Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1322764
21 editorjal illum • IL-ĦADD 27 TA' DIĊEMBRU 2020 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt N har is-Sibt 26 ta' Diċembru 2020 sebaħ jum ġdid. Jum illi fih waslet Malta l-ewwel kunsenja tal-vaċċin kontra l-Covid-19 f 'Malta. Wara sena ta' aħbarijiet negattivi, li sfortunatament aħna fil-midja konna fuq quddiem u ta' kuljum qed nirrapportaw, sabiex tingħata l-istampa kollha - ikun bix-xieraq li ntemmu s-sena u l-aħħar ħarġa tal-gazzetta ILLUM għall-2020 fuq nota iktar pożittiva. Dan filwaqt li nirrikonoxxu u nsellmu lil dawk li matul din is-sena għaddew minn tbatijiet, tilfu dak li bnew matul is-snin jew tilfu lil xi ħadd għażiż għalihom. Naturalment għal dawn il-mijiet, jekk mhux eluf, ta' nies it-tmiem ta' din is-sena ma setgħax ġie malajr biżżejjed. Għal dawn nifhmu li l-wasla tal- vaċċin hija biss ftit ta' konsolazzjoni wara sena qarsa u diffiċli, li fiha tilfu tant. Fuq nota aktar wiesgħa - fuq livell nazzjonali - Malta intlaqtet bil-qawwi iżda kollox qed jindika li hekk kif (forsi) bdejna l-aħħar kapitlu ta' dan il-ktieb iswed fl-istorja tad-dinja, pajjiżna baqa' fil-wiċċ meta kkumparat mas- sitwazzjoni f 'pajjiżi bħall-Italja, Franza, il-Brażil u oħrajn fejn is-sitwazzjoni inħass li intilfet kompletament mill- kontroll. Dan hekk kif s-sistemi tas- saħħa ma bdewx ilaħħqu, bdew jimirdu u jmutu żgħaħagħ u nies f 'etajiet żgħar u li ftit kellhom problemi ta' saħħa, filwaqt li ekonomikament kien hemm diżastru sħiħ. Mhux qed ngħidu li f 'Malta ma kienx hawn tbatijiet kbar u ma qalgħux daqqa eluf ta' nies - imma jinħass li b'xi mod, grazzi wkoll għall- flus li kellna fil-kaxxa ta' Malta, ma missejniex il-qiegħ. Huwa vera li hija konsolazzjoni żgħira, pero' grazzi għad-dixxiplina ta' ħafna b'mod ġenerali, ir-rispett kif ukoll ir-regoli, mill-ġdid b'mod ġenerali, u sistema tas-saħħa li Gvern wara ieħor investa l-miljuni fiha, bqajna fil-wiċċ u jekk Alla jrid se ngħaddu minn din is-sitwazzjoni bil-mod, il-mod, biex nerġgħu nibdew ngħixu l-ħajja normali. L-ewwel irridu nibdew infiequ u dan il-proċess mistenni jiddomina l-ewwel ftit xhur tal-2021 imbagħad, bil-mod il-mod il-bniedem jerġa jibda jirbaħ il-kunfidenza. Jerġa' jibda jemmen u jittama fi ġranet aħjar, jerġa' jibda jissoċjalizza u jiltaqa' man-nies, jerġa' jibda jdur id-dinja u jiskopri, jerġa' jibda jgħix ħajtu u finalment joħroġ mill- morsa sewda ta' dipressjoni, solitudni u sens ta' disperazzjoni li miljuni ta' nies daħlu fiha fl-aħħar sena. Għalhekk ilberaħ sebaħ jum ġdid. Jum li jipprometti li jkun sabiħ! Jum storiku li jimmarka tmiem u bidu fl- istess ħin! J'Alla jkun il-jum li jeħodna fit-triqat sbieħ. Is-sena t-tajba lilkhom ilkoll u lill- familja kollha tagħkhom. Sebaħ jum ġdid!