Illum previous editions

ILLUM 27 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1322764

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 Il-Ħadd 7 ta' Ġunju Il-PM u Mexxej Laburista Robert Abela kien taħt pressjoni mill-partit u anke mill-Kabinett biex ikeċċi lill-Ministru u Deputat Mexxej tal-PL Chris Cardona wara xhieda splussiva minn Melvin Theuma. Theuma kien qal illi kien hemm intermedjarju bejn il-Fulu u Cardona u li l-eks Ministru kien għadda €350,000 biex tinqatel Daphne Caruana Galizia. Cardona ċaħad dan kollu bil-qawwa. Minkejja dan huwa xorta tneħħa minn Ministru u Deputat Mexxej Laburista. Il-Ħadd 17 ta' Mejju Il-gazzetta ILLUM matul il- pandemija baqgħet titkellem man-negozji u r-rappreżentanti tagħhom kif ukoll mal-ħaddiema u l-unjins. Hawnhekk tirrapporta ittra ta' 64 sid ta' negozji żgħar jew medji u li għandhom 130 negozju bejniethom, li ntbagħtet lill-Prim Ministru. Il-Ħadd 14 ta' Ġunju Il-gazzetta ILLUM tiżvela dettalji mir- riforma Kostituzzjonali li mbagħad titħabbar ftit jiem wara. Fost il-bidliet hemm dik illi l-President tar-Repubblika, għall-ewwel darba fl-istorja se jibda jinħatar biż-żewġ terzi. Il-Ħadd 2 ta' Awwissu Adrian Delia sfiduċjat mill-Kunsill Ġenerali, l-ogħla organu tal-Partit Nazzjonalista. Dan jimmarka l-bidu tat-tmiem ta' Delia fit-tmun tal-PN, wara tliet snin ta' ġlied intern kontinwu. 839 Kunsilliera Nazzjonalisti minn 1,509 vvutaw biex issir elezzjoni għal kap ġdid, minflok vot ta' fiduċja fil-Kap Adrian Delia, kif xtaq Delia nnifsu. Il-gazzetta tagħti ħarsa wkoll lejn il-bidu tat-tieni mewġa ta' Covid-19 f 'pajjiżna. Il-Ħadd 4 ta' Ottubru Bernard Grech jiġi elett Kap tal- Partit Nazzjonalista minflok Delia. L-aktar ħaġa sorprendenti ma kinitx li Grech rebaħ fil-fatt, imma d-daqs tar-rebħa tal-istess Grech fuq Adrian Delia. Huwa sar Kap Nazzjonalista wara li kiseb 69% tal-voti tat-tesserati, jiġifieri 12,663 vot - filwaqt li Adrian Delia kiseb 5,622 vot. Il-Ħadd 6 ta' Settembru Il-gazzetta ILLUM tiżvela illi hemm eluf ta' whatssapp chats bejn Yorgen Fenech u Keith Schembri kif ukoll is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar u mijiet oħra bejn Fenech u Pierre Portelli. Irriżulta wkoll li kien hemm numru kbir ta' messaġġi bejn il-Ministru Edward Zammit Lewis u Yorgen Fenech. Il-gazzetta ILLUM żvelat ukoll kif Bernard Grech kellu pendenzi ta' eluf kbar f 'taxxa li ma kienx ħallas, iżda li mbagħad ħallas ftit qabel ma kien tefa' n-nomina għall-Kap ġdid Nazzjonalista. Il-Ħadd 8 ta' Novembru Il-gazzetta ILLUM tiżvela kif id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kien qagħad fil-lukanda Hilton ta' Tel Aviv b'xejn, liema akkomodazzjoni ħallas għaliha Tumas Group. Azzopardi kkonferma dan u qal li meta wasal kien għadda rigal tal-fidda lil Ray Fenech bħala ringrazzjament. Fost diskussjoni kbira fuq il-midja soċjali, Azzopardi rriżenja mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista għal xi żmien. Dwar l-istorja tlaqqa' l-Kumitat tal-Etika tal-PN li ppropona li Azopardi jiġi "mċanfar." Sussegwentement hu reġa' sar parti mill-Grupp Parlamentari tal-PN, bħala Shadow Minister tal- Ġustizzja. Il-Ħadd 6 ta' Diċembru Finalment din is-sena tajna ħarsa lejn ix-xhieda ta' Joseph Muscat quddiem l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Jirriżulta li Muscat kien żamm lil Keith Schembri Chief of Staff fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru minkejja li kien jaf li kellu n-negozju ta' 17 Black ma' Yorgen Fenech u kien jaf ukoll - pemezz tas-servizzi sigrieti - li Fenech kien is-suspettat fil-qtil ta' Caruana Galizia. 'Jaħsbuni mejjet bil-ġuħ imma jien irrid biss inferraħ in-nies' www.illum.com.mt ARA PAĠNI 6, 7 u 8 €1.25 IL-ĦADD 2 TA' AWWISSU 2020 • NRU 720 Il-COVID-19 jerġa' jibda jerfa' rasu. X'qed jiġri f'Malta u lilhinn? L-ILLUM takkumpanja lil Carmel biex jiġbor tpinġija- ritratt ta' martu Miriam Pace 'Il-lifeguards fuq il-bajjiet mhux qegħdin għalxejn fix- xemx...agħtu kashom' 'Hemm bżonn li kulħadd jieħu pass lura u nżommu mal-protokolli' ARA PAĠNA 3 ARA PAĠNI 14 u 15 ARA PAĠNA 9 L-AD U L-PD JAQBLU FORMALMENT LI JINGĦAQDU F'PARTIT WIEĦED Paġni 4 u 18 Il-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista vvutaw biex fil-ġimgħat li ġejjin it-tesserati jintalbu jivvutaw f 'elezzjoni miftuħa għall-Kap. Minn 1,509 kunsillier, kienu 839 li vvutaw favur li l-PN imur għal elezzjoni tal-Kap, kif xtaqu dawk li sfiduċjaw lil Adrian Delia, filwaqt li 659 kienu favur li t-tesserati jintalbu jivvotaw f 'vot ta' fiduċja fil-Kap. B'kollox kienu 93% tal- Kunsilliera eliġibbli li jivvutaw li tefgħu l-vot tagħhom fil-Kunsill Ġenerali Straordinarju. TKOMPLI F'PAĠNA 5 PAĠNI 12 u 13 DELIA SFIDUĊJAT: IL-KUNSILLIERA JAGĦŻLU ELEZZJONI GĦAL KAP Jipproponi tabib tal- għażla tal-familja meta priġunier imut 44 miljun impjieg u €98 biljun taħt mannara www.illum.com.mt ARA PAĠNI 14 u 15 PAĠNI 2 u 3 PAĠNI 6 u 7 €1.25 IL-ĦADD 6 TA' DICĊEMBRU 2020 • NRU 738 "M'inix razzist. Imma ma rridux jiżżewweġ lil binti jew jgħix ħdejja ta!" Ir-razziżmu f'Malta ... ARA PAĠNA 4 PAĠNI 8 u 9 ŻAMMU KASTILJA B'NEGOZJU MAS- SUSPETTAT Sondaġġ: 53% tal-poplu jemmen li fl-2021 se jkollu aktar flus minn din is-sena Joseph Muscat ma keċċiex lil Keith Schembri minkejja li s-Servizzi Sigrieti kienu għarrfuh illi Yorgen Fenech kien suspettat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u kien jaf li ċ-Chief of Staff tiegħu kellu negozju ma' Fenech (17 Black). L-ILLUM tistaqsi lil Muscat għaliex ... Kif laqat lin-nies il-Baġit ta' nhar it-Tnejn? www.illum.com.mt ARA PAĠNA 15 €1.25 IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2020 • NRU 713 'Jiena ma naħbi xejn. Anke jiena għandi l-problemi tiegħi. Dik li hemm barra hija jiena' IL-PRESIDENTI SE JINĦATRU BIŻ-ŻEWĠ TERZI PAĠNI 6, 7 U 28 Natalino Fenech se jintalab jidher quddiem Bord ta' Dixxiplina tal- PBS fuq il-kuntratt li kien mogħti qabel l-2013 Ħaddiema immigranti, razziżmu u l-pandemija tal-mibgħeda Teleworking: X'se jiġri? ARA PAĠNI 10, 11, 12, 13 U 21 Il-Kabinett iddeċieda. Minflok jiddeċiedi l-PM u l-ħatra tgħaddi b'maġġoranza sempliċi fil-Parlament, il-Presidenti tar-Repubblika li jmiss se jibdew ikunu maħturin b'żewġ terzi tad-Deputati Parlamentari IL-KABINETT B'DEĊIŻJONI FINALI ARA PAĠNA 4 Il-Kummissjoni Venezja tfaħħar u tikkritika Il-gazzetta ILLUM tiżvela it mid-dettalji tar-rapport mibgħut lill-Gvern mill- Kummissjoni Venezja. Din il-kummissjoni faħħret diversi proposti tal-Gvern fil-qasam tal-governanza u s-saltna tad-dritt, liema proposti qed isiru bħala parti minn riforma mressqa mill-Ministru Edward Zammit Lewis. ARA PAĠNA 4 ARA PAĠNI 8 U 9 'Diskriminazzjoni' – Sidien ta' ristoranti f' każini jilmentaw www.illum.com.mt ARA PAĠNI 4 u 5 €1.25 IL-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2020 • NRU 734 Id-diżordni alimentari fost l-adoloxxenti Maltin Be part of our success Let's Be Frank. We offer you a CAREER in real estate. With a positive attitude and solid work ethics there are no limits to your earnings and personal growth. Time to #BeFrank franksalt.com.mt/BeFrank ARA PAĠNA 3 PAĠNA 6 Inkjesta dwar irregolaritajiet fil-Lands fi żmien Jason Azzopardi Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li huwa marbut intrinsikament mal-ġlieda favur is-Saltna tad-Dritt u Avukat għall-familja Caruana Galizia, qiegħed f 'nofs kontroversja marbuta ma' inkjesta kriminali dwar korruzzjoni u frodi fid-Dipartiment tal-Artijiet u dan meta hu kien Segretarju Parlamentari fl- 2013. Fil-fatt, fid-9 ta' Mejju 2013 kienet infetħet inkjesta mill-Maġistrat tal- Għassa, Giovanni Grixti dwar frodi, miżaproprijazzjoni u korruzzjoni, fost oħrajn, b'rabta ma' deċiżjonijiet li ttieħdu mid-Dipartiment tal-Artijiet li kien jaqa' taħt ir-responsabbilità tas-Segretarjat Parlamentari li kien imexxi Jason Azzopardi fi żmien l-amministrazzjoni tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi. L-inkjesta inkwistjoni tikkonċerna deċiżjonijiet marbuta ma' art pubblika li kienet ingħatat lil persuni li għandhom djar f 'Għajn Dwieli, kostitwenza ta' Jason Azzopardi. L-ispettur li kien ħadem fuq dan ir-rapport kien Jonathan Ferris li huwa magħruf għall- fatt li kien telaq mill-Korp tal-Pulizija u mar jaħdem mal-FIAU, l-Aġenzija għall-Gvern Kontra l-Ħasil tal-Flus, sakemm tneħħa. Tkompli f 'paġna 3 MAR IL- HILTON TA' TEL AVIV U ĦALLASLU TUMAS GROUP Sajf bla festi. Nitkellmu mal-imħuħ warajhom... www.illum.com.mt ARA PAĠNA 5 €1.25 IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2020 • NRU 712 Fuq quddiem fil-Covid-19. Imma ftit minnhom kellhom iħallsu kera biex setgħu jmorru għax-xogħol! ARA PAĠNA 4 PAĠNI 10 u 11 Malta se tiftaħ l-ajruport għal 19-il pajjiż. Imma huma fetħulna? ARA PAĠNi 6 U 7 'Bil-COVID-19 u mingħajru d-domanda u l-provvista tad-droga baqgħet b'saħħitha' 'Hemm bżonn baġit biex il-linji tal-ajru jirriklamaw lil Malta' ARA PAĠNA 8 PRESSJONI 'MINN ĠEWWA' BIEX IL-PM IĠIEGĦLU JITLAQ Il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata li Cardona se jissemma' f 'tapes li għad iridu jinstemgħu, b'rabta mal-qtil ta' Daphne. Nies madwar il-PM, inkluż membri tal-Kabinett, jappellawlu biex ineħħi lil Cardona minn Deputat Mexxej tal-PL ħalli "ma nirrovinawx kollox" ARA PAĠNI 12 U 13 380 serqa fl-ewwel seba' xhur www.illum.com.mt ARA PAĠNI 10 u 11 €1.25 IL-ĦADD 4 TA' OTTUBRU 2020 • NRU 729 100 sena ta' storja - Il-Partit Laburista ARA PAĠNI 2 u 3 PAĠNA 7 PAĠNI 16 u 17 PAĠNA 28 BERNARD IKAXKAR LIL DELIA 'Għajnuna, jew jitwaqqfu l-ħaddiema!' Il-kampanji ta' mibegħda kontra J. K. Rowling ELEZZJONI GĦAL KAP TAL-PARTIT NAZZJONALISTA Bernard Grech jikseb rebħa kbira ta' madwar 67% biex b'hekk sar id-disa' Kap tal-Partit Nazzjonalista • Delia jwiegħed l-appoġġ tiegħu Il-Biedja f'Malta, fl-istaġun tas-Sajf www.illum.com.mt ARA PAĠNI 12 u 13 €1.25 IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2020 • NRU 709 'Jekk se nibqgħu magħluqin sakemm insibu l-vaċċin, se jkun il- bidu tat-tmiem tagħna' PAĠNA 17 Talk to us | 2131 2020 | bov.com All loans are subject to normal bank lending criteria, credit approval by the Bank and a credit agreement. Further terms and conditions are available from www.bov.com. Issued by Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Bank of Valletta p.l.c. is a public limited company regulated by the MFSA and is licensed to carry out the business of banking in terms of the Banking Act (Cap. 371 of the Laws of Malta). KEEP YOUR BUSINESS STRONG FINANCING FOR BUSINESS BOV MDB COVID-19 ASSIST 'SE NFALLU' Charmaine Gauci hija bla dubju l-mara tal-mument. Il-gazzetta ILLUM tistaqsi lil Gauci dwar diversi temi, mhux l-inqas il-vaċċin, l-ajruport u kif se nerġgħu ngħixu f 'normalità, l-antibodies, il-ħaddiema fil-qasam tas- saħħa u t-tieni mewġa tal- pandemija. ARA PAĠNI 6 u 7 Charmaine Gauci tirrispondi l-mistoqsijiet tal-gazzetta ILLUM 'Bl-eżerċizzju u l-meditazzjoni għelibt l-ansjetà' ARA PAĠNA 10 Il-Covid-19 u l-Pjan Marshall: Realtà jew Rettorika? ARA PAĠNI 14 u 15 Ajruporti u linji tal-ajru: X'inhu jiġri? ARA PAĠNI 8 u 9 ARA PAĠNA 16 Niżvelaw ittra iffirmata minn 64 sid ta' 130 negozju żgħir u medju li ntbagħtet lill-Prim Minstru u li fiha qed jappellaw għall-għajnuna u pjan qabel ħafna minnhom jiffaċċjaw dak li jiddeskrivu bħala 'katastrofi' u 'falliment' Il-pellegrinaġġi fis- snin tal-għawġ ARA PAĠNI 14 u 15 'Kull sejba hija daqqa lill-kriminalità' www.illum.com.mt ARA PAĠNI 12 u 13 €1.25 IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2020 • NRU 725 'Il-Knisja temmen li l-ogħla forma ta' mħabba hija dik bejn raġel, mara u t-tfal. Iżda ma tikkundannax u ma tiġġudikax ...' Fi tmien xhur: Aktar minn 2,000 messaġġ bejn Fenech u membru tal-Kabinett - Aktar minn 800 messaġġ bejn Fenech u Keith Schembri - Aktar minn 700 messaġġ bejn Fenech u Pierre Portelli - ... u l-messaġġi li kellu Delia. Kollox mistenni jkun esebit fil-Qorti mill-Europol f 'Ottubru ARA PAĠNI 2 u 3 PAĠNA 4 PAĠNI 10 u 11 ELUF TA' CHATS TAL-WHATSAPP F'IDEJN IL-EUROPOL ...ESEBITI FIL-QORTI DALWAQT BEJN JANNAR 2019 U SETTEMBRU 2019 Grech ma jgħidx kif ħallas €62,000 f'taxxa u VAT li kellu pendenti ħarsa lejn l-2020 illum • IL-ĦADD 27 TA' DIĊEMBRU 2020

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 December 2020