Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1322764
20 opinjoni Esplora: il-post li jqanqal kurżità f'uliedna! IL-ĦADD 27 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum Owen Bonnici Owen Bonnici huwa l-Ministru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 20 opinjoni Nemmnu fir-riċerka vokazzjonali IL-ĦADD 20 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum Owen Bonnici Owen Bonnici huwa l-Ministru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 D in il-ġimgħa kelli l-pjaċir li nerġa' nżur il-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) mindu sirt responsab- bli mill-Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19. Ir- raġuni għal din iż-żjara hija waħ- da ferm interessanti hekk kif ġejt mitlub mill-MCAST stess sabiex niaħ l-ewwel Expo tar-Riċerka u l-Innovazzjoni organizzat minn dan il-Kulleġġ. Dan l-avveniment ta' jumejn huwa parti mill-isforz tal-Kulleġġ biex iżid ir-riċerka rilevanti għall-industrija hekk kif qed jipprepara ukoll biex iniedi l-ewwel programm ta' dottorat professjonali. F'din l-attività kienu qed jiġu ppreżentati l-proġetti ta'40 student u 96 riċerkatur mis-sitt istituti tal-Kulleġġ. Il-proġetti ta' riċerka tal- MCAST ikopru varjetà ta'oqsma, mix-xjenza applikata għall- inġinerija, min-negozju u l-kummerċ għall-edukazzjoni, mill-Informatika għall-arti kreattiva. Għoġbitni l-idea li jigi użat ambjent ta' kampus virtwali, biex l-MCAST jippreżentaw dan ix-xogħol b'mod interattiv u biex jieħdu l-limitazzjonijiet attwali imposti mill-pandemija bħala opportunità għall-innovazzjoni. Dan l-Expo wera x-xogħol sinifikanti ta' riċerka u innovazzjoni li qed isir minn riċerkaturi tal-MCAST. Il-varjetà tar-riċerka u l-innovazzjoni jirriflettu d-diversità u l-oqsma speċjalizzati tal-Kulleġġ. L-MCAST jinsab fuq quddiem fl-innovazzjoni, u kien wieħed mill-ewwel istituzzjonijiet li nieda l-Istrateġija dwar l-Intelliġenza Artifiċjali. Jien tassew kburi li kont preżenti għal dan l-expo għaliex aħna bħala Gvern kommessi sabiex inkomplu nsaħħu l-innovazzjoni u r-riċerka ta' pajjiżna għaliex verament nemmnu li dan huwa l-futur ta' pajjiżna kif ukoll ta' pajjiżi oħra 'l bogħod minn xtutna. Il-parteċipanti ngħaqdu fl-attività permezz ta' avatars u interaġixxew fi ħdan il-kampus onlajn. Il-kampus virtwali kien jinkludi wkoll spazju fejn l-istudenti li għadhom kemm temmew l-istudji tagħhom qed jesebixxu l-proġetti tagħhom. L-erba' temi tal-Expo, li kollha jindirizzaw l-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, kienu: teknoloġija emerġenti u innovazzjoni kreattiva; benesseri soċjali, sport u saħħa; pedagoġija ta' kwalità u tagħlim effettiv; sostenibbiltà ambjentali u kulturali. Iktar minn 250 parteċipant ingħaqdu mal-avveniment li sar onlajn f 'kampus virtwali. L-MCAST huwa wieħed mill- iktar istituzzjonijiet importanti fejn tidħol ir-riċerka vokazzjonali. Bis-saħħa ta' dan l-Expo ġew spjegati proġetti ta' riċerka vokazzjonali li twettqu minn studenti u minn letturi li jgħallmu fl-MCAST stess. Anka l-Expo innifsu li huwa l-ewwel wieħed fl-Istorja ta' dan il-Kulleġġ intużat ħafna innovazzjoni għaliex sar użu mill- Informatika biex inbniet dinja virtwali sabiex bis-saħħa tagħha seta' sar dan l-Expo li verament kien wieħed sabiħ u li kien maqsum fuq jumejn. Jiena nawgura iktar u iktar riċerkaturi fil-kamp vokazzjonali u aħna se nkomplu nagħtu s-sapport kollu biex ir-riċerka tkun 'il fuq fl-aġenda nazzjonali. + + + Hekk kif dħalna fl-istaġun tal- Milied, nieħu gost inżur xi rħula żgħar li ġeneralment joffru ħafna x'tara għal min iżurhom f 'dawn iż-żmijiet. Din il-ġimgħa mort fir-raħal kwiet u sabiħ ta' Ħal Għaxaq fejn kelli l-opportunità nammira Siġra tal-Milied tal-ganċ sabiħa ħafna li bħalissa tinsab f 'waħda mill- pjazez ewlenin ta' dan ir-raħal. Hekk kif kont għaddej minnha ma stajtx ma ninnotax din is-'siġra' u għall-istagħġib tiegħi, persuna mill-istess lokal infurmani li kien għadu kemm jinkiser ir-rekord tal-ogħla Siġra tal-Milied magħmula mill-ganċ fil-gżejjer Maltin. Huwa kompla jispjegali li din kienet kollha xogħol ta' nies minn dan ir-raħal stess. Anki jekk il-Milied ser inkunu qed nesperjenzawh b'mod differenti din is-sena, in-nies ferrieħija u kwieti ta' Ħal Għaxaq xorta waħda rnexxielhom isibu mod kif ikunu jistgħu jinġabru flimkien bħala għaqda u komunità waħda u jġibu ferħ lir-raħal tagħhom kif ukoll jirnexxielhom ipoġġu isimhom fuq il-mappa! Is-Siġra tas-Suċċess, kif qed tissejjaħ, tinsab wieqfa fil-qalba ta' Ħal Għaxaq u qed tiġi mfaħħra għal dan ir-rekord. Dawk kollha li jixtiequ jżuruha u jħarsu lejha b'għajnejhom stess, huma mħeġġin jagħmlu dan. Inkiser ir-rekord li kienet l-ogħla Siġra tal-Milied magħmula mill-ganċ b'tul ta' 9 metri u dijametru ta' 2.9 metri. Inħeġġeġ lil dawk kollha li jistgħu, sabiex imorru proprju f 'dan ir- raħal u jtuha titwila. Qaluli wkoll li wara l-istaġun tal-Milied, il-materjal kollu użat mhux sempliċement se jiġi mormi. Se jmur għal kawża sabiħa ħafna ta' karità peress li se tinqasam f 'partijiet iżgħar u tingħata lin-nies kif ukoll djar li jista' jkollhom bżonn ilbies sħun jew lożor biex jitpoġġew fuq is- sodod tagħhom. Tassew, l-Għaxqin jafu jagħmlu l-affarijiet sbieħ! Proset lil kull min ta sehmu għal din l-inizjattiva tant sabiħa. Wieħed mill-għanijiet taċ- Ċentru Interattiv għax-Xjenza: Esplora, hu sabiex iħajjar aktar studenti tat-tmien sena jagħżlu suġġetti marbuta max-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika fl-istudji tagħhom. Esplora ħadem qatigħ mal- iskejjel, familji u l-pubbliku sabiex dan l-objettiv jintlaħaq fuq skala nazzjonali flimkien ma' entitajiet u msieħba oħra. F'dan ir-rigward Esplora kien katalista sabiex jiġi mniedi l-Istem Engagement Working Group fejn ilaqqa' flimkien bosta entitajiet b'għanijiet komuni relatati ma' dak imsemmi. Fost l-attivitajiet li dan il-Working Group jorganizza, wieħed jista'jsemmi n-National STEM Career EXPO u n-National STEM Awards. L-ewwel edizzjoni tal- EXPO saret f 'Jannar 2020 b'rapreżentazzjoni wiesgħa u mifruxa ta' akkademiċi, riċerkaturi, msieħba industrijali, imsieħba mill-qasam tal- edukazzjoni u entitajiet oħra. Għal Jannar Esplora ser tniedi Kampanja Nazzjonali Onlajn ta' Għarfien dwar suġġetti u karrieri marbuta ma' STEM. Għan ieħor taċ-Ċentru Esplora hu dak li jtejjeb l-perċezzjonijiet u l-attitudnijiet taċ-ċittadini Maltin u dawk li joqogħdu Malta, ta' kull età u abbilità, dwar ix-xjenza u t-teknologija. Il-viżjoni ta' Esplora hi infatti dik li tiġi kkultivata kultura ta' kurzità u kreattività marbuta max-xjenza. Aħna rridu li t-tfal tikbrilhom il-kurżità għax-xjenzi, għat-teknoloġija illi huwa l-bażi u s-sisien ta' fejn irridu mmorru bħala pajjiż. Aħna se nkomplu għaddejjin bil-ħidma tagħna sabiex insaħħu ekosistema fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni. Skont stħarriġ li sar, kemm fl-2015 u anke fl-2019, l-perċezzjoni u l-attitudnijiet għax-xjenza u t-teknoloġija tjiebu b'14% fost il-pubbliku fuq medda ta' 4 snin. Dan hu sforz tal-attivitajiet edukattivi varji li Esplora jħejji u joffri mifruxa mas-sena kollha. Fir-rigward taċ-ċirkostanzi preżenti marbuta mal-limitazzjonijiet li ġabet magħha l-imxija, Esplora qiegħed iwassal edukazzjoni informali fuq suġġetti STEM fid-djar tan- nies permezz tal-midja soċjali, t-televizjoni u l-YouTube channel. Esplora ser ikun qiegħed izomm u jtejjeb dan il-kuntatt onlajn man-nies anke fil-futur. Fis- sena li gejja Esplora ser iniedi l-ewwel edizzjoni tan-National STEM Awards li ser issir f 'Mejju 2021. Din iċ-ċerimonja ser tkun l-kulminazzjoni ta' ċelebrazzjoni u għarfien relatat ma' proġetti, riċerka, u inizjattivi marbuta mas- suġġetti STEM fil-kommunità, fl-iskejjel, fl-Industrija u fuq livell Nazzjonali, fost ohrajn. Din iċ-ċelebrazzjoni marbuta mal-għoti ta' rikonoxximent ser tittella' f 'Esplora, meqjus bħala Hub Nazzjonali għall-inizjattivi fil-qasam ta' STEM. Mifrux fuq numru ta' binjiet u żoni fuq barra b'veduti spettakolari tal- Port il-Kbir, Esplora inawgura l-kalendarju tal-attivitajiet għal żmien il-Milied li se jinkludi spettakli mill-isbaħ u attivitajiet meraviljużi ideali għall-familja kollha. Bħala Ċentru Interattiv tax-Xjenza, Esplora għandu r-responsabbilità li jilħaq aktar nies speċjalment dawk li jaħsbu li x-xjenza mhix addattata għalihom. Sa' issa l-udjenza tal-Esplora, inkluż l-adulti, żdiedet filwaqt li l-mizuri kollha marbuta mal-pandemija qed jiġu segwiti u mħarsa. Esplora sar aktar inklussiv permezz ta' inizjattivi bħalma huma l-Autism Friendly Hours Il-programm mħejji għal waqt żmien il-festi jagħti l-opportunità li l-vizitaturi jgħaqqdu l-ħiliet artistiċi tagħhom ma' dawk tekniċi sabiex joħloqu diversi oġġetti relatati mal-Milied. L-attivitajiet esplorattivi u divertenti huma turija li l-maġija tal-Milied u x-xjenza mhumiex daqshekk differenti minn xulxin. It-tfal li għandhom 15-il sena jew inqas se jidħlu b'xejn meta jżuru l-Esplora f 'Diċembu u Jannar. Esplora se jibda jkun miuħ kull nhar ta' Ġimgha wara nofsinhar u filgħaxija. L-EsploraCafé qed iservi menu speċjali tal-Milied u kull adult ser jingħata tazza imbuljuta b'xejn. Id-dħul għal dawn l-attivitajiet għat-tfal sa' 15-il sena se jkun kompletament b'xejn. Dawn l-attivitajiet ser ikunu qed isegwu l-linji gwida tal-awtoritajiet tas-saħħa. Il-Kunsill Malti għax- Xjenza u t-Teknologija kompla matul din is-sena biex beda bil- ħidma preparatorja għall-proġett tal-EsploraNatura, iċ-Ċentru l-ġdid tal-Istorja Naturali, li huwa intiż sabiex Malta fl-aħħar ikollha ċentru tal-istorja naturali ta' livell dinji u li jmur 'l hinn mill-kunċett ta' mużew kif tradizjonalment nafuh. Dan iċ-ċentru mistenni jqajjem sens ta' apprezzament lejn il-wirt naturali tal-gżejjer Maltin u tal-Mediterran, u juri l-bżonn kbir li dan il-wirt jiġi ppreżervat. Il-lok ta' dan iċ-ċentru ser ikun fil-binjiet eżistenti ta' biswit l-Esplora, li jiffurmaw il-parti tal- Lvant tal-Kumpless ta' Bighi. Dan il-proġett ser ikompli jikkontribwixxi għar- riġenerazzjoni tal-lokalitajiet tan- nofsinhar tal-Port il-Kbir, u jrendi s-sit ta' Villa Bighi bħala wieħed mid-destinazzjonijiet ewlenin f 'Malta, billi se jkunu offruti varjeta' ta' esperjenzi differenti, b'impatt pożittiv anke turistiku. Hu kruċjali li nressqu t-tfal lejn ix-xjenzi b'mod divertenti u sabiħ u sostna li dawn l-attivajiet jibnu rabta sabiħa ferm bejn il- ġenerazzjonijiet li tilgħin u dan is-settur tant importanti għas- suċċess ekonomiku u soċjali ta' pajjiżna. Huwa saħaq li l-ikbar ringrazzjament għandu jmur lejn it-tmexxija u l-ħaddiema kollha tal-Esplora tal-ħidma eċċellenti li huma jwettqu. L-attivitajiet li se jittellgħu f 'dan il-perjodu huma varji, iżda għandhom fil-bażi tagħhom ix-xjenza u oqsma relatati, bħal perezempju l-użu tal-matematika u l-prinċipji tas-simetrija, informazzjoni dwar l-enerġija u tagħrif dwar innovazzjonijiet diġitali oħra. + + + Is-sena 2020 waslet fi tmiemha. Kienet sena li se tibqa' mfakkra u stampata f 'moħħ kulħadd minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Żgur li għal ħafna nies kienet waħda ta' sfida u ħsibijietna jmorru għal dawk il-familji li tilfu membru tal-familja jew ħabib jew ħabiba tagħhom fl-eqqel tal- pandemija. Bħala poplu urejna għaqda u reżiljenza u rnexxielna negħlbu l-isfidi maġġuri li ġew quddiemna bħal dawk li kellna quddiemna fil-kamp edukattiv. Kburi ħafna bil-poplu Malti li qam għall-okkażjoni, mhux l-inqas il-fronteliners tagħna fil-kamp mediku u ta' saħħa pubblika. Nawgura minn qalbi sena ġdida mimlija riżq u hena.