Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1318990
15 analiżi illum • IL-ĦADD 13 TA' DIĊEMBRU 2020 Il-Maltin razzisti jew le? minn naħa tat-tobba - jiġifieri li huwa ċar li l-pazjent għandu l-marda terminali fi stadji fejn it jista' jagħmel - kif ukoll jekk hemm ċarezza ta' motivazzjoni, li jfisser illi l-pazjent u/jew il-familja tiegħu jafu x'inhuma jagħmlu, mela allura d-dilemma hija meħgluba mill- awto-determinazzjoni tal-pazjent, id-dinjità tiegħu, id-deċiżjoni konxja u personali tiegħu u l-projbizzjoni tal-krudeltà terpawtika permezz tad-Distanasja. Imbagħad hemm il-Benevolenza, li huwa l-prinċipju li inti tagħmel il-ġid lill-pazjent u li tipprevjenih mill-ħsara. U hawnhekk kollox jimxi mal-ewwel dilemma. Ir-riċerka ta' Guerra tfakkar li biex il- ġid lill-pazjent ikun ġustifikat irid ikun dejjem ikbar mill-ħsara li se joħloq. Mill- ġdid hawnhekk se jkun hemm diversi interpretazzjonijiet b'dawk li jaħsbu illi l-ewtanasja hija ġustifikata għaliex it-tajjeb li jsir dan il-proċess huwa akbar mill-ħsara tat-tbatija li qed toħloq il-marda. L-awtomonija tal-bniedem: Fattur importanti It-tielet prinċipju li jrid ikun ikkunsidrat hija l-awtonomija u allura l-abilità li bniedem jiddetermina ħajtu hu u jagħmel id-deċiżjoinijiet li jaffetwaw lil ħajtu hu, filwaqt li jassumi responsabilità tagħhom, mingħajr indħil u influwenzi mill-istat, reliġjon u aktar. L-istudju ta' Guerra tal-2015 jgħid li d-dilemma tal-Gvern, familja jew tat-tabib "illi jixtieq iżomm lill-pazjent ħaj minkejja t-tbatija tiegħu filwaqt li hija f 'idejn kull wieħed minn dawn, ma jasal qatt sal-punt li jfixkel mill-libertà tal-pazjent li jirregola lilu nnifsu." Ir-rapport in kwistjoni, meta jiddiskuti dan is-suġġett, ifakkar li "d-deċiżjoni li persuni jmutu b'dinjità hija fl-isfera l-aktar personali u intima tal-persuna ... f 'każ fejn persuna tiflaħ iġġorr il-piż ta' azzjonieta mingħajr ma jaffetwa d-drittijiet ta' ħadieħor hemm obbligazzjoni pożittiva li d-determinazzjoni tal-pazjent tkun rispettata u ma tkunx ristretta l-libertà kostituzzjonali li persuna tiddeċiedi." Finalment hemm il-prinċipju tal-ġustizzja li tara illi kull deċiżjoni tirrispetta l-ġid komuni kif ukoll tistaqsi jekk huwiex ġust li ttemm it-tbatija ta' xi ħadd billi xi ħadd ieħor ittemilhom ħajjithom. Ir-risposta ta' Guerra hija li din hija l-għażla volontarja li persuna twaqqaf dak li qed tweġġalha ħajjitha mingħajr ma taffetwa id-drittijiet ta' ħaddieħor. It-tobba naturalment jilgħabu parti ċentrali f 'dan il-proċess kollu. Fil-ġimgħat li ġejjin, hekk kif id-dibattitu jevolvi aktar din il-gazzetta se tħares aktar lejn is-sehem tal-ħaddiema tas-saħħa u dilemmi morali li jtrattaw lilhom f 'dan il-proċess. L-Olanda L-ewtanasja permessibbli għal pazjenti 'l fuq minn 12-il sena, b'mard terminali. Tista' ssir f'każi fejn l-uġigħ ta' pazjent huwa kbir ħafna u ma hemmx prospett ta' titjib. Il-Belġju L-ewtanasja permessibbli għal kull min għandu mard terminali, f'każi ta' wġigħ gravi meta l-mediċina ma tistax tagħmel titjib. Il-Lussemburgu L-ewtanasja permessibbli għal dawk li għandhom mard terminali u għandhom 18-il sena jew aktar. Tista' ssir f'każi ta' kundizzjonijiet li ma jistgħux jiġu kkurati u b'uġigħ mentali u fiżiku bla ebda prospett ta' titjib. Il-Kanada L-ewatanasja permessibbli għal dawk b'mard terminali u ta' aktar minn 18-il sena. Tista' sir f'każi ta' mard u kundizzjonijiet irrimedjabbli b'uġigħ kbir. Il-Kolumbja L-ewtanasja permessibbli minn sitt snin 'l fuq u fil-fażi terminali tal-marda Fejn hija legali l-ewtanażja?

