Illum previous editions

ILLUM 13 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1318990

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

F l-aħħar snin il-kwalita' u l-impenn tal-Ministri kienu suġġett għal diskussjoni. Wara kollox huma l-magna tal-Gvern, tal-proġetti li jsiru u tal-legiżlazzjoni li titpoġġa għal diskussjoni fil-Parlament. Il-Ministru jista' jġib il-bidla jew joħnoqha, jista jkun ħarsa lejn il-futur jew staġnat fil-passat. B'mod kunfidenzjali Lawrence Gonzi, Prim Ministru sal-2013, kien stqarr mal-Am- baxxatur Amerikan li għandu nuqqas ta' talent madwaru u ma kellux wisq minn fejn jagħżel. Riċentament fil-qrati tal-ġus- tizzja smajna wkoll il-kelma doers b'refer- enza għal Ministri li servew fl-aħħar snin. Kienu dawn il-kummenti li wasluni biex nirrifletti: Eżattament x'nimu b'politi- ku 'doer'? X'karatteristiċi għandu jkollu? X'riżultati mistenni jikseb u x'deċiżjonijiet huwa mitlub jieħu? Dak li jagħmel politiku 'doer' huma bla dubju il-ħiliet tiegħu. Politiku li jġib ir-riżultati, li jkejjel is-suċċess tiegħu bir- riżultati li jikseb jum wara jum, bil-proġetti li jħabbar, bil-leġiżlazzjoni ġdida li jirnexxielu jgħaddi mill-Parlament, fin-negozjati li jkollu lokalment mal-unions u entitajiet u fuq livell internazzjonali fil-fora Ewropej u lil hinn. Tiġini f 'moħħi il-kelma workaholic jew aħjar perserveranza, il-kunċett ta' Key Performance Indicators għalih u għal ta' madwaru. Politiku 'doer' hu dak li jagħmel pjan b'saħħtu u fattibbli, li jġib lil kulħadd madwaru u mbagħad jimplimenta. Ċertament li politiku li jwettaq mingħajr ma juri x'inhu jagħmel għandu karatteristika importanti nieqsa. Fattur importanti llum il-ġurnata hu l-marketing li wieħed jeħtieġ jagħmel biex juri x'inhu jwettaq. Uħud isejħulu id-daqq tat-trombi, imma fil-verità f 'dan iż-żmien - fejn ħafna nies jqattgħu ħafna ħin fuq il-midja soċjali u fejn il- kmamar tal-aħbarijiet ituna aħbarijiet minn minuta għall-oħra, ma tistax ma tagħtix l-importanza mistħoqqa lill-marketing u r-relazzjonijiet pubbliċi. Iżda l-kummenti li saru u l-indikazzjonijiet li ingħataw imorru lil hinn minn dan. Politiku doer irid ikun innovattiv u dejjem ikun żewġ passi fuq quddiem. Ikun politiku li ma jgħix b'dak li hu sempliċiment aċċettabbli, li jaċċetta l-pjan li jagħtuh jew li jiret, imma li jara kif jagħmel biex il-pajjiż u l-portafoll tiegħu ikun pijunier b'kunċetti ġodda, li jkun ta' l-ewwel li jilħaq tragwardi ġodda. Għalija politiku doer għandu jkun wieħed li jilħaq il-kompromess, li jġib il- ħafna wara l-ħsieb tiegħu u għaldaqstant ifittex il-kuntest permezz ta' politika moderata. Imbagħad lil hinn mill-ħiliet tiegħu, hemm ukoll dawk ta' madwaru u ċ-ċirkostanzi li jinzerta. Ħafna drabi il- politiku jaħdem fi straight jacket f 'sistemi burokratiċi li jirrallentaw il-ħidma u r-riżultati. Għalhekk l-għażla imbagħad hi li tal-appoġġ li jsib il-Ministru biex jegħleb dawn is-sistemi. Ha nagħti eżempju; jaf ikollok proġetti li l-proċess biex isiru jieħu xhur. Jinkiteb tender, jiġi evalwat, jiġi aġġudikat b'riskju ta' appelli u dewmien. Allura tagħmel differenza kemm il-politiku jingħata lok biex iħaffef il-proċess u jagħżel nies madwaru li huma doers, kemm fiċ-ċivil u anke fit-tmexxija tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu. Iċ-ċirkostanzi jiddettaw is-suċċess li wieħed jikseb bħal pereżempju il-portafol li wieħed ikollu. Hemm differenza bejn portafoll li hu orjentat lejn proġetti tanġibbli milli wieħed li hu pjuttost regolatorju. U xi ngħidu għall-baġit li politiku jkollu għad- dispożizzjoni tiegħu? Dan ukoll imur lil hinn mill-abilitajiet u l-ħiliet tal-individwu. Finalment il-politiku irid jinfatam mill-implimentazzjoni u d-dettalji u jġib ruħu bħal Kap Eżekuttiv li xogħolu jkun li jara li l-pjan qiegħed jitwettaq u li qiegħed kontinwament jilħaq orizzonti ġodda. Ikun interessanti 'l quddiem naqraw kotba ta' politiċi li servew. Illum il-ġurnata naqra b'attenzjoni artikli ta' eks-Ministri mhux biss għax għexu dawn l-isfidi iżda għax jimu aħjar l-isfidi li semmejt u l-legat tagħhom li tant ħadmu għalih. Għalija politiku doer għandu jkun wieħed li jilħaq il-kompromess, li jġib il-ħafna wara l-ħsieb tiegħu u għaldaqstant ifittex il-kuntest permezz ta' politika moderata 19 opinjoni illum • IL-ĦADD 13 TA' DIĊEMBRU 2020 Doers Aaron Farrugia Aaron Farrugia huwa l-Ministru għall-Ambjent, Bidla fil-Klima u Ippjanar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 December 2020