Illum previous editions

ILLUM 27 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1322764

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 ħarsa lejn l-2020 illum • IL-ĦADD 27 TA' DIĊEMBRU 2020 Aħna xtaqna naraw aktar miżuri kuraġġużi drastiċi biex jissalvagwardjaw lil pajjiżna. Fl-aħħar mill-aħħar, min iħaddem u min jaħdem, huma żewġ naħat tal-istess minuta. Jekk se ngħinu lin-negozji, se ngħinu wkoll lill-ħaddiem." Mario de Marco, Kelliem tal-PN - 19 ta' Marzu "Hawn ħafna entużjażmu fil-PN għax ħafna qed jaraw lill-partit idawwar ir-riżultati favurih." Justin Schembri, Kandidat tal-PN – 13 ta' Diċembru "Ma nistgħux ngħidu li ż-żgħażagħ bla dar ma jeżistux għax aħna ngħixu magħhom. Aħna qed inħossu polz mitfi f 'id is-soċjetà." Savio Vella, Salesjan – 6 ta' Diċembru "Nitkażaw b'Deputati li jaċċettaw rigali meta anke l-partiti jiddependu mid-donazzjonijiet ta' terzi." Joe Giglio, Kandidat tal-PN – 22 ta' Novembru "Jiena ma rrid nitlef lil ħadd mill-PN ... hekk biss ikollna partit b'saħħtu u Gvern alternattiv." Bernard Grech, dak iż-żmien kandidat għall-Kap tal-PN - 27 ta' Settembru "Fuqi ma hemm xejn ħażin. Ma nxtrajtx, ma ħadtx flus, ma ħallasni ħadd. Qatt ma kont irrikattat." Adrian Delia, dak iż-żmien Kap tal-PN – 27 ta' Settembru "Is-suċċess mhux li żżomm il-ħabsin ġewwa u titrattahom ta' żibel ... id-Direttur tal-Ħabs messu jistħi." Peppi Azzopardi, ġurnalist u preżentatur – 13 ta' Settembru "Partit hijacked minn erba' min-nies li jaħsbu li għandhom xi jedd speċjali." Thomas de Martino, attivist żagħżugħ tal-PN – 12 ta' Lulju "Saċerdot ma jiċċaħħadx. Saċerdot joffri u joffri bil-qalb. Iva iebsa. Li jkollhom 36 u taf li mhux se jkollok mara biex tħobb u tfal tiegħek hija tqila. Imma f 'dawn is-snin tħejji ruħek għal din l-offerta." Christopher Bugeja, Saċerdot ġdid - 5 ta' Lulju "Jien rabbejt il-qoxra – imma l-aktar li weġġgħatni kien meta qalu li missieri – li tant kien iħobbni – miet għax jiena trans. Li jiena tfajtu fil-qabar bl-inkwiet." Angela Coleiro, persuna transgender - 28 ta' Ġunju "Il-prijorità għandu jkun il-bniedem. Il-bniedem mhux maħluq biex joqgħod ġewwa, waħdu u f 'konfinament imma biex jirrelata u jissoċjalizza ... Il-Covid-19 mhux sentenza ta' għomor il-ħabs ... ejja kuraġġ." Karl Wright, pazjent tal-Covid-19 – 24 ta' Mejju "Jekk nibqgħu magħluqin sakemm insibu l-vaċċin ikun il-bidu tat-tmien tagħna ... ir-riskju qegħdin hemm biex nimmaniġjawhom u mhux nibżgħu noħduhom." Julia Farrugia Portelli, dak iż-żmien Ministru għat- Turiżmu – 17 ta' Mejju "Il-vaċċin huwa l-uniku soluzzjoni ... imma sadanittant ejjew nidraw ngħixu normal ġdid." Charmaine Gauci, Supretendent tas-Saħħa Pubblika – 10 ta' Mejju "Hemm persuni li għandhom bżonn aktar għajnuna u mhux inqas. Hemm nies li waħedhom mhux se jaslu u nistgħu nitilfuhom fi żminijiet bħal dawn." Anthony Gatt, Direttur tal-Caritas Malta – 29 ta' Marzu "Meta nħares lura naħseb illi kieku baqa' hu (Simon Busuttil) jew kieku bqajna mexjin fl-istess triq, konna nkunu f'sitwazzjoni aħjar milli aħna llum.. konna nibdew innaqqsu dak id-distakk." Wayne Hewitt, Kunsillier fil-Kunsill Ġenerali tal-PN – 23 ta' Frar YENDRICK CIOFFI Kienet sena mimlija daqs bajda. Kellna Prim Ministru ġdid, Kap tal-Oppożizzjoni ġdid, pandemija li waqqfet id-dinja u l-kontroversji li qatt ma jonqsu. Dawn l-avvenimenti huma riflessi fl-intervisti li l-gazzetta ILLUM tippubblika kull ġimgħa biex kemm jista' jkun ma tħalli xejn barra u tippreżenta kull perspettiva li storja jista' jkollha. F'dawn iż-żewġ paġni, il-gazzetta ILLUM tħares lejn l-aqwa kwotazzjonijiet minn dawn l-intervisti. Ovvjament hemm ħafna aktar intervisti. Impossibbli li nġibu kwotazzjoni minn kull waħda. Tkellimna ma' politiċi, esperti, negozjanti, pazjenti tal-Covid-19, nies li ntlaqtu ħażin bil- pandemija, saċerdoti, persuni transgender, attivisti u saħansitra dħalna wkoll fil-klawsura tal-Monasteru tas-sorijiet ta' Sant' Ursola fil-Belt Valletta. Dawn huma xhieda kemm fuq l-ILLUM kulħadd għandu post u leħen. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn l-aqwa kwotazzjonijiet mill-intervisti prinċipali tagħha ppubblikati fil-gazzetti minn Jannar li għadda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 December 2020