Illum previous editions

ILLUM 27 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1322764

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

Q ed nersqu lejn l-aħħar jiem tas-sena 2020 bit-tama illi s-sena 2021 tkun aħjar. Fil-bidu tas-sena ħadd ma basar li se ngħaddu minn disa' xhur ta' sfida – mhux biss fuq livell ta' saħħa, imma anke fuq livell ekonomiku u soċjali. Żmien ta' sfida li iżda wkoll wassalna biex naħsbu u nirriflettu fuq affarijiet oħra li forsi bil-ġenn tal-ħajja xi kultant konna ninsew. Bħall-ħin li nqattgħu mal-familja; kif nippjanaw il-ġranet tagħna biex insibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja; li nagħtu aktar kas tas-saħħa fiżika u mentali tagħna; il- konsum tagħna u minn fejn nixtru l-prodotti; x'attivitajiet differenti nistgħu nagħmlu meta l-għażla tkun limitata. Is-sena 2020 għenitna nbiddlu l-mod ta' kif naħsbu, b'aktar kuraġġ biex inkunu innovattivi. Bdejt is-sena bħala Membru tal-Parlament Ewropew u se nkun qed nagħlaqha bħala membru tal-Kabinett. Minn dejjem kelli għal qalbi l-prinċipji li jiggvernaw ekonomija sostenibbli, għalhekk ħdimt biex ikunu approvati b'maġġoranza l-prijoritajiet li nnegozjajt fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Green Deal Ewropew. Prijoritajiet li rrid inkompli naħdem fuqhom f 'pajjiżna. Dan huwa pjan importanti għal Malta, anke fid-dawl tad-dikjarazzjoni illi pajjiżna jrid jilħaq il-mira li sal-2050 l-ekonomija tagħna ma tkunx qed tħammeġ. Tul din is-sena kelli numru ta' laqgħat, fosthom mal-Kamra tal-Kummerċ u ma' organizzazzjonijiet lokali, dwar kif nistgħu nfasslu mudell ekonomiku sostenibbli. Mal-Viċi President Eżekuttiv tal-Green Deal Frans Timmermans, ħdimt favur appoġġ minn kulħadd, speċjalment biex jiġu mħarsa l-impjiegi tal-ħaddiema b'pagi denji u b'kundizzjonijiet tajba ta' xogħol. Qabel ma faqqgħet il-pandemija, tajt bidu lill-proġett ambjentali Small Changes, Big Impact, bil-parteċipazzjoni ta' aktar minn 50 persuna u għaqdiet mhux governattivi (NGOs), bl-għan li nippromwovu żvilupp sostenibbli f 'oqsma differenti, filwaqt li nħarsu l-ambjent. Dan il-proġett, li se nkompli naħdem fuqu anke tul is-sena l-ġdida, ingħata sinjifikat akbar meta l-pandemija tal-COVID-19 laqtgħet lil pajjiżna wkoll. Waħda mill-inizjattivi li għamilna kienet li flimkien ma' Friends of the Earth Malta u diversi bdiewa u raħħala, ikkomunikajna kampanja b'messaġġ importanti: li nixtru prodott lokali Malti. Dan jorbot mal-istrateġija Ewropea Farm-to-Fork, li taċċerta l-kwalità fl-ikel, mill-produzzjoni sakemm jasal fuq il-platt tagħna. Inizjattiva oħra kienet illi qassamna portable ashtrays biex innaqqsu l-ammont ta' sigaretti li jiġu mormija fil-kampanji u l-ibħra tagħna. L-isfidi reltati ma' COVD-19 ħasshom kulħadd. Fl-interess ta' Malta tkellimt mal- Kummissjoni Ewropea biex ikun hemm flessibilità finanzjarja waqt il-pandemija, biex ċittadini, intrapriżi żgħar u ħaddiema self-employed ma jispiċċawx iġorru piż kbir. Ħdimt biex jiġi aċċertat li Malta jkollha aċċess għat-tagħmir mediku kollu u ingħaqadt f 'alleanza ma' politiċi, CEOs u trade unions Ewropej biex flimkien nippromwovu miżuri bl-għan li l-ekonomija tinbena mill-ġdid b'mod aktar sostenibbli. Mill-bidu mbuttajt biex ikun hemm sistema Ewropeja għax-xiri konġunt tal-vaċċin. Dan biex nassiguraw li pajjiżna ma jkunx żvantaġġjat ma' swieq oħra. Il-ħajja politika tlaqqek ma' sitwazzjonijiet differenti, li kollha jimmeritaw l-importanza li ħaqqhom. Fi żmien il-pandemija – speċjalment matul ix-xhur li kellna partial lockdown – rajna numru ta' sitwazzjonijiet soċjali li kienu qed iħallu aktar vittmi. Grazzi għall-ħidma li għamilt flimkien mat-tim tiegħi u l-Ministri Byron Camilleri, Edward Zammit Lewis u s-Segtretarju Parlamentari Rosianne Cutajar, f 'Mejju li għadda tajna bidu għal assistenza legali b'xejn għal kull vittma ta' vjolenza domestika. Bħala Chairperson ta' Mental Health Europe u flimkien ma' Richmond Foundation, komplejt naħdem biex jiżdied l-għarfien dwar is-saħħa mentali, anke permezz ta' kampanja ta' tagħrif fuq il-mezzi soċjali. Kien ta' unur għalija li komplejt bil-ħidma bħala Viċi Chairperson tal-grupp MEPs Against Cancer u intgħażilt membru tal-kumitat speċjali kontra l-kanċer. Din is-sena ġabitni lura lejn Malta; deċiżjoni li ħadt għax ħassejt li wasal iż- żmien li dak kollu li ksibt fuq livell Ewropew nimplimentah b'aktar enfasi fuq livell lokali. Il-Ministeru tal-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli li ġejt fdata bih huwa wkoll kontinwazzjoni ta' ħidmieti tul dawn l-aħħar snin. Bi ħsiebni nagħmel ħilti biex nara li dak li hu mistenni minnha bħala pajjiż taħt il-Green Deal Ewropew, jitwettaq. Żewġ prijoritajiet kbar għalija huma l-qasam tal- enerġija u aktar żoni ħodor u spazji miuħa. Irrid nara lil pajjiżna b'diversifikazzjoni akbar tas-sorsi ta' enerġija tiegħu, biex nassiguraw indipendenza fl-enerġija u biex inżidu l-persentaġġ li bih niġġeneraw l-elettriku permezz tas-sorsi rinnovabbli. Nemmen f 'aktar spazji miuħa u aktar attenzjoni għall-ambjent, xi ħaġa li ċ-ċittadini tagħna ħassew il-bżonn tagħhom din is- sena, aktar minn qatt qabel. Il-pandemija sfurzat lil ħafna jbiddlu l-mod ta' kif igawdu l-ħin mal-familja: li ma tistax issiefer u l-ħin itwal li konna qed inqattgħu d-dar wera' kemm verament hemm bżonn postijiet differenti fejn il-Maltin u l-Għawdxin jistgħu jirrilassaw. Se nkompli nibni fuq dan il- momentum. Waħda mill-ewwel deċiżjonijiet immedjati li ħadt flimkien mal-Malta Enterprise kienet li s-suppliment tal-paga u r-rifużjoni fuq il-kontijiet tad-dawl jingħataw kemm jista' jkun malajr għax-xahar ta' Diċembru, biex intrapriżi u ħaddiema jkollom l-appoġġ meħtieġ anke f 'dawn iż-żminijiet ta' festi. Dan ix-xahar se nkunu tajna €40 miljun fl- iskema tal-wage supplement u anki fl-iskema tar-rifużjoni tal-kontijiet tal-elettriku. Dan kollu mhux biss biex il-familji u n-negozji jkollhom għajnuna fl-immedjat, imma wkoll biex inkunu f 'pożizzjoni li minnha nistgħu nippjanaw għall-ġejjieni. Bi pjan serju, Malta għandha l-potenzjal li ssir leader f 'ekonomija sostenibbli. Irridu nesploraw mgħodijiet differenti. Propju f 'dawn il-jiem, ġiet approvata u nħarġet l-ewwel liċenzja fil-qasam tal-kannabis mediċinali f 'pajjiżna; pass importanti ferm għax kumpanija Kanadiża se tinvesti direttament f 'pajjiżna, b'Malta tikkompeti fis-suq globali. Biex pajjiżna jkompli miexi 'l quddiem, irridu nkunu innovattivi. L-avvanzi teknoloġiċi, il-ħiliet tal-ħaddiema u s-sistema edukattiva li noffru lil uliedna huma t-tliet pilastri li jistgħu jwassluna hemmhekk. Nagħlaq din il-kitba billi nawguralek xewqat sbieħ għas-sena l-ġdida. 19 opinjoni illum • IL-ĦADD 27 TA' DIĊEMBRU 2020 Sena ta' sfidi, għada ġdid Miriam Dalli Miriam Dalli hija Ministru għall-Enerġija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 December 2020