Illum previous editions

ILLUM 13 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1318990

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 13 TA' DIĊEMBRU 2020 Carmel Bonnici L-aktar films favoriti ta' żmien il-Milied (2) (Ikompli mill-Ħadd li għadda) Dawn huma wħud mill-aktar films popolari għall-Milied, apparti Babes in Toyland (1934 u 1961) u The Shop Aropund the Corner li qarjna dwarhom fl-ILLUM tal- Ħadd li għadda. Holiday Inn (1942): Produzzjoni mużikali tassew divertenti bi storja sempliċi dwar angolu romantiku u t-twaqqif ta' lukanda fil-kampanja li tiftaħ biss fil-vaganzi. Bl-atturi Bing Crosby, Fred Astaire u Marjorie Reynolds dan hu mimli kanzunetti ta' żmien dawn il-vaganzi ta' Irving Berlin, fosthom dik li qatt ma tintesa, White Christmas. White Christmas (1954): B'atturi kantanti tajbin bħal Bing Crosby, Danny Kaye, Rosemary Clooney u Vera-Ellen, naturalment bil- kanzunetti tal-prolifiku Irving Berlin, l-istorja tikkonċentra l-isforzi ta' Crosby u Kaye, ħbieb fl- armata, biex jagħmlu propaganda għall-lukanda tax-xitwa, mdawwra bis-silġ, immexxija minn eks- uffiċjal tal-armata tagħhom (Dean Jagger). Film ta' Paramount Pictures bil-proċess Vista Vision u bil-kanzunetta tat-titlu terġa' tinstema hawn. Miracle On 34th Street (1947): Produzzjoni oħra favorita ta' dawn il-festi. Bniedem li jgħid li jismu Kris Kringle (Edmund Gwenn) jiltaqa' ma' tifla (Natalie Wood) li tgħidlu li ma temminx b'Santa Klaws, kif ukoll jgħaddi ġuri jsostni li hu l-veru Santa Klaws. Din il- kummiedja/fantasija pjaċevoli rebħet tliet Oscars – l-aqwa attur għal Edmund Gwenn, l-aqwa screenplay għal Valentine Davies u l-aqwa direzzjoni għal George Seaton. Dan il-film inħadem ukoll fl-1973 għat-TV u fl-1994 bl-attur Richard Attenborough. Scrooge (1951) (U.S.A. – A Christmas Carol): L-isbaħ xogħol mill-ktieb klassiku ta' Charles Dickens, Scrooge hu ieħor mill- favoriti nett li jintwera fi żmien il- Milied (l-aktar fuq it-televiżjoni). Alistair Sim jibbrilla fil-parti tar- rgħib u egoist Ebenezer Scrooge li jkollu tliet visti f 'lejlet il-Milied: Mill-ispirti ta' Milied tal-Passat, tal-Preżent u tal-Futur li fl-aħħar irattbulu qalbu u jsir ġeneruż, l-aktar ma' min qabel hu mexa ħażin. Tassew film li jmiss il-qlub. Die Hard (1988): Niġi issa għal-film ta' azzjoni gwappa. Bruce Willis, pulizja ta' New York imur ġo hotel ta' diversi sulari f 'lejliet il-Milied meta xi ħallelin terroristi jinvadu l-bini. Waħdu qalb tifrik, sparar u ħġieġ miksur mal-art (anki jimxi ħafi) jeħodha b'qilla kontrihom u kontra l-kap tagħhom (Alan Rickman) waqt li barra l-lukanda tirrenja atmosfera ferrieħa u sabiħa tal-Milied. Home Alone (1990): Din hija kummiedja enerġetika dwar tifel (Macauley Culkin) li bi żball jitħalla waħdu d-dar meta l-familja tiegħu jmorru Pariġi għall-vaganzi tal-Milied. Meta żewġ ħallelin ta' nofs kedda jippruvaw jisirqu f 'daru, hu jegħlibhom permezz ta' apparat inġenjuż. Culkin hu tassew formidabbli. The Muppet's Christmas Carol (1992): Din l-adazzjoni tal- ktieb klassiku ta' Charles Dickens għandha l-karattru ta' Scrooge bħala bniedem uman (Michael Caine) li jagħti interpretazzjoni pjaċevoli u meqjusa, mdawwar bil- karattri Muppets, Kermit iż-Żrinġ, Miss Piggy, l-Ors Fonzie. Il-kbir Gonzo u l-bqija. Il-film jibbilanċja tajjeb l-umoriżmu ma' melodrama soda u kanzunetti sbieħ. The Nightmare Before Christmas (1993): Film animat, immaġinattiv ħafna maħdum bil-proċess antik "stop-motion" dwar Jack Skellington, ir-Re Qargħa Ħamra li, mdejjaq mir-rutina tas-soltu fil-belt ta' Halloween, isir iħobb il-Milied mingħajr ma jaf li din ix- xalata xitwija ma tgħoddx għalih. The Polar Express (2004): Film klassiku modern b'teknoloġija mill- aqwa dwar tifel li 5 minuti qabel nofs il-lejl, f 'lejliet il-Milied ikun jistenna għall-wasla ta' Santa Klaws, jisma ferrovija tieqaf quddiem id-dar tiegħu, jitla u din tieħdu lejn l-Artiku fejn tibda avventura straordinarja. Il-pijunier ta' forma ta' animazzjoni ġdida msejħa "performance capture". The Nativity Story (2006): Rakkont sinċier u bla ebda pretenzjonijiet dwar it-twelid ta' Ġesu' Bambin sal-qtil tal-Innoċebti mir-Re Erodi. It's A Wonderful Life (1946): Apposta ħallejt għall-aħħar dan il-kapulavur u l-iżjed produzzjoni li hija mfittxija fi żmien il-Milied. Film sentimentali, dirett b'għożża kbira minn Frank Capra li wara bidu ta' falliment, kiseb popolarita' qawwija u aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jitjieb. F'belt żgħira, ħaddiem ħabrieki komuni (James Stewart) jaħseb li falla f 'ħajtu u jipprova jagħmel suwiċidju. Ikun Anġlu Kustodju (Henry Travers) li jurih li żbalja u b'hekk jakkwista s-serħan tal-moħħ u l-imħabba ta' ħajtu. Wieħed mill-films li tawh ukoll il-kulur. Hemm ħafna iżjed films li huma popolari f 'dan il-perjodu ta' festi bħall- cartoons ta' Disney, The Wizard Of Oz eċċ, pero' nemmen li dawn jixraqilhom artiklu sħiħ għalihom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 December 2020