ieħor ta' 25 sena - mill-ġdid - huwa eżerċizzju superfiċjali li jitratta liż-żgħażagħ ta' votanti neqsin mill-abbilità ta' evalwazzjoni u maturità politika. Filwaqt li l-introduzzjoni ta' persuni żgħażagħ fil-partit fl- aħħar ġimgħat huwa pass fid- direzzjoni t-tajba, dan irid ikun sostnut b'element ta' awtomomija politika fost l-MŻPN u Team Start - u preferibbilment sinfonija bejn it-tnejn - biex dawn ikollhom libertà li jmexxu proposti u jkunu l-istimulazzjoni ta' diskussjoni interna u anke pubblika fuq diversi kwistjonijiet. L-FŻL kien għamilha, b'suċċess fuq kwistjonijiet bħal drittijiet għal persuni LGBTIQ, u reġa' għamilha diversi drabi fuq diversi kwistjonijiet filwaqt li l-fergħa Nisa Laburisti wkoll kienet l-għaqda li pproponiet bidliet fil-Liġi tad-Divorzju. Din l-attitudni li tpoġġi liż- żgħażagħ (jew nisa jew persuni f 'minoranza) fuq quddiem, fejn hu l-aktar importanti - biex jipproponu, jiddiskutu u jaqilgħu "id-daqqiet politiċi" hija r-riċetta biex il-PN realment jibda jressaq il-vot żgħażugħ lejh. Il-PN u anke Grech għadhom lura ħafna fost dawk bl-inqas livelli ta' edukazzjoni Kemm f 'Novembru u aktar u aktar f 'Diċembru l-PN jidher ċar li qed ibati sew fost dawk li għandhom edukazzjoni primarja. F'Novembru kienu biss 30.6% ta' dawk f 'dan is-settur li qalu li jippreferu lil Bernard Grech (58.6% - Robert Abela) u f 'Diċembru dan inbidel it għal Grech li issa huwa fdat minn 29% minn dawk il-votanti f 'dan is- settur (69.7% - Robert Abela). Il-PL huwa ħafna iktar popolari wkoll fost dawk li għandhom livell edukattiv sekondarju fejn 49.5% jafdaw lil Abela (52.2% f 'Novembru) u huma 28.6% li jafdaw aktar lil Grech (31.6% f 'Novembru). Dan x'juri? Juri ċar illi fost dawk li l-inqas

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 December 2020