Illum previous editions

ILLUM 27 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1322764

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

L-2020 kienet test jaħraq għal Abela li minkejja li tilef mill-popolarità tiegħu, baqa' ferm quddiem l-avversarju tiegħu Bernard Grech. Mario Grech L-isqof Mario Grech din is-sena ingħata waħda mill-ogħla karigi li teżisti fil-Knisja Kattolika u sar Kardinal, kariga li kellhom l-unur li jżommu biss żewġ Maltin qablu. Fabrizio Sceberras Testaferrata u Propsero Grech, ħafna iktar riċenti. Prospero Grech iżda - kuntrarjament għal Mario Grech - ma kellux vot fil- Konklavi li jagħżlu Papa għax il-vot huwa mogħti lil dawk il-kardinali ta' taħt it-80 sena. Minflok Grech, bħala Isqof ta' Għawdex, kien magħżul mill-Papa, Anton Teuma. Konrad Mizzi L-akbar daqqa l'isfel - bla dubju - ħadha l-eks Ministru Konrad Mizzi li saħansitra spiċċa mkeċċi mill-partit tiegħu stess b'mod xejn ċerimonjuż. Dan għaliex, fi żvolta pjuttost spettakolari, Mizzi spiċċa ma aċċettax it- talba tal-Prim Ministru biex jirriżenja għax insista li hu ma għamel xejn ħażin fil-każ tal-Windfarm fil- Montenegro. Kienet il-gazzetta e Sunday Times, flimkien ma' Reuters, li żvelaw kif Yorgen Fenech allegatament għamel profitt ta' €4.6 miljun permezz tal-kumpanija tiegħu reġistrata d-Dubaj, 17 Black, mid- deċiżjoni tal-Enemalta li tixtri wind farm fil- Montenegro. Dan meta Mizzi kien Ministru inkarigat mill- Enemalta, f 'liema żmien ukoll l-istess eks Ministru kien mar il-Monetengro diversi drabi. Kienet il-kumpanija Cifidex li biegħet l-ishma tal-wind farm bi prezz ta' €10.3 miljuni lill- Enemalta u li allegatament xtrat ġimagħtejn qabel biss minn Fersa Renovables - Konsorzju Spanjol - għal €2.9 miljun, differenza ta' €7.4 miljuni. €4.6 miljun minnhom huwa allegat li baqgħu f '17 Black bħala profitt għal Yorgen Fenech. Investigazzjoni tal-istess kmamar tal-aħbarijiet kienu żvelaw illi €3 miljuni kienu trasferiti minn 17 Black għal għand Cidifex. Jiġifieri l-flus ta' Cidifex biex tixtri l-Wind Farm kienu ġejjin minn Yorgen Fenech. Cidifex hija kumpanija reġistrata fil-gżejjer tas- Seychelles. Konrad Mizzi kien mar diversi drabi il- Montenegro - fatt li ħareġ minn rapport leaked mill-FIAU. Huwa kien preżenti l-Montenegro jumejn wara li sar dan il-ehim u kien uża l-kard personali tiegħu biss, biex saret tranżazzjoni ta' ċenteżmu wieħed. L-FIAU kienet qalet li dan allura sar biex Mizzi jiċċekkja l-kard kinitx valida. Sussegwentement Mizzi intalab jirriżenja, xi ħaġa li ma għamilx. Anzi mar fuq Facebook u spjega għaliex mhux jaċċetta li jirriżenja. Għalhekk fi it ħin il-Prim Ministru Robert Abela laqqa' l-Eżekuttiv tal-Partit Laburista, fi żvilupp pjuttost drammatiku, nhar it-23 ta' Ġunju. 71 minn 73 membru tal-Eżekuttiv ivvotaw biex Mizzi jitkeċċa mill-Partit u għalhekk huwa baqa' Deputat indipendenti. Peter Grech Peter Grech: Din is-sena Peter Grech irriżenja (jew tneħħa bil-pulit) minn Avukat Ġenerali. Grech kien wieħed mill-aktar persuni li lejhom kienet qed issir ħafna kritika wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u wara allegazzjonijiet li heżżew lill-Gvern ta' Joseph Muscat. Wiċċu fil-fatt kien jintuża ħafna fil-protesti ta' Repubblika u Occupy Justice. Dan seħħ ukoll wara li l-PM indika li se jkun qed jiġi appuntat Avukat Ġenerali ġdid fil-futur qarib. Fl-2017 il-Partit Nazzjonalista kien argumenta illi Grech ma qediex dmiru meta ma pproċediex kontra Konrad Mizzi u Keith Schembri fuq suspetti ta' ħasil ta' flus u tixħim li kienu msemmija f 'rapporti tal-FIAU. Is-sitwazzjoni ta' Peter Grech iggravat hekk kif fix-xhieda tiegħu fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, l-eks Kap tal-Unit tar-Reati Ekonomiċi Ian Abdilla xehed kif l-istess Grech kien qal lill-pulizija biex 'ma jgħaġġlux' (go slow) fuq allegazzjonijiet ta' korruzzjoni kontra l-ogħla uffiċjali tal-Gvern ta' Muscat. Bħall-eks Kummissarju Lawrence Cutajar, Peter Grech temm il-karriera tiegħu jiddefendi lilu innifsu u ħidmietu iżda fl-inglorja ta' kritika ma taqta' xejn. Tkompli f'paġni 8 u 9 ... 07 ħarsa lejn l-2020 illum • IL-ĦADD 27 TA' DIĊEMBRU 2020 l-Eżekuttiv tal-Labour ikeċċi lil Konrad Mizzi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 December 2020