Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1322764
06 ħarsa lejn l-2020 IL-ĦADD 27 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum 2020: 'Ħin l-ikel, se tibda Charmaine' u l-Eżekuttiv (Ara l-logħba Snakes and Ladders f'paġni 4 u 5) Charmaine Gauci / Chris Fearne Bla dubju l-aktar persuna li rajna, smajna, staqsejna lilha, staqsejna dwarha, qbilna magħha, obdejniha, ma qbilniex magħha u l-aktar persuna li kellha viżibilità pubblikau ġibdet lejha ammirazzjoni u simpatija kienet is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci. Minn kmieni fl-2020, meta faqqgħet il- pandemija f 'pajjiżna u meta l-kliem 'coronavirus', 'vaċċin' u l-mistoqsija, 'kemm sabu każi llum?' kienu għadhom xi ħaġa 'l bogħod, Gauci kienet bdiet tagħti l-bullettini tal-każi. Eżatt fin-nofsiegħa kuljum kulħadd kien jintefa' quddiem it-televixin, laptop jew mowbajl jistenna lil Gauci tibda tgħidilna kemm sabu każi ta' Covid-19, x'etajiet kellhom u minn fejn ħadu l-virus. Dawk li qatt ma kienu jaraw it-TV wara nofsinhar għax ikunu x-xogħol skoprew il-programm Niskata ppreżenetat minn Angela Agius peress li l-bullettin kien jiġi f 'nofs dan il-programm. Gauci, apparti li tinforma, kellha jgħinha komportament li niżel għasel mal-Maltin. Kalma, paċenzjuża u twieġeb il-mistoqsijiet b'mod ċar u skjett, b'kumdità, anke meta l-mistoqsijiet ikunu naqra antipatiċi jew xi it politiċi wkoll. Charmaine Gauci, flimkien mal-"imgħallem tagħha" d-Deputat PM Chris Fearne kienu meqjusin bħala l-wiċċ aktar sobriju tal-kwistjoni kollha tal-Covid-19, fil-fatt ir-rati ta' approvazzjoni tagħhom kienu dejjem ogħla minn dawk tal-Prim Ministru Robert Abela, skont sondaġġi xjentifiċi li ħarġu matul il-pandemija. Minkejja li mbagħad ma baqgħetx tidher kuljum u llum d-dehriet tagħha niżlu għal darba f 'ġimgħa, Charmaine Gauci baqgħet ammirata u maħbuba kif ukoll punt ta' referenza fuq il-Covid-19. Ftit ġimgħat ilu Gauci ingħatat Ġieħ ir- Repubblika, definittivament meqjus bħala rikonoxximent mistħoqq lil mara li qabel l-2020 it kienu semgħu biha, kellmuha jew qatt rawha fuq it-TV! Robert Abela Sal-2019 Robert Abela kien konsulent tal-Gvern iżda lejn l-aħħar tas-sena l-oħra kien kontestant f 'tiġrija li it ħasbu illi jista' jirbaħ. Kienet kważi mistennija li Chris Fearne - diġa' Deputat Prim Ministru - ikun l-Prim Ministru wara Muscat. Iżda l-bidu tas-sena rat il-fortuni politiċi jduru, l-kampanja ta' Abela tieħu spinta - u tilħaq il-qofol fl- aħħar attività b'immaġini simili għal dik ta' Joseph Muscat f 'Raħal Ġdid u finalment jirbaħ l-elezzjoni interna fost il-membri tal-Partit Laburista. Abela, bil-wegħda ta' kontinwità, rebaħ bil-kbir. Malli beda l-għadd tal-voti fiċ- Ċentru Nazzjonali Laburista kien beda jidher ċar li r-rebħa ta' Abela se tkun waħda konsiderevoli hekk kif hu rebaħ b'maġġoranza komda il-vot tal-membri fir-raba' distrett - li jinkludi wkoll raħal twelid Fearne, Raħal Ġdid - u fejn l-istess Fearne kien mistenni li jirbaħ. Ir-riżultat finali kien 57.9% favur Abela, meta l-aħħar sondaġġi kienu qed juru riżultat ħafna iktar qrib. L-ewwel xhur ta' Abela ma kienu faċli xejn, anzi kienu magħmudija tan-nar. Mill-mewt ta' Miriam Pace, sal-kriżi tal-immigrazzjoni u naturalment il- pandemija u l-kjass ekonomiku dinji li din ġabet magħha. Il-pandemija fil-fatt wasslet għal miżuri li qatt fl-istorja ma rajna jew qrajna dwarhom. Minkejja li Abela qala' ħafna kritika (u xi kultant anke redikolu) l-aktar minħabba l-famuża stqarrija li 'l-mewġ fil-baħar qiegħed' - kollox ma' kollox sondaġġi lokali u Ewropej juru li l-poplu huwa kuntent bil-miżuri li ttieħdu mill-Gvern fir-rigward tal-Covid-19. Il-wage supplement u l-vouchers kienu żewġ miżuri kruċjali biex l-ekonomija ma tkissritx, filwaqt li n-nurmi u l-imwiet għalkemm żdiedu u kienu inkwetanti ferm la kienu l-inqas pero' lanqas l-ogħla rati fl-UE. ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din hija l-analiżi li titratta l-isnakes and ladders tradizzjonali li ta' kull sena - fl-aħħar ħarġa tal-ILLUM tas-sena - fiha ssir analiżi ta' min tela', min niżel, min sploda 'l fuq u min ħa tisbita l'isfel matul it-52 ġimgħa ta' qabel. L-analiżi tieħu in kundiserazzjoni l-fatti, tneħħijiet jew riżenji, kritika u popolarità, promozzjoni jew inkella viżibilità pubblika tal- persuna. Naturalment nafu li mhux kulħadd se jaqbel għax mitt bniedem, mitt fehma. Hawnhekk il-gazzetta ILLUM qed tippreżenta analiżi kemm jista' jkun oġġettiva ta' persuni li raw il-fortuni politiċi jew tal-karriera tagħhom tieħu spinta 'l fuq u oħrajn li rawha tieħu spinta 'l isfel.