Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1322764
14 IL-ĦADD 27 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum ħarsa lejn l-2020 19 editorjal Malta ħanina (ħobża u sardina) ... imma mhux belha! M a nkunux qed neseġeraw jekk ngħidu li din il-ġimgħa l-Prim Ministru Robert Abela ffaċċja kritika qalila fuq il-midja soċjali - mhux l-inqas minn ħafna attivisti Laburis- ti. Naturalment il-midja soċjali toħloq dik il-bużżieqa u wieħed ma jridx jaħseb illi l-għajjat fuq il-Facebook huwa neċessarja- ment riflessjoni ta' x'jaħseb il-poplu. Jidher imma li dwar id-dgħajsa li daħlet Malta bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira, il-Gvern it li xejn sab appoġġ. Naturalment il-PM jagħmel tajjeb illi jiggverna skont dak li huwa ġust, uman, inklussiv u bħala Mexxej Laburista - skont it-twemmin Soċjalista li twieżen lil min hu batut, emarġinat u fil-bżonn inkwantu minn kulur, reliġjon, ġeneru, nazzjonalità, assoċjazzjoni, twemmin politiku u sesswalità. Sakemm it-tħassib dwar dħul ta' immigranti jibqa' tħassib, u sakemm dan it-tħassib huwa espress b'mod ċivili, ġenwin u raġunat din il-gazzetta ma ssib xejn kuntrarju u ħażin. Wieħed jiem illi l-immigrazzjoni f 'dan il-punt partikolari - ta' kriżi ta' saħħa pubblika, kriżi ekonomika u bir-riżorsa mġebbda kif inhi fil-forzi tal-ordni u l-qasam tas-saħħa - mhix ideali. Wieħed jiem ukoll li fi żmien meta il-pajjiż għalaq il-fruntieri kollha, li jidħlu nies fil- pajjiż tmur kontra d-direzzjoni ta' fruntieri magħluqa. Jekk l-fruntieri magħluqa, magħluqa għal kulħadd - teknikament. Imma nafu wkoll li ħafna kummenti li saru fuq il-midja soċjali ma kinux ta' tħassib ġenwin, ċivili u raġunat. Li tgħajjar lil uman ieħor 'żibel', 'annimal', 'imbarazz' u li tixtiqilhom il-mewt jew inkella 'jiena x'jinteressani jekk imutu', hija l-antiteżi ta' ħsieb raġunat u oġġettiv. Huwa l-antiteżi tal-wens li aħna suppost nemmnu li għandu jingħata l-fqir, iż-żgħir u l-batut. Dan l-aspett tad-diskussjoni li qamet mhux aċettabbli. Suppost f 'dan il-pajjiż hemm unit li jara illi ma jintużax kliem dispreġġjattiv u li ma tinxterdix mibgħeda fuq il-midja soċjali - imma mid-dehra, bħal ħafna affarijiet oħra f 'dan il-pajjiż, nagħmlu naqra ħoss fil-bidu għat-taparsi qed nirrispondu għal sitwazzjoni - imbagħad kollox imut fuq ruħ ommu! Ir-razziżmu huwa ħażin, jixhed injoranza grassa fuq min ixerrdu u juri kemm għad hawn intolleranza lejn nies li l-unika ħtija tagħhom f 'għajnejn ħafna huwa l-kulur. Pero jekk nieqfu hemm inkunu superfiċjali. Ir-razziżmu huwa ħażin u suppost huwa punibbli b'multa jew aktar. Imma ejja ma niqfux hemm. X'se jiġri issa? La jkun hemm dgħajsa mimlija immigranti f 'nofs ta' baħar fiż-Żona ta' Tiix u Salvataġġ ta' Malta, x'se nagħmlu? Ħa nħalluha tegħreq? Ħa nħallu lin-nies imutu? X'deċiżjoni moralment sana tkun din? U allura l-argument ta' ħafna huwa 'mela x'nagħmlu Malta tieħu lil kulħadd?' u dan punt saljenti. X'qed tagħmel l-Unjoni Ewropea biex tgħin lil pajjiż bħal Malta? Qed tippretendi li kulħadd jagħlaq l-fruntieri ħlief Malta? Qed tippretendi li jingħalqu l-għajnejn għall-Ġermanja u l-Italja u Malta terfa' r-responsabilità kollha hi? Għaliex? Għax Kattoliċi? L-Ewropa kollha Kattolika u Kristjana suppost, speċjalment l-Italja fejn hemm il-Vatikan. Allura Malta trid tkun aqwa mill-Vatikan? L-argument ta' wħud li Malta għandha tieħu lill-immigranti għax Kattoliċi, bir- rispett kollu, ma jreġix. Malta għandha tieħu kemm tiflaħ - xejn inqas. Malta għandha ġġorr ir-responsabilità - imma mhux kollha. Malta għandha tkun ħanina - kif dejjem kienet tant li hemm espressjoni użata popolarment fit-Tuneżija - 'Malta ħanina, ħobża u sardina!' Imma ħanina, mhux belha! L-ewwel kunsiderazzjoni għandha tkun il- ħajja u din il-kunsiderazzjoni għandha tkun ta' kulħadd. Jekk dgħajsa qed tegħreq, jekk immigranti jinsabu f 'periklu dawn iridu jiġu salvati. Dak huwa obbligu legali u morali. Pero, mhux kulħadd jiġbed għalih fl-UE! Ma jistax ikun li Malta taqdi dawn l-obbligazzjonijiet waħedha! U hawnhekk allura jeħtieġ li l-Gvern juża kull għodda possibbli politiċi li tagħtih l-UE. Ejja fiż-żmien li ġej ma nħallux lil min ikun bully ma' pajjiżna. Naqdu dmirna - legali u morali, insalvaw il-ħajjiet bħala prinċipju bażiku, pero jeħtieġ inkunu b'saħħitna u determinati li naraw illi kulħadd jaqsam il-piż - f 'ġieħ is-sewwa. Din il-kwistjoni hija umana, soċjali u politika. U t-tlieta li huma jeħtieġ jiġu osservati f 'livell Ewropew. Jekk se niqbgħu niddisukutu din l-isfida fuq 'għax kattoliċi' jew 'Viva Robert' jew 'Ara x'għamliolna Robert' jew 'Għax illum il-Ġimgħa l-Kbira' jew agħar minn kollox 'ħalliehom jgherqu' se nibgħqu nduru magħha b'attitudni parrokjali u patetika li mhu se twassalna imkien. illum • 12 TA' APRIL 2020 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Editur: Albert Gauci Cunningham 19 editorjal Repubblika u l-Prim Ministru minn pagna 1 Ħafna drabi - jekk mhux dejjem - il- messaġġ u l-messaġġier u l-irwol separat ta' kull wieħed jiġu sfukati xi it, fejn il- messaġġ ikun importanti daqs il-messaġġier u persuna tagħti kredibilità lil dak il- messaġġ, daqs kemm tagħti lill-messaġġier. L-aqwa eżempju hija l-midja, mhux biss tradizzjonali, imma anke dik li mhijiex. Persuna lesta temmen il-messaġġ ta' Kamra tal-Aħbarijiet daqs kemm temmen u tirrispetta persuna li qed tibgħat u tgħaddi l-messaġġ. Repubblika nħolqot mal-medda tax-xhur wara li kienu bdew id-dimostrazzjonijiet li jitlolbu ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia, minn dik li kienet tissejjaħ Civil Society Network. Repubblika ħadet aktar il-qagħda ta' għaqda li tipproponi u tieħu azzjoni lilhinn minn protesti u dimostrazzjonijiet biss, biex bil-mod, il- mod qed issir kważi l-Oppożizzjoni mhux uffiċjali ta' Gvern Laburista. Wieħed jista' u għandu dritt jagħti kull tikketta lil Repubblika, sakemm tkun diċenti u fil-parametri tal-liġi. Tista' tarahom bħala 'tradituri, 'xewwiexa', 'imdejqin', 'jobgħodu l-progress', 'l-għadu tal-Labour' ... tarahom kif tarahom f 'din l-aħħar sena tista' tgħid iżda illi bil-PN maqsum u bi it li xejn direzzjoni, Repubblika serviet ta' l-unika u l-eqqel oppożizzjoni fil-pajjiż. Huwa għalhekk li ħafna persuni li jivvutaw lill- Partit Laburista, Repubblika - ġustament jew le - iddejjaqhom ħafna u jikkritikawha ħafna. Huwa għalhekk li qegħdin f 'sitwazzjoni kważi assurda li l-attivisti tal- Gvern qed jikkritkaw lil għaqda politika, ħafna iktar mill-avvesrajru politiku. Jekk xejn il-preżenza, l-istqarrijiet u l-appoġġ li għandha minn ħafna persuni li jivvutaw jew saħansitra qegħdin fil-PN, juri kemm l-Oppożizzjoni li hemm illum hija inadekwata u frankament, irrelevanti. It-tieni ħaġa hija li kemm qabel u anke issa, il-messaġġ ta' Repubblika jew għallinqas il-ħsieb wara l-messaġġ kien tajjeb. Iva l-governanza hija importanti, iva huwa importanti li kull min xogħolu huwa li jkun ta' servizz għall-poplu jopera lilhinn minn kull dubju u dell politiku, iva huwa importanti li ssir il-ġustizzja f 'kull każ u dejjem, inkluż fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Tant huma rilevanti dawn l-għajtiet li żewġ Ħdud ilu żvelajna kif il-Gvern stess se jwettaq miżuri biex isaħħaħ il-governanza u t-trasparenza. Il-problema ta' Repubblika tibqa' waħda - li kważi dawk in-nies kollha li jitkellmu f 'isimha kienu parti, jew parti intrinsika minn establishment. Manuel Delia kien ħobża u sikkina mal-iktar Ministru arroganti li kellu Gvern Nazzjonalista li taħtu seħħ wieħed mill-akbar skandli ta' korruzzjoni taħt dak il-Gvern. Tant kien parti mis-sistema, li ingħata r-responsabilità tar-riforma fit-trasport pubbliku - qassata jekk qatt kien hemm waħda. Għandu kull dritt jgħid dak li jrid. U jista' jkun li dak illi qed jgħid huwa minnu. Imma, kif bdejna l-editorjal, il-messaġġ u l-messaġġier huma ħaġa waħda. L-istess dawk illi f '25 sena kienu Kunsilliera mal-Partit Nazzjonalista, li huma tfal tal-eks PM Nazzjonalisti, dawk li Gvern Nazzjonalista ħatar ambaxxaturi u Deputati tal-PN. Daqs kemm jista' jkun li dawn lkoll għandhom messaġġ tajjeb, daqstant ieħor għandu raġun min jirrimarka li dawn f '25 ta' Gvern Nazzjonalista jew ma qalu xejn, jew m'għamlu xejn jew inkella agħar minn hekk ħadu gost ibiċċru l-karattru, jgħajru u jagħtu l-ġenb lil dawk kollha li kienu whistleblowers ta' allegata korruzzjoni. Kif ma qalu xejn meta kien qed jinbena l-Mater Dei? Meta ħareġ l-iskandlu taż-żejt? Meta Prim Ministru ta maħfra lil kriminal gwapp u mar jiltaqa' miegħu? Meta il- Gvern rrazjonalizza l-konfini tal-iżvilupp? Jew meta Ministru li bagħtu immigranti lura għal mewt? Jew meta artijiet - bħal Fekruna - ingħataw biċ-ċiċri? In-nies ma nsewhomx u minkejja d-dnubiet ħoxinin tal-Gvern ta' Joseph Muscat, dnubiet li min jgħożż il-governanza u dak li huwa ġust ma jistax jinsa', dak li ġara qabel u dawk li kellhom subgħa fit-torta ma jistgħux jiġu llum jilgħabuha tas-saa. Biex tkompli żżid l-antipatija lejha, għalkemm leali lejn dak li qed jippriedkaw, illum Repubblika ħaditha kontra Adrian Delia u wieħed jista' jasal għall-konklużjoni illi kieku Repubblika toħroġ għall-elezzjoni d-disfatta għall-PN tkun kważi mortali. Jiġifieri meta nhar il-Ġimgħa filgħaxija l-PM mar fuq ix-xandir tal-istat jitkellem dwar Repubblika kien jaf l-antipatija li għandu l-maġġoranza tal-poplu għal Repubblika u nies bħal Manuel Delia u Jason Azzopardi. Kien jaf li iktar se tiżdied ir-rabja għal Repubblika u iktar se tkun iżolata, speċjalment issa li ma tistax tinżel fit-toroq. Il-PM jeħtieġ joqgħod attent iżda li ma jisħnux l-irjus, l-ewwel nett għax hija r-responsabilità tiegħu li jagħmel hekk u t-tieni nett lanqas poltikament ma jaqbillu. Jekk Muscat ma kellu xejn, kellu l-għaqal u l-paċenzja u diplomazija stellari. Kienu dawn li ħarġuh minn kull saram. Qatt ma qal jew deher li qed jgħid kontra nies bħal Daphne Caruana Galizia jew Repubblika, qatt ma konfrontahom. Dik hija abilità, mhux nuqqas tagħha. Repubblika tagħmel sew li waqt li l-PN stordut, tibqa' tiġbed l-attenzjoni u taqdi l-irwol ta' oppożizzjoni Għandha dejjem tagħmel iżda dan b'rispett sħiħ lejn il-pajjiż u l-benesseri tiegħu! illum • 19 TA' APRIL 2020 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Editur: Albert Gauci Cunningham 21 editorjal illum • IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2020 Editur: Albert Gauci Cunningham ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I l-migbħeda hija l-aktar ħaġa faċli għax hija l-istint naturali ta' ħafna - l-istint annimalesk, l-istint uman - territor- jali - illi dak kollu li huwa differenti u li ma jeżistix fin-normi tagħna nagħtuh il- ġenb, nemarġinawh u nħarsu lejh bl-ikrah. Li nippruvaw nimu u li nippruvaw, nitfgħu dan l-istint fil-ġenb jeħtieġ ammont ta' ħin u investiment emozzjonali - u ħafna sempliċiment mhumiex lesti jagħmlu dan. Mhumiex lesti jipruvaw joqgħodu jimu lill-emarġinat u lil min huwa differenti. Al- lura noħolqu t-territorji bħall-iljuni u t-tigri u nemmnu li nistgħu ngħixu dejjem hekk, konfinati biss mar-razza li naħsbu li hija purament tagħna u omoġenja (li mhix). Qed nużaw din il-metafora tal-annimali biex nippruvaw nimu l-għerq tal- mibgħeda, mhux biss razzjali imma anke relġjuża u politika li teżisti fid-dinja, mhux b'inqas f 'Malta. Il-mibgħeda hija mibnija fuq bosta pedamenti - l-ewwel u qabel kollox, l-injoranza. Mhux injoranza fis-sens ta' illiteriżmu u nuqqas ta' skola, imma injoranza fis-sens ta' nuqqas ta' għarfien dwar kultura, storja u l-impatti tagħha kif ukoll l-ambizzjonijiet ta' pajjiż. Għal ħafna l-Għarab huma Għarab; kollha Musulmani, kollha joqbgħodu lill-Ewropej, kollha terroristi, kollha fundamentalisti u kollha kriminali. Issa min mar u aktar u aktar min ħadem f 'pajjiżi Għarab bħall-Libja - jaf ben fatt - li dan mhu vera xejn. Popli Għarab, kif jinnota Omar Rababah ma' din il-gazzetta illum f 'paġni 12 u 13, huma ġeneralment riżultat ta' dittaturi kiefra f 'pajjiżi klawstrofobiċi li saru dittaturi wara l-ħakma abbużiva tal-Punent jew politiċi appoġġjati mill-punent. Dan mhux qed nitkellmu eluf ta' snin ilu li l-Eġittu u l-Libja kienu taħt it-Taljani, filwaqt li t-Tuneżija, l-Alġerija u l-Marokk kienu taħt il-Franċiżi u l-ġenerazzjonijiet tal-lum huma riżultat ta' snin ta' abbuż mill-Ewropej, imbagħad minn ditattur mill-istess pajjiż. Mhux xi sigriet illi minkejja ekonomija li orixxiet taħt Ben Ali u Hosni Mubarak, il-popli tat- Tuneżija u l-Eġittu baqgħu jgħixu f 'terrur assolut fejn kelma kontra d-dittatur kienet twassl għall-mewt. Il-Libja terġa u tgħid agħar, hekk kif Muammar Gaddafi - li ħa l-poter minn re appoġġjat - xejn inqas - mill-istati Uniti u r-Renju Unit - spiċċa żmantella l-isturutturi kollha biex spiċċa hu l-poter ċentrali f 'dik li hu sejħilha il-jamahiriya. U jekk inħarsu lejn il-lvant naraw traġedji bil-wisq akbar. Is-Sirja: pajjiż li tħalla jitkisser, l-Iraq - fejn il-forzi tal-Punent - primarjament l-Istati Uniti u r-Renju Unit - neħħew dittatur u minfloku ħallew vakuum li mtela' mill-aktar nies estremisti u perikolużi fid-dinja Għarbija - L-ISIS. L-Iran: pajjiż li f 'revoluzzjoni kontra l-Istat Imperjali mmexxi mid-Dinastija tal- Pahlavi, appoġġjat (xejn inqas) mill-Istati Uniti, spiċċa taħt it-tmexxija Iżlamika ta' Ayatollah Ruhollah Khomeini. Ma nistgħux allura meta ngħaddu ġudizzju fuq poplu jew saħansitra razza sħiħa ninsew dan. Il-punent ma jistax jgħid 'go back to your country', meta l-punent stess kien 'in their country' direttament - b'abbuż sfrenat mir-riżorsa jew indirettament b'indħil politiku sfaċċat. Aħseb u ara, kieku kellna nibdew nitkellmu fuq l-Afrika ta' taħt is-Saħħara u l-abbuż li sar mill-punent hemmhekk. U ħafna nies dan ma jafuhx għax ma jridux ikun jafuh, għax m'hemmx dik ir- rieda biex ninvestu fil-ħsieb u fl-emozzjoni f 'dak li huwa differenti allura ma nistgħux nimu li bejn iswed tan-Niġerja u iswed tal-Kongo hemm differenza kbira. Li bejn l-Eritrea u s-Somalja, fejn miljuni ta' nies ġew maqtula, stuprati u ttorturati, jew is- Sudan, hemm differenza. Politikament, m'hemmx rieda biex pajjiżi bħas-Sudan u l-Eritrea u s-Somalja jiġu fuq saqajhom. Minflok jitħallew jgħerqu taħt il-madmad tal-korruzzjoni, faqar, abbuż u indifferenza. U dan kollu qed jaffetwana, iva. Għax eluf kuljum qed jippruvaw jaħarbu mill- Afrika, jippruvaw jaħarbu mill-faqar, korruzzjoni u l-abbuż li tħalla jikber bla kontroll. L-injoranza dwar dak li qed jiġri taħtna fl-Afrika, il-fatt illi ħafna pajjiżi resqu lejn il-preċipizju u l-abbużi qed iwasslu għal immigrazzjoni u kriminalità ta' traffikar bla kontroll mill-Afrika, li qed tkun il-kaġun tal-pandemija tal-mibgħeda. Il-vaċċin għal din il-pandemija mhux se jinstab f 'laboratorju, imma se jinstab fir-rieda - li ma teżistix - biex dawn il- pajjiżi jiġu fuq tagħhom. Inutli tixkupa l-ilma jekk il-vit tħallieh miuħ! Inutli l-mibgħeda, mhi ser issolvi assolutament xejn! Sadnittant il-każi pożittivi għall- pandemija tal-mibgħeda jibqgħu jiżdiedu. Il-pandemija tal-mibgħeda 11 editorjal illum • IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2020 Editur: Albert Gauci Cunningham ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L -iskejjel se jkunu qed jiftħu l-bibien tagħhom iktar tard Minkejja dan, u wara li naċċertaw illi l-miżuri jkunu kollha f 'posthom u qed s-sitwazzjoni tiġi mtawla aktar titfa' biss aktar piż fuq l-aktar studenti huwa neċessarju. Daqs kemm huwa neċessarju, fl-istess ħin, illi naraw li Huwa importanti li l-iskejjel jiftħu Il-karikaturi jitkellmu waħedhom ... l-aqwa 5 ta' Jannar 12 ta' Jannar 12 ta' April 19 ta' April 14 ta' Ġunju 5 ta' Lulju 6 ta' Settembru 27 ta' Settembru