Illum previous editions

ILLUM 27 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1322764

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 27 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum aħbarijiet 7952 2687 @michael.falzon Awguri għas-Sena l-Ġdida Mingħand il-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal 'Sal-bieraħ konna qed niddefendu ... mil-lum nibdew nattakkaw il-Covid-19' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Waqt konferenza tal-Aħbarijiet ilbieraħ biex jimmarkaw l-ewwel konsenja ta' 10,000 vaċċin - Il-Prim Ministru, Deputat PM u Supretendent tas-Saħħa Pubblika osservaw it sekondi ta' silenzju biex jitfakkru dawk in-nies li tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Il-Prim Ministru Robert Abela sostna illi llum jimmarka l-bidu lura għan-normalità. "Irridu nibqgħu naħdmu bis-saħħa biex pajjiżna jkompli miexi 'l quddiem, dan b'kawtela u billi nkomplu nsegwu r-regoli. Imma mil-lum tibda t-triq lura għan- normalità." Intant id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne indika li se jkun hemm passaport tal- vaċċin li permezz tiegħu persuna tkun tista' ssiefer f 'pajjiż ieħor jew inkella tidħol Malta ladarba tkun ħadet iż-żewġ titqibiet tal-vaċċin u għalhekk tkun żviluppat l-immunità għall- virus. Il-PM Abela, minn naħa tiegħu, saħaq illi l-Gvern żgura li l-pajjiż jkollu t-tagħmir kollu u għamel dak kollu - fosthom miżuri - "biex din il-pandemija ma tegħlibniex. Ressaqna miżuri iffukati, bħal moratorji fuq is-self, il-wage supplement, għajnuna għall-kirja ... u l-komunità kummerċjali rrispondiet billi żammet lin-nies, minflok keċċiet lill- ħaddiema. Mhux talli keċċiet, talli ħafna ħaddmu aktar nies," sostna l-Prim Ministru. Robert Abela qal illi l-Gvern żgura li ma tintilifx ġenerazzjoni ta' żgħażagħ u għalhekk ħadem biex l-ebda skola ma jkollha tagħlaq. "Aħna fil-bidu tas-sena se nkunu qed inqassmu l-vouchers. Ħaddieħor se jkun għadu qed jagħti l-vaċċin fil-bidu tas-sena u bħalissa għandu miżuri biex jekk tinqabad barra fit-triq tingħata multa." Il-Prim Ministru temm jgħid li dan huwa wieħed mill-isbaħ rigali għall-Milied. Huwa sostna li huwa kruċjali li għalissa kulħadd jibqa' jsegwi r-regoli u kulħadd jibqa' responsabli. Fearne qal illi sa issa "konna qed niddefendu, minn issa bdejna nattakkaw." Ara paġni 2,3 u 21

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 December 2020