Illum previous editions

ILLUM 27 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1322764

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 ħarsa lejn l-2020 IL-ĦADD 27 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum ... tkompli minn paġni 6 u 7 Joseph Muscat Din ma kinitx l-agħar sena għal Muscat. L-agħar kienet l-2019 li spiċċat bir-riżenja ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi minn Ministri, protesti fit-toroq tal-Belt, tempertaura politika taħraq, akkużi li l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia kien maħmum minn nies f 'Kastilja u l-arrest tal-istess Schembri li għadu taħt police bail sa issa. Finalment Muscat kellu jirriżenja, sentejn biss wara rebħa rekord fl- elezzjoni ġenerali tal-2017. Imma lanqas kienet sena tajba għax spiċċa minn PM, qabel iż-żmien u anke minn Deputat. Fl-2020 Muscat issiġilla r-riżenja tiegħu it qabel kien elett Robert Abela b'attività fil-Kumpless Sportiv ta' Kordin f 'Raħal Ġdid. Għal eluf kbar dan kien mument ta' rebħa u mument illi fih Malta inħelset minn dak li, f 'għajnejhom, kien l-aktar PM korrott fl-istorja. Minn naħa l-oħra għal eluf kbar oħrajn it-tluq ta' Muscat kien mument kommoventi, emozzjonali u tad-dwejjaq. Mument li fih Malta tilfet dak li, f 'għajnejhom, kien wieħed mill-aqwa Prim Ministri li qatt kellha Malta. Fl-2020 Muscat imbagħad irriżenja wkoll minn Deputat Parlamentari. Naturalment Muscat kien (u se jibqa') figura politika kontroversjali ħafna - maħbub u mibgħud minn sezzjonijiet differenti tal-poplu u probabbilment se jibqa' jkun fiċ-ċentru ta' kontroversja hekk kif matul l-2021 ikompli l-każ ta' Daphne Caruana Galizia kif ukoll numru ta' inkjesti. Miriam Dalli Dalli din is-sena ma baqgħetx MEP, minkejja li kienet l-aktar kandidata li kisbet voti fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl-2019. Imma dan seħħ għaliex Dalli ġiet f 'Malta fejn jidher ċar illi qed tkun ippużizzjonata għal karigi potenzjali ikbar. Dalli ngħatat Ministeru, li jinkludi fih l-Enerġija, u se tkun kandidata fl-elezzjoni ġenerali li jmiss fejn mistennija tkun waħda mill-aktar kandidati li jattiraw voti lejhom. Adrian Delia Din is-sena kienet defittivament sena ħażina ħafna għal Adrian Delia li tilef postu bħala Kap Nazzjonalista wara xhur ta' ġlied u drama politika li tefgħet l-attenzjoni politika kważi esklussivament fuq il-Partit Nazzjonalista. Kien ilu jberraq għal Delia imma fl-2020 wara storja dwar messaġġi fuq Whatsapp, tlaqqa' l-Grupp Parlamentari li wassal biex beda l-proċess għat- tneħħija ta' Delia. Mal-ġimgħat ittieħdu żewġ voti ta' fiduċja li Delia tilef fil-grupp Parlamentari, ittieħed vot fl-Eżekuttiv tal-PN li Delia tilef ukoll sakemm il-kwistjoni marret quddiem il-Kunsill Ġenerali. Hawnhekk il- Kunsilliera kellhom jagħżlu bejn vot ta' fiduċja fil- Kap, kif xtaq Adrian Delia, jew elezzjoni għal Kap, kif xtaqu dawk kontra Delia. Ir-riżultat kien 839 favur elezzjoni u 659 kontra. Delia tilef il-kariga wara li mas-17,000 tesserat ħarġu jivvutaw. Delia fil-verità, minkejja li kien għadu Kap waqt il-kampanja, xorta tilef din l-elezzjoni bil-kbir u kiseb 7,000 vot inqas minn Grech jew 30% biss tal-vot tat-tesserati. Naturtalment allura dan kien tmiem politiku goff għal Delia. Bernard Grech Naturalment mal-inżul ta' Delia kellna t-tlugħ ta' Grech li beda b'riżultat aqwa milli kiseb Abela f 'Jannar fost il- membri tal-PL. Dan allura kien bidu tajjeb għalih. Jidher iżda li mal-ġimgħat intilef dak l-impetu li kien jidher li qabad u għalissa jidher ukoll li Grech qed jaħdem iktar fuq bidliet interni u anke fuq livell ta' fergħat u tibdil fihom. Imma naturalment, għajr għal dawk li huma akkaniti, dan it jinteressa lin-nies. Minkejja li għal Grech kienet sena tajba għadu jidher li jrid jingrana fil-pożizzjoni u l-ewwel diskors tiegħu bħala risposta għall-baġit ma impressjona assolutament xejn. Dan ifisser li Grech għad irid jaħdem ħafna fuq l-oratrija u anke fuq il-bżonn li jbiddel lill-PN f 'partit proattiv u rilevanti. Roberta Metsola Kuntrarjament għal Miriam Dalli Metsola - l-aktar kandidata Nazzjonalista li ġabet voti f 'isem il-PN fl-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew - se tibqa' fl-UE. Apparti l-ħidma normali tagħha iżda din is-sena kienet waħda tajba ħafna għal Metsola hekk kif hija inħatret Viċi President tal-Parlament Ewropew. Din hija l-ogħla kariga li qatt kellha persuna li kienet tirrapreżenta lil Malta fi Brussell - u kariga għolja ħafna wkoll fl-istituzzjoni. Chris Cardona Għal Cardona din is-sena kienet kontinwazzjoni ta' dik ta' qabilha; sena ħażina. Fl-2020 Cardona irriżenja minn Deputat Mexxej tal-Partit Laburista wara li talbu jagħmel dan il-Prim Ministru Robert Abela. Isem l-eks Ministru u eks Deputat Mexxej deher diversi drabi fil-Qorti waqt ix-xhieda 2020: Muscat itemm il-karriera politika tiegħu (Ara l-logħba Snakes and Ladders f'paġni 4 u 5)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 December 2020