Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1322764
12 ħarsa lejn l-2020 IL-ĦADD 27 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum "Filli kellna Ferrari għaddejja tiġri u filli wissejna li sa 50,000 persuna tista' titlef xogħolha." Silvio Schembri, Ministru għall-Ekonomija – 15 ta' Novembru "Għerf għax tbigħ il-passaporti? Għerf jekk toħloq settur ġdid li jġib pagi tajbin." Claudio Grech, Kelliem tal-PN, 1 ta' Novembru "Jekk fil-Milied se jieqaf ix-xogħol, f 'Jannar u Frar se jfallu n-negozji." Jason Micallef, Chairperson VCA, 11 ta' Ottubru "Missejt il-pjagi ta' kulħadd u għalhekk ma nista' niġġudika lil ħadd." Anton Teuma, Isqof ta' Għawdex – 6 ta' Settembru "Pazjent (tal-Covid) minn kull għaxra qed jibqa' jtabbab. Ma tistax tħares biss lejn ir-rata tal-mortalità iżda anke lejn il-keded li qed jieħu l-pazjent." Martin Balzan, President MAM – 30 ta' Awwissu "It-talbiet għall-għajnuna mhux se jistennew il- pandemija tgħaddi. Dawk baqgħu ġejjin u bqajna naraw kif se ngħinuhom." Miriam Vella, First Lady – 16 ta' Awwissu "Żmien it-televiżjoni tal-partiti se jgħaddi u dan mhux fil-bogħod." Chris Said, Kelliem tal-Oppożizzjoni - 21 ta' Ġunju "Persuna waħda li toħroġ mill-vizzju ttina l-kuraġġ biex inkomplu niġġieldu d-droga u t-traffikar tagħha." Dennis Theuma, Assistent Kummissarju - 7 ta' Ġunju "L-amministrazzjoni ta' Robert Abela hija l-ewwel waħda li lesta titlef is-setgħa tagħha għall-prinċipji tal- governanza." Edward Zammit Lewis, Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza – 31 ta' Mejju "Xi darba lil dan il-Covid se nirbħulu ... imma lill-politika mhux se nirbħulha jekk ma nifhmux il-ħsara li qed tagħmel." Frank Portelli, tabib – 26 ta' April "L-aktar gravi huma dawk l-impjegaturi li ħadu €800 f 'għajnuna mill-Gvern iżda qabel ma tefgħu lill- ħaddiema fuq din l-iskema, ġiegħluhom jutilizzaw il-leave kollu sa dik il-ġurnata." Josef Vella, Kap Eżekuttiv tal-UĦM – 19 ta' April "Kien hemm min tkeċċa mix-xogħol b'sempliċi SMS jew b'ittra fejn lill-ħaddiem qalulu biex juża l-aħħar paga biex jixtri biljett tal-ajru." Josef Bugeja, Segretarju Ġenerali GWU – 12 ta' April "Il-wirt ta' Muscat se jibqa' mċappas bil-qtil ta' Daphne." Wayne Flask, Attivist xellugi – 16 ta' Frar "Id-deċiżjonijiet li qed jieħu Robert Abela jawguraw tajjeb għall-futur ... Diġà qiesu hawn dik l-arja friska li naddfet dak kollu li kien hawn qabel, neħħiet is-sħab minn fuq pajjiżna." Clayton Bartolo, dak iż-żmien Segretarju Parlamentari – 26 ta' Jannar "Dan il-partit għandu nies li ġew magħna fi żmien Alfred Sant, ħafna oħrajn meta Muscat sar Mexxej u oħrajn li ma vvutawx PL fl-2013, imma vvotawlna fl-2017. Il-PL jista' jibqa' jattira n-nies basta jkun onest." Daniel José Micallef, President PL – 19 ta' Jannar Politiċi, attivisti, esperti u personalitajiet jgħidu tagħhom fuq l-ILLUM L-AQWA KWOTAZZJONIJIET TAL-2020