Illum previous editions

ILLUM 27 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1322764

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 ħarsa lejn l-2020 illum • IL-ĦADD 27 TA' DIĊEMBRU 2020 tal-intermedjarju Melvin euma waqt il- kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Yorgen Fenech u saħanistra reġa' ssemma' minn Johann Cremona, sħab Fenech fin-negozji. Fil-Qorti kien allegat li Cardona ħallas għall- qtil ta' Daphne Caruana Galizia, permezz ta' Anthony Chetcuti, magħruf bħala l-Biglee, deskritt bħala intermedjarju bejn l-eks Ministru u Alfred Degiorgio, il-Fulu. Minn dakinhar li rriżenja Cardona it li xejn kellu dehriet pubbliċi għajr meta tela' jixhed fl- inkjesta pubblika. Daniel Josè Micallef Il-waqa' ta' Cardona kien tlugħ ta' Daniel Josè Micallef, li issa jokkupa t-tieni l-ogħla kariga fil-Partit Laburista. Micallef huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar nies progressivi u moderati tal-Partit Laburista b'ideat ċari u liberali f 'diversi oqsma soċjali. Micallef, b'komportament ġeneralment kalm u bl- organizzazzjoni tal-elezzjoni għall-Mexxej Laburista ġdid f 'Jannar f 'idejh, saħħaħ il- pożizzjoni politika tiegħu fl- 2020 fl-istess partit li fih ilu jimmilita. Angelo Gafà: Il-Korp tal- Pulizija kien wasal għal bidla oħra fit-tmun u dan tant i r r e a l i z z a h il-PM Robert Abela li waħda mill-ewwel affarijiet li għamel - wara li waqqaf nies bħal Neville Gafa' minn Kastilja - kien li wiegħed bidla fit-tmun tal-Korp. Pero' l-PM wiegħed ukoll bidla fil-mod kif jinħatar Kumissarju tal-Pulizija. Wara li rriżenja l-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar fil-fatt għall- ewwel darba kien hemm proċess sħiħ, li jinkludi lill-Parlament u li wassal biex inħatar Angelo Gafa'. Fl-ewwel xhur tiegħu Gafa' it li xejn kien ikkritikat u beda jidher ċerta ċaqlieq li jista' biss jawguralu tajjeb għall-kredibilità tiegħu għaż- żmien li ġej! Silvio Parnis Il-politiku minn Raħal Ġdid kellu tmiem xi it goff ukoll mill-Kabinett u llum reġa' jinsab fil- backbench. Parnis kien qed jiffaċċja it kritika mhux ħażin għal mod kif mexxa -settur tal-anzjani waqt il-pandemija, b'dan is-settur tal-popolazzjoni tbati l-aktar. Minkejja li hu qal illi għamel dak kollu li seta', il-PM xorta neħħieħ minn dan il-portafoll. Parnis ma aċċettax portafoll ieħor li sal-lum għadna ma nafux x'inhu u spiċċa l-unika wieħed mill- Kabinett preċedenti li tħalla barra. Huwa esprima l-għadab u l-weġgħa tiegħu għal dan il-fatt, xi ħaġa li ġabitlu simpatija u anke kritika. Manuel Mallia tħalla b'xejn għal darba oħra u Ian Castaldi Paris kif ukoll Jean Claude Micallef ukoll tħallew fuq il-back bench minkejja aspettativa l-kontra. U fl-Istati Uniti? Din is-sena kienet ukoll is-sena li saret elezzjoni ġenerali fl-Istati Uniti wara l-ewwel terminu ta' Donald Trump bħala President. Trump li tela' bl-għajta ta' 'Make America Great again' tela' b'ħafna wegħdi ta' ħitan mal-Messiku u diskors kontra l-immigrazzjoni fil-pajjiż. Fil-fatt ir-rebħa ta' Trump kienet meqjusa bħala rebħa għall- populiżmu, il-lemin u l-politika anti-migratorja f 'pajjiż li fih jgħixu komunitajiet kbar ta' immigranti f 'ġenerazzjonijiet diversi, l-aktar Afrikani, mill- Karibew u naturalment mill-Amerika Latina. Il-Preisdenza ta' Trump kienet ħafna drabi taħt id-dellijet ta' inkjesti u akkużi ta' indħil Russu fl- elezzjoni li ratu jsir President u Trump kien sar magħruf għall-mod arroganti li jindirizza l-midja u għall-antipatija qawwija li kellu għaliha jew sezzjonijiet minnha. Huwa ppopolarizza t-terminu 'fake news' għal kull storja li politiku jidhirlu li ma togħġbux! Il-mewt ta' George Floyd taħt idejn il- pulizija din is-sena wkoll, wasslet għall-protesti kbar, diżordni u anke vjolenza - bil-President iwieġeb għaliha b'qawwa liema bħalha. Minkejja dan Trump kellu l-preġji tiegħu wkoll, bl- ekonomija Amerikana tikber u jinħoloq ix-xogħol fil-pajjiż. L-akbar uġigħ ta' ras u probabbilment il- kwistjoni li kienet l-aħħar musmar fit-tebut politiku tiegħu kienet il-pandemija, b'bosta Amerikani jħossu li l-President kien tilef b'mod assolut il- kontroll tal-pandemija. Trump tilef l-elezzjoni ta' din is-sena; umiljazzjoni kerha hekk kif baqa' President għal terminu wieħed biss. Bħalu kien hemm l-eks President Repubblikan George Bush Snr. (1989 - 1993) u qablu d-Demokratiku Jimmy Carter (1977 - 1981). Ir-riżultat elettorali ta lil Trump telfa kontra l-kandidat u President Elett Joe Biden. Biden (Id-Demokratiċi) kiseb 306 voti (siġġijet) Elettorali, li fil-fatt huwa 56 aktar minn kemm kandidat għandu bżonn biex jirbaħ (270), filwaqt li Trump (Ir-Repubblikani) rebħu 232. Bħala voti d-Demokratiċi kisbu 51.4% tal-vot jew 81,283,485 voti, filwaqt li Trump rebaħ 46.9% jew 74,223,744. Dan ifisser distakk ta' seba' miljuni favur Biden. Il-mod kif Trump irreżista, baqa' qatt ma kkonċeda u ġab dubji ta' tbagħbis fl-elezzjoni - allegazzjonijiet li sa issa ma kinux sostnuti jew mhux sostnuti b'mod li jagħmlu differenza reali lir-riżultat, aktar żied l-antagoniżmu ta' ħafna Amerikani u anke internazzjonalment kontrih. tiegħu u t-tesserati jagħtu daharhom lil Delia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 December 2020