Illum previous editions

ILLUM 27 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1322764

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 illum • IL-ĦADD 27 TA' DIĊEMBRU 2020 ħarsa lejn l-2020 25 editorjal Ħsibijiet qabel Sajf differenti I x-xemx issa bdiet tiżreġ aktar u ddum aktar. Is-sħana bdiet tiżdied u fl-arja beda jinxtamm l-istaġun sabiħ tas-sajf - li jġib miegħu baħar, xemx, xalar, festi, nar fl-ajru, BBQs u xi safra ximkien għal kwiet. Is-Sajf tal-2020 se jkun xi it jew wisq differenti - mingħajr festi, probabilment bi it jew xejn safar, probabilment inqas flus fil-but għal eluf ħaddiema u negozjanti żgħar u b'attenzjoni partikolari għall- iddistanzjar soċjali. Iżda jista' jkun Sajf illi fih nitgħallmu napprezzaw ħafna aktar dak ta' madwarna. L-ewwel u qabel kollox - il-baħar, waħda mill-isbaħ riżorsi li għandna f 'dan il-pajjiż. Kemm huwa importanti li nżommuh nadif u li kulħadd - inkluż ċerti multi miljunarji li jaħsbu li kullimkien tagħhom għax għandhom ħafna flus - jimu li dan huwa riżorsa li minnu jgawdi kulħadd. Għalhekk mhux biss li nżommuh nadif imma wkoll li naraw illi s-sajd ikun sostenibbli, li nippermettu lill-ħajja tiorixxi fil-baħar u nagħtu sehemna biex inħarsu dak li huwa protett. Mingħajr il-baħar - nadif, ħaj u sabiħ, Malta ma tkun xejn. Nitgħallmu ukoll mill-importanza tal- arja. Għamilna u għadna qed nagħmlu kjass sħiħ fuq il-coronavirus u dan huwa ġustifikat fid-dawl ta' telf ta' ħajja. Imma allura m'għandniex ukoll inkunu inkwetati u nqajmu kjass dwar il-kwalità tal-arja li nieħdu ġo fina kull sekonda u li kkawżat tant imwiet b'kanċer madwar id-dinja u anke hawn Malta? Wara dan in-nifs li qed tieħu d-dinja bl-emissjonijiet mistennijin jaqgħu b'rekord fi snin sħaħ, forsi wasal iż-żmien li bis-serjeta nikkunsidraw l-alternattivi, bis-serjetà nikkunsidraw inqas użu ta' karozzi, uwils aktar nodfa u aktar siġar madwar il-pajjiż kollu. Jekk jgħodd għal Malta - wieħed mill-iżgħar pajjiżi fid-dinja - aħseb u ara kemm tgħodd għal pajjiżi kbar u popolati, bħall-Indja fejn f 'ċerti bliet bħal Delhi l-arja tant hija mmniġġsa u tqila li lanqas viżibilità ma hemm. Nitgħallmu kemm hija sabiħa - meta f 'postha - id-dixxiplina. Mhux li nkunu pajjiż kollox bl-eżatt jew qisna poplu nordiku - mhijiex f 'demmna. Imma dixxiplina f 'waqtha b'rispett lejn ħaddieħor hija sabiħa. Xi kultant għad hawn wisq diżrispett lejn ħaddieħor u wiċċ tost f 'dan il-pajjiż. Il-ħmieġ li għadek tara fit-toroq jew fejn ikun sar xi -picinic/BBQ, il-boroż taż-żibel maħruġin fi ġranet ħżiena jew xi vandaliżmu - dan kollu jixhed nuqqas taż dixiplina. Din il-pandemija wrietna li bid- dixxiplina niksbu r-riżultati. Żgur li eluf ma ħassewx in-nuqqas tat- traffiku fit-toroq tagħna. Forsi wasal issa ż-żmien li bis-serjetà ninvestu f 'sistema aktar effiċjenti ta' trasport - kemm fuq l-art, u anke taħt u anke fuq il-baħar? Ma jistax ikun nibqgħu noħolmu - hemm bżonn nibdew, preferibblment billi nkomplu ntejbu s-sistema ta' trasport pubbliku u ninvestu bis-serjetà f 'trasport fuq il-baħar. X'qed nistennew? Tkun sistema li tieħdok minn Birżebbuġa saċ-Ċirkewwa u tieqaf f 'diversi portijiet u bliet mal-baħar - Marsaxlokk, Wied il-Għajn, ix-Xgħajra, il- Port il-Kbir, San Ġiljan, Buġibba, Mellieħa - x'qed nistennew? taħdem kważi dejjem, tista' tinżamm bi prezz baxx jew issusidjat, se tasal malajr u ara kemm niffrankaw karozzi. Żgur li dan is-Sajf, filwaqt li se jkollna iktar fejn nifirxu xi xugaman u nixxemxu fuq xi bajja - ħa niakru wkoll kemm it-turiżmu huwa mutur importanti għall- ekonomija ta' pajjiżna u kemm fil-verità biex nibqgħu il-wiċċ lilu għandna bżonn, ħafna qabel ċerti setturi oħrajn - li jagħmlu ħafna aktar storbju, f 'kull sens tal-kelma. Finalment, mhux sajf sabiħ daqs l-oħrajn għal eluf ta' dilettanti tal-festa. Forsi dan is-sajf se jkun opportunità biex niakru illi wara kollox - minkejja kull attivita, marċ, briju, nar, armar u xi party - il-qofol tal-festa u r-ruħ tagħha tibqa' l-Knisja u l-qaddis u stedina għal dawk li jemmnu biex jgħixu ħajja aħjar. Dan ma jfissirx li se jkunu kompluti l-festi u għalkemm għad fadal, nifirħu minn issa lil dawn l-eluf ta' dilettanti għal-2021. illum • IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2020 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Editur: Albert Gauci Cunningham 25 editorjal Triq twila ... imma tama ġdida! I ssa dħalna fil-11-il ġimgħa minn meta Malta kellha l-ewwel każ ikkonfermat ta' coronavirus. Ħdax il-ġimgħa illi kienu kkaraterizza- ti mill-għeluq ta' partijiet importanti mill-ekonomija - għalkemm il-manifa- ttura, kostruzzjoni, bejgħ u numru ta' setturi oħrajn baqgħu joperaw. Dan minnu nnifsu għandu jagħtina tama ġdida u kuraġġ li kif għelibna l-ewwel sfida - minkejja li ma morniex għal-lockdown totali imma parzjali - xorta irnexxielna nżommu n-numri f 'livelli pjuttost baxxi. Wieħed jifhem li l-inkwiet din il-ġimgħa żdied hekk kif in-numri żdiedu, iżda min irid iqarraq għal raġunijiet li jafhom hu biss jieqaf hemm. Min irid inkun onest man- nies u mal-qarrejja tiegħu jrid jinnota wkoll li f 'ħafna mid-drabi din il- ġimgħa - minkejja li hija ċara kristall illi n-numri żdiedu - il-persentaġġ li rriżultaw pożittiv mit-total ta' testijiet li saru baqa' wieħed baxx ħafna - għajr xi ftit għal nhar il-Ħamis. Ħarsa malajr: Nhar it-Tnejn kellna ħames każi ġodda minn 1,017-il test - jiġifieri 0.5%. It-Tlieta kellna 11-il każ ġdid minn 1,519-il test li jfisser 0.7%. Dan żdied nhar il-Erbgħa meta kellna 15-il każ ġdid minn 1,670 test , jiġifieri 0.9% biex iċ-ċifra reġgħet għoliet għall- massimu din il-ġimgħa nhar il-Ħamis meta minn 1,358 test kien hemm 15-il każ ġdid jew 1.1%. Il-Ġimgħa din niżlet għall-inqas numru - b'każ wieħed biss minn 1,560 test, jiġifieri 0.06%. Aħrfulna ħadnilkhom minuta mill- ħin tagħkom bin-numri - imma dawn huma fatti. Fatti li ebda aġenda ma tista' tbiddel. Dan ifisser li m'għandna nagħmlu xejn? Dan ifisser li m'għandniex inżommu id-distanza soċjali? Dan ifisser li l-mewġ qiegħed fil-baħar biss? Xejn minn dan. Imma huma ċifri li jagħtuna sodisfazzjon li għadna qed inżommu l-kolp u tama għall-futur fin-normalità l-ġdida u jekk Alla jrid, fin-normalità kif nafuha. Għall-ġisem hemm il-mediċina, imma għall-moħħ hemm bżonn it-tama. Hemm bżonn ma nħallux lilna nfisna ngħerqu f 'morsa ta' aktar negattività - għaliex d-deterjorament tas-saħħa mentali huwa inkwetanti daqs, jekk mhux aktar, mill-Covid-19. Il-mard mentali huwa qattiel silenzjuż li jasal għandek mhux neċesarjament għax tkun ġratlek traġedja, imma wkoll għax tkun waħdek, għax tkun qed tibumbardja lilek innfisek bi xmara ma taqtax ta' aħbarijiet negattivi fuq din il-kwistjoni - isma', idiskuti imma aqta', ħu pawsa! Għax tkun imtlejt bl-ansjetà, il-biża' u l-inċertezza jew għax ir-rutina tkun tkissret jew għaliex qed taħdem aktar b'inqas flus jew għax mhux qed taħdem. Waħda ma tiġix a skapitù tal-oħra - irridu nibqgħu viġilanti u realsitiċi fuq il-Covid-19. Imma ma nistgħux inħallu lilna nfusna ngħerqu f 'dulur, ma nistgħux naqtgħu qalbna - għax jekk jiġri hekk, minflok immutu bil- covid-19 nibdew immutu minn ġewwa. Kunu pożittivi, anke fid-dawl ta' aħbarijiet koroh. Ixgħelu d-dawl fejn hemm id-dlam ta-solitudni, ftakru li meta titkellmu daqslikieku waslet l-aħħar tad-dinja jkun hemm min qed jismgħak jew jaqrak li għalih/a dik tkun l-aħħar kelma li tkissirhom. Agħti telefonata u żomm kumpanija lil min jinsab waħdu u mur għamel xi xirja għal anzjan jew anzjana. Tbissem u ħalli d-dinja titbissem miegħek. Mhux faċli imma għandna għaliex u jekk noqgħodu attenti, inkunu viġilanti, nirrispettaw lil xulxin, nobdu r-regoli u naċċettaw in-normalità kif inhi għalissa jkollna ħafna aktar fuq xhiex nitbissmu fi żmien li ġej. illum • IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2020 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Editur: Albert Gauci Cunningham 21 editorjal illum • IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2020 Editur: Albert Gauci Cunningham ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt D an l-aħħar smajna ħafna l-espress- joni 'Malta full up'. Ma tridx ħin u lanqas xi għerf politiku kbir biex Naturalment lanqas kien qed jirreferi għat-turisti jew inkella għall-barranin li xtraw iċ-ċittadinanza - dawk humiex suwed, m'hemmx dubju li jekk jagħmel dan se jsib lill-poplu kollu warajh. Anke din il-gazzetta taqbel li Abela jkun sod fuq din il-kwistjoni għandu joffri s-soluzzjonijiet effiċjenti u li jagħtu r-riżultati! Imbagħad nhar il-Ġimgħa bħal kien Full up! 16 tal-2020 Ngħidu ħafna, niddibattu ħafna u jinkitbu kolonni fuq kolonni ta' stejjer u opinjonijiet kull sena. Iżda xi kultant karikatura tgħid l-istorja aħjar mill-kitba. Kull nhar ta' Ħadd il-gazzetta ILLUM tippubblika karikatura, impinġija mill-karikaturist bravissimu tal- gazzetta Mikiel Galea. U kull waħda għandha storja jew qed tibgħat messaġġ. Dawn huma l-aqwa 16 tal-2020. 26 ta' Jannar 9 ta' Frar 10 ta' Mejju 24 ta' Mejju 19 ta' Lulju 30 ta' Awwissu 11 ta' Ottubru 25 ta' Ottubru

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 December 2020