Illum previous editions

ILLUM 27 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1322764

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 27 TA' DIĊEMBRU 2020 Carmel Bonnici Il-Favorit taż-żmien il-Milied - Scrooge (A Christmas Carol) (2) ... ikompli mill-Ħadd li għadda Ladazzjoni ta' A Christmas Carol f 'xogħol mużikali hi totalment iddominata minn Albert Finney bħala l-miżerabbli u rgħib Scrooge. Il-kanzunetti li nisimgħu mhumiex kollha tal- widna, iżda żgur li jintegraw ruħhom fl-ispirtu ta' din il-festa kbira u popolari. Se neħodkom issa wara l-kwinti ta' dan il-film u dak klassiku (bla kulur) tal-1951 biex tkunu tafu xi kurżtajiet dwarhom. Alec Guinness żgur li ma ħax pjaċir jaħdem dan il-film għax l-ewwelnett ħadlu ħafna aktar ħin milli ħaseb u l-bżonn li jiddendel bil-wires, għax jidher maqtugħ mill-art bħala spettru, kkawżalu li jinfetaq minn żewġ bnadi u kellu jagħmel operazzjoni. Il-parti ta' Scrooge kienet se tingħata lil Richard Harris, imma rriutaha. Rex Harrison aċċetta li jidħol għaliha iżda kellu jirtira minħabba li kien involut b'reċta diffiċli. Lil Albert Finney offrewlu din il- parti qabel Harris u għall-ewwel ma riedx jinterpretaha. Wara li qagħad jirrikonsidra, meta qara l-iscript, aċċetta. Ghalkemm il-mużika kienet komposta minn Leslie Bricusse u kienet innominata għal żewġ Academy Awards, Bricusse ma kienx jaf jikteb il-mużika. Għaldaqstant, hu kien jiddetta l-liriċi u l-melodija lil Ian Fraser, is- sorveljant tal-mużika. Din il-ħaġa ġrat mhux f 'dan il-film biss izda anki f 'oħrajn li kienu mdaħħlin fihom dawn it-tnejn fejn kellhom ukoll xi suċċessi. L-attriċi Kay Walsh li ħadmet il- parti ta' Mrs' Fezziwig kienet Nancy fil-versjoni ta' Oliver Twist tal-1948 tad-direttur David Lean. Hi wkoll ikkollaborat fl-iscreenplay ma' Lean fil-verżoni ta' Great Expectations. Ronald Neame li dderieġa l-mużikali Scrooge tal-1970 kien ukoll ipproduċa Oliver Twist ta' 72 sena ilu. Dawn kienu kollha xogħlijiet ibbażati mil-kotba ta' Charles Dickens. Niġi issa għall-film Scrooge (U.S. A Christmas Carol) tal-1951. Għalkemm il-kelma Scrooge nirreferuha għal xi bniedem xħiħ, egoist u rgħid għall-flus, fi żmien Charles Dickens fid-djalett Ingliż kienet tfisser tagħfas. Minkejja li Scrooge ta' 49 sena ilu hu kkalkulat bħala l-aqwa verżoni serja tal-istorja ta' dan il-bravu kittieb, din kienet l-unika produzzjoni li ħalliet barra din is-sentenza li jgħid Ebenezer Scrooge: "Kieku kelli naħdem ma' kull idjota li jghid Il-Milied it-Tajjeb fuq xuejh, kieku jien ngħallih fil- pudina stess li nsajjar u ndaħħallu f 'qalbu zokk ta' xitla tal-Milied." Pero', Alastair Sim li ħadem din il-parti kellu wara ċ-ċans li jgħidha fil-versjoni animata ta' A Christmas Carol tal-1971 li fiha nstemgħa wkoll il-vuċi ta' Michael Hordern li reġa' nterpreta l-parti ta' Jacob Marley. Scrooge kien iħobb ilissen sikwit il-kelma Humbug, li ħafna huma li ma jafux eżatt xi tfisser, billi din tagħti ħjiel ta' mibegħda li kellu Scrooge għall-festa tal-Milied. Il- kelma Humbug tiddeskrivi sforzi mhux sinċieri biex iqarrqu lin-nies billi jfaħħru b'mod sfaċċat sinċerita falza u dinjituża. Minn daqshekk, Scrooge kien ġenwin u qatt ma kellu din it-tendenza. Il-kanzunetti li jinstemgħu fil- versjoni mużikali huma dawn: A Christmas Carol u Christmas Children fil-uħ tal-film; I Hate People, meta Scrooge idur mat- triqat ifittex lil dawk midjunin miegħu u diżulluż bl-atmosfera ferrieħa tal-Milied ma' kullimkien; See e Phantoms kantata minn Jacob Marley (Guinness); December e 25th kantata minn Mr. Fezziwig (Laurence Naismith) u l-kor; Happiness meta l-ispettru tal- Passat turieh kif minħabba r-rghiba tiegħu tilef lill-maħbuba ta' qalbu, Isabelle Fezziwig (Suzanne Neve); You ....You, Scrooge bid-dmugħ f 'għajnejh jiddispjacih ta' dan; I Like Life imlissna mill-ispirtu tal- Preżent (More), biex jurih kemm hi sabiħa l-ħajja; ank You Very Much, fil-Futur jara massa kbira ta' nies ferrieħa u tebut ħiereġ mid- dar tiegħu, dawn ikunu l-midjunin tiegħu; I'll Begin Again, meta hu jkun determinat li jibdel ħajtu; I Like Life issa nterpretata minn Scrooge, raġel mibdul. Il-film jagħlaq bil- kanzunetti Father Christmas/I Like Life, A Christmas Carol u Hark e Herald Angel Sings.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 December 2020