Illum previous editions

ILLUM 13 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1318990

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum Kartolina GĦALL-ISTRINA Pack of 8 Assorted Christmas Cards for the Price of €5.00 Place your order by filling this form, enclose a cheque payable to the Malta Community Chest Fund Foundation and send by post to: The Malta Community Chest Fund San Anton Palace Attard ATD 1290 Proceeds from the sale of this Christmas Card will go towards the Malta Community Chest Fund Foundation. Supported by MaltaPost p.l.c. NAME & SURNAME: DELIVERY ADDRESS: QUANTITY: (TICK) 1 SET – €5 2 SETS - €10 3 SETS - €15 MORE: (PLEASE SPECIFY AMMOUNT) TICK TICK TICK AMNT ALBERT GAUCI CUNNINGHAM (Ara wkoll paġna 1) Il-każin ta' Stella Maris f 'Tas Sliema - li bħal Każini oħrajn jinsab maqbud f 'battalji legali mas-sidien - se jkun qed jappella minn deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tal-bieraħ illi fiha kien deċiż li emenda fil-liġi mill-Gvern li "salvat" lill-istess każin mill-iżgumbrament tmur kontra l-Kostituzzjoni. Uffiċjali tas-soċjetà mużikali Slimiża qalu mal-ILLUM li se jappellaw din id-deċiżjoni fuq kwistjoni li ddeskrivew bħala "vendikazzjoni" kontrihom mis- sidien u dan għaliex iċ-ċens fuq din il-proprjetà skedata (Grad 2) se jagħlaq sitt snin oħra meta l-proprjetà allura terġa tiġi f 'idejn il- Gvern. Il-binja in kwistjoni fil-fatt hija tal-Joint Office. L-uffiċjali tal- Każin qalu lil din il-gazzetta li mhu minnu xejn li nbniet struttura fuq il-binja preżenti, li jgħidu illi ilha hemmhekk aktar minn 100 sena u jisħqu illi kuntrarjament għal dak li kien irrappurtat il-kera hija ħafna ogħla minn €174 fis-sena. Kienet il-gazzetta ILLUM li nhar it-30 ta' Ottubru 2018 żvelat kif il- Każin ta' Stella Maris kien qrib li jiġi żgumbrat u jispiċċa mingħajr sede, imma kienet emenda li kien ħabbar il-Gvern - dak iż-żmien permezz tal-Ministru Owen Bonnici- li dan ma seħħx. Il-Gvern, fid-dawl ta' pressjoni qawwija minn madwar 20 soċjetà mużikali li kienu fil-periklu li jitilfu s-sede tagħhom u wara rapporti esklussivi fuq il-gazzetta ILLUM, kien ħabbar emenda illi permezz tagħha soċjetà mużikali ma tistax tiġi żgumbrata mill- Qorti jew il-Bord tal-Kera jekk twettaq xogħolijiet fil-każin, relatati mal-ħidma tal-istess għaqda, mingħajr ma tavża lis- sidien. Il-Gvern kien ħabbar ukoll li din l-emenda kienet retroattiva u allura tgħodd għal kull każin tal-banda li għamel xogħolijiet strutturali relatati mal-ħidma tal- għaqda. Il-Gvern kien għamel din l-emenda biex, skont hu, jipproteġi lill-każini u soċjetajiet mużikali li altrimenti ħafna minnhom li mhumiex sidien tal-proprjetà minn fejn joperaw, kienu se jispiċċaw barra. Kif beda kollox? Il-kwistjoni kollha bdiet meta kien żvelat illi l-Qorti ddeċidiet li titlob lis-Soċjetà Filarmonika GM Fra. Antoine De Paule biex tiżgombra mill- każin wara li familja minn dawk illi mingħandhom kienu qed jikru l-każin ilmentaw illi ma ġewx ikkonsultati dwar xi alterazzjonijiet strutturali fil- binja. Il-gazzetta ILLUM kienet żvelat kif b'kollox kien hemm 20 każin li kienu "taħt mannara" minħabba d-deċiżjoni fil-konfront tas- Soċjetà Mużikali ta' Raħal Ġdid, fosthom iż-żewġ każini tal- Ħamrun (Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun A.D. 1889 u Għaqda Mużikali San Gejtajnu Ħamrun A.D. 1906). Kien hawnhekk li daħal il-Gvern bl-emenda kontra l-iżgumbrament. Każ ieħor kien dak tal-Banda King's Own fil-Belt Valletta fejn il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kienet iddeċidiet illi minħabba l-kera - li hija persentaġġ ċkejken ħafna mill- valur ta' kera kummerċjli fil- Belt Valletta - u minħabba li l-istess każin kellu fih attività kummerċjali (bar u ristorant) kien qed jintefa' piż sproporzjonat fuq is-sidien. Il-Gvern kien ordnat iħallas kumpens ta' €610,700 f 'danni lis- sidien tal-proprjetà fejn hemm l-għaqda mużikali. X'iddeċidiet il-Qorti lbieraħ? Il-Prim Imħallef ilbieraħ iddeċieda illi l-emenda li kien daħħal il-Gvern fl-2018 mhijiex fl-interess pubbliku u fakkar li l-Gvern "ma għandux poter bla limitu li jintroduċi leġiżlazzjoni li timpatta deċiżjonijiet tal-Qorti." L-għaqda tfakkar li sitt snin oħra jagħlaq iċ-ċens u l-binja skedata terġa tiġi f'idejn il- Gvern Il-Binja li sservi ta' sede tal-Banda Stella Maris

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 December 2020