Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1318990
17 letteratura illum • IL-ĦADD 13 TA' DIĊEMBRU 2020 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jerġa' jirrifletti dwar il-ħidma, din id-darba politika, tal- mibki Professur Oliver Friggieri. Saliba jieħu spunt minn artiklu miktub minn Alfred Sant ferm kmieni fit-tmeninijiet – li kien diġà aċċenna għalih fl-artiklu preċedenti – sabiex jistħarreġ l-istatus u r-rwol tal- intellettwali pubbliku fi żmienna. L-artiklu ta' Sant – voldieri L-Intellettwali u d-Dmugħ Sterilizzat – kien filfatt tweġiba għal ċertu modus operandi li skont Oliver Friggieri, almenu dik il-ħabta, kellu jsegwi l-intellettwali Malti fis-soċjetà. Huwa jisħaq li d-dibattitu li kien qam bejn Friggieri u Sant kmieni fit-tmeninijiet għadu relevanti ħafna għal żminijietna... għandu mnejn illum iżjed minn qatt qabel... (2008). Biss, anke biex issir it ġustizzja ma' Friggieri, kwantu din il-kwistjoni tajjeb li nislet din l-istqarrija mill-awtobijografija tiegħu: "il-pożizzjoni tal- kittieb għandha tkun politika, iżda mhux partiġjana, jiġifieri skond idea li ma tistax tkun ħielsa u emanċipata għal kollox. Insomma, il-letteratura u l-politika mhumiex aħwa, u lanqas ħbieb, u dak kollox. Huma konoxxenti". B'xorti ħażina m'għandix spazju biex inkompli nfannad f 'din il- kwistjoni billi noffri kritika tal- argumenti ewlenin imressqa minn Sant u Friggieri. Ngħid biss illi l-punti mressqa miż- żewġ naħat ilkoll fihom ħafna x'tomgħod. Alfred Sant it tax- xhur wara kien beda jwettaq dawn il-fehmiet permezz tal-impenn tiegħu fl-istrutturi tal-Malta Labour Party, Oliver Friggieri wettaq tiegħu xejn inqas billi baqa' Oliver Friggieri – akkont, almenu fis-suġġettività tiegħi, tmiem ferm sodisfaċenti, kemm għalihom it-tnejn u kemm għal pajjiżna. Nistqarr li dan l-artiklu t'Alfred Sant kien laqatni qatigħ meta ġie f 'idi l-ewwel darba lejn nofs is- snin disgħin. Niġu f 'dan, il-ġabra L-Impenn għall-Bidla fl-assjem tagħha kienet aktarx l-ewwel esponiment tiegħi għal xogħol ta' intellettwali pubbliku Malti. Ftit wara r-riċerki tiegħi laqqgħuni m'oħrajn, sintendi, iżda l-interess kontinwu tiegħi f 'dan il-kunċett pjuttost elużiv – voldieri dak tal- intellettwali pubbliku – kien beda jirranka proprju minn hemm. Il-qarrejja li ddiskutejt magħha dwar dan m'ilux – aktarx għax rigward dan il-punt partikulari, xi it jew wisq bħali – inzertat imnebbħa mid-dmugħ sterilizzat ta' Friggieri – saħqet miegħi li l-ewwel nett jenħtieġ issir distinzjoni ċara bejn il-filosofu u l-intellettwali pubbliku. Dan il-punt partikulari qajjem bejnietna bosta u bosta mistoqsijiet illi ili mmaħħaħ fuqhom żmien. Ngħidu aħna, jagħmel sens illi npoġġu lill-filosofu u lill- intellettwali pubbliku fl-istess keffa? Nistgħu tassew niġġudikaw lil dawn it-tnejn bl-istess riga? Biex tkun intellettwali pubbliku bilfors trid tkun filosofu? U jekk tkun filosofu – ifisser xi jfisser dan it-titlu – bilfors imbagħad għandu jkun mistenni minnek illi taqdi r-rwol ta' intellettwali pubbliku? Fi kliem ieħor, il- filosofu għandu responsabbiltà morali li jaqdi l-funzjoni ta' intellettwali pubbliku? Il-kittieba letterarji bħar-rumanziera u l-poeti huma wkoll intellettwali pubbliċi? Għandhom xi obbligu li jieħdu sehem fil-politika wkoll? Il-letturi fl-università – l-iżjed dawk fid-dixxiplini umanistiċi – huma, tabilħaqq, ipso facto, intellettwali pubbliċi? U xi ngħidu għal-letturi li jaħdmu f 'istituzzjonijiet edukattivi privati, u li għaldaqstant, bil-kontra ta' dawn tal-aħħar, ma jitħallsux minn fondi pubbliċi? Nistgħu nsejħulhom intellettwali pubbliċi? U tgħid x'lok għad fadal għall- filosofi u għall-intellettwali pubbliċi f 'dinja li ormaj kulma jmur qiegħda ssir dejjem iżjed imsawra, anzi maħkuma – x'waħda din! – mill-ispirtu pront tal-aġġeġġi teknoloġiċi, mill- għarfien tekniku tal-esperti, mit-timbri uffiċjali tal-burokrati, miz-znieter ultra-demokratiċi tal-midja soċjali, mix-xinxilli tal- immaġni iżjed milli mis-sustanza tal-kelma, mis-sentiment iżjed milli mill-ħsieb, mix-xandara dilettanti b'mod speċjali l-hekk imsejħa influencers? "I type therefore I am", niakru jilmenta miegħi snin ilu Friggieri – il- Karteżjaniżmu aġġornat għas- seklu wieħed u għoxrin. Immela fis-sew, qabelxejn, fis-sew min huma l-intellettwali pubbliċi ta' żmienna? Ladarba llum kulħadd jista' jgħid li jrid xħin irid u kif irid, allura issa mhux kulħadd sar, de facto, intellettwali pubbliku? Biżżejjed ikolli eluf jew miljuni ta' segwaċi fuq Facebook, Instagram jew Twitter biex tingħadd b'intellettwali pubbliku? Minn hawn qabel ninsa ser naħtaf l-okkażjoni biex insellem lix-xarabankiera. U kos, nistgħu ngħoddu lil ċerta Natalia Garibotto jew, għal ġieħna, lil xi Ilona Staller mal-intellettwali pubbliċi? Ma ninsewx li saħansitra kellha diska jisimha Political Woman. Tinstema' tad- daħk, iżda forsi mhix. Għandu mnejn ħasra jekk mhix għax kultant... aħjar nidħku it... Lura għas-serjetà, ħaġa ċara li ħafna minn dawn id-dilemmi qajla setgħu jqumu fil-kwistjoni li nqalgħet daqs erbgħin sena ilu bejn Sant u Friggieri. Id-dinja ta' dik il-ħabta, tajjeb jew ħażin, kienet snin-dawl 'il bogħod minn dik tagħna, mhux l-inqas fil-modi kif isiru l-iskambji tal-ideat fl- arena pubbliċi, anke fil-politika. Madankollu l-kwistjonijiet li kienu qamu bejn dawn it-tnejn għadhom relevanti ħafna għal żmienna, tant li dawk tal-lum mhumiex għajr, almenu sa ċertu punt, konsegwenza loġika tagħhom u ta' diversi fenomeni kontemporanji oħrajn, bħal pirkażu l-miġja tal-pjattaformi tal-midja soċjali u l-kollass tas- sistemi edukattivi. Għaldaqstant ma jistax jonqos illi l-mistiċiżmu rewmatiku u d-dmugħ sterilizzat tal- intellettwali għadu magħna u żgur mhux ser iħallina. Mhix ċajta tkun ħassieb tal-ġemgħa bħalissa. Tad-daħk żgur mhix, għax l-istatus u r-rwoli tal-intellettwali pubbliċi baqgħu – anzi issa saru iżjed minn qatt qabel – problemi tal-lum.