Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1322764
16 letteratura IL-ĦADD 27 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Dal-ħwejjeġ tan-nelħ Mhux litteralment iżda kważi Forsi ma hemmx xhur iżjed kripattivi minn dan li ninsabu fih u minn dak li daqt jidħol biex iniedi sena ġdida. M'iniex ngħid dan minħabba dil-misħuta kesħa umduża li kull sena preċett taqa' fuq dawn il-gżejjer. Xejn affattu. Ngħid għalija, is-sħana sajfija – l-iżjed dik li għandha ħabta tinżel lejn Lulju u Awwissu – f 'dawn l-aħħar snin sirt insibha ferm iżjed ostili u insopportabbli. Qiegħed ngħid dan minħabba t-tendenza tipika ta' ħafna minna – anke tiegħi – li f 'dawn iż-żminijiet inħarsu lura biex naraw x'għadda u x'm'għaddhiex minn għalina filwaqt li nħarsu 'l quddiem b'dawk il- ħafna wegħdiet foloz li nagħmlu lilna nfusna. Riżoluzzjonijiet ġodda għas-sena li ġejja għandi it li xejn – la għalija nnifsi u wisq inqas għal din il-paġna. Niġu f 'dan, lanqas biss għandi idea ċara dwar x'ser naqra s-sena d-dieħla. Hekk jew hekk, id-deċiżjoni li f 'daż-żminijiet noqgħod daqsxejn lura milli nagħmel xi riżoluzzjoni ormaj ili li ħadtha. Kienet waħda mir- riżoluzzjonijiet – apparagun waħda mill- it – illi seħħli nżomm tajjeb ħafna bla problemi. Biss dal-vizzju sagrosant li malli jibda dieħel Diċembru – minn xi daqqiet anke saħansitra lejn tmien Novembru – nixħet ħarsti lura fuq il-ħdax il-xahar illi jkun għaddew ma rnexxieli neħles minn qatt. Anzi, mhix l-ewwel darba li mbagħad, terġa', il-ħdax-il xahar – bla ma nagħraf il- kif u l-kome – dlonk isiru tnejn u għoxrin, tlieta u tletin, erbgħa u għerbin. Kull tiira taqla' mill-qabar tiira oħra: kull tiira tkun ukoll tfakkira. Il-memorji erħilhom imbagħad jixirfu, bħal ġgajta bebbux wara xi ħalba xita f 'Jannar, mill- ibgħad reċessi tan-nisi – dika l-fakultà ewlenija li tippermetti lilna l-bnedmin, bħalma kien fakkarna Emil Cioran, li niżgiċċaw mit-tiir ħalli nibqgħu għaddejjin 'il quddiem bla ma wisq niġġennu. "In-nisi huwa l-unika fidwa", kien wissiena l-kittieb Rumen-Franċiż. Iżda għax tgħid din is-sena tabilħaqq ġiet għat- tiiriet. 'Qas biss laħqet faqqgħet l-imxija tal-virus Corona li l-mezzi tal-midja soċjali – l-iżjed tan-nies qalbenin illi xi it jew wisq bħali jbatu bit-tendenzi mażokisti illi jissawtu bl-imgħoddi – ma ntlewx b'ħemel ta' rikordji ta' kull tip, fosthom letterarji, sintendi. Miserere, miserere, misero me, però brindo alla vita. Ngħid għalija dan l-eżerċizzju – minħabba raġunijiet illi jeħtieġu paġna għalihom – ittantajt naħarbu kemm nista'. Imxija u mhux, ġaladarba jkollok il-moħriet f 'idek mhix ħaġa li toqgħod tħares lura. 'Qas ħaqq tisfa' kolonna melħ bħalma ġralha, jaħasra, il-mara ta' Lot. Għall-inqas hekk fihmtha dika l-ħabta. Għaldaqstant ir-riżoluzzjoni tiegħi għas-sena 2020 spiċċajt għamiltha xorta waħda, forsi bla 'qas biss ittendejt. Iżda kif jgħidu, mill-Milied sa San Stiefnu. Aċċennajt dwar dan fil-qosor fl-artiklu tiegħi dwar il-kiteb retrospettiv Noti Jien Noti ta' Immanuel Mifsud u Toni Sant. Id- Demonju ġabha li maż-żmien anke jien inġarrejt daqsxejn minn dal-pandemonju ta' dil-pandemija. Qatt ma naf li għaddew minn moħħi daqstant titli ta' kotba fi żmien daqstant qasir. Sintendi, is-salt kaxxi kollha "ħwejjeġ tan-nelħ", kif kienet tgħidli ommi – fosthom noti ta' żmien il-kulleġġ u l-Università kif ukoll ħwejjeġ żmanġati bil-kamla, timijiet tas-Subbuteo, imfakar ta' min jaf kemm-il ġrajja, rivisti, diski, skritti u kotba, uħud minnhom minsija – illi mtlejt bihom f 'nofs is-sajf 16 letteratura IL-ĦADD 20 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb L-intellettwali pubbliċi u l-ambjent ikkonkritizzat Problemi tal-lum (1) Għandu mnejn il-każ reċenti ta' Mark Camilleri, għall-inqas għall-finijiet tal- kontribut tiegħi għall-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa, ma setax ħabat fi żmien aħjar. Naturalment, qiegħed nirreferi għat-talba tar-riżenja immedjata tiegħu minn Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb mitluba mis-Segretarju Permanenti tal- Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Frank Fabri wara skambju daqsxejn jaħraq ma' waħda mill-avukati ta' Yorgen Fenech. Iżjed milli minħabba l-episodju tal-inċident perse l-każ ġibed l-attenzjoni tiegħi kaġun ta' ċerti reazzjonijiet illi fis qajjem mill-pubbliku – b'mod partikulari, iżda mhux biss – fost għadd t'attivisti tas-soċjetà ċivili li huma segwaċi jew midħla tax-xena letterarja tagħna. Mid-dehra ma kontx l-uniku osservatur tal-każ illi sab ħwejjeġ notevoli x'jinnota fir-rispons tal-kummentaturi. Difatti nhar il-Ħamis li għadda Immanuel Mifsud ippubblikata bloggata (kif konna nsejħula fl- iżmna tal-ġenesi tal-bloggosfera Maltija) fil- blogg personali tiegħu rigward ir-reazzjoni partikulari tal-Avukata Anna Mallia. Diparti tiegħi laqtuni l-iżjed, mill-it illi qrajt, il- kummenti tal-attivista xellugija u awtriċi ta' ġabra ta' stejjer Kissirtu Kullimkien Lara Calleja, b'mod speċifiku l-ilment tagħha dwar kittieba illi kwantu l-problemi tal-lum kieku qatt tisma' ħosshom. Mhux għax bħalissa m'għandix kotba, suġġetti oħrajn jew awturi dwar xiex nikteb, anzi f 'dan l-aħħar ġimgħat – anke wkoll minħabba l-mewt tal-Professur Oliver Friggieri – il-lista ta' dawn inġemgħet qatigħ. Fost dawn hemm ukoll, sintendi, il-letteratura impenjata ta' Calleja. Madankollu l-ilmenti tal-awtriċi inzertaw jorbtu tajjeb ħafna mal-aħħar kontribut tiegħi li filfatt bih – sewwasew illum – kelli nkompli, anzi għalissa ntemm, ir-riflessjonijiet tiegħi dwar ir-rwol illi qeda Friggieri fil-kapaċità tiegħu ta' intellettwali pubbliku. B'referenza għat-tema ewlenija tal-kontribut tal-Ħadd li għadda – voldieri l-kwistjoni li kienet inqalgħet mal-erbgħin sena ilu bejn Oliver Friggieri u Alfred Sant kwantu x-xempji ideali possibbli tal-kittieba u tal-intellettwali – għandi niem li Lara Calleja tinsab xi it jew wisq fi qbil ġenerali ma' Sant. Dan għax fil-kummenti tagħha dwar it-talba għar-riżenja ta' Mark Camilleri staqsiet – xi it bħalma kien għamel Sant tul il-battibekk antik imsemmi – jekk tassew hix ħaġa f 'lokha li ċerti kittieba ma jirrimarkaw qatt xejn rigward ħwejjeġ b'importanzi fundamentali għas-soċjetà. Varjant pjuttost aristofanu ta' dil-mistoqsija ta' Calleja huwa l-ilment komuni – u dan ma jsirx biss fiċ-ċrieki tax-xellug – li ħafna mill-kittieba li jieħdu sehem fid-diskors pubbliku iżjed bħal donnu moħħhom fil-kitba li jiktbu milli fit- twettiq konkret tagħha fit-toroq. Fil-każ ta' Sant il-bużillis ta' ċerti intellettwali kien id-dmugħ sterilizzat; f 'dak ta' Calleja għandi niem li spiss ikun, pirkażu, l-ambjent konkritizzat. Kissirtu kullimkien, qaltilhom. Ekku l-problemi tal-lum... Ħabat ukoll li mhux l-ewwel darba li tqajmet din il-kwistjoni matul din is-sensiela ta' kontributi letterarji. Kmieni din is-sena minn banda din kienet wieħed mis-suġġetti ewlenin tar-reċensjoni tal-ġabra ta' Stejjer L-Aqwa Żmien t'Immanuel Mifsud. Wayne Flask qajjimha dan is-sajf f 'intervista rigward ir-rumanz politiku tiegħu Kapitali. Niġu f 'dan kienet implikata f 'intervista m'Alex Vella Gera dwar ir-rumanz tiegħu, politiku xejn inqas, Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi. Qajjimtha jiena wkoll matul intervista mal-poeta Omar Seguna kwantu l-ġabra tiegħu Xehir Fis-Skiet. F'din tal-aħħar, iżjed milli fl-oħrajn, żammejt f 'moħħi bħala punt ta' referenza ewlieni – bħal kważi dejjem f 'dar-rigward – is-serje ta' saġġi ta' Jean-Paul Sartre Qu'est-ce que la littérature? (X'Inhi l-Letteratura?, 1947). Xi kemxejn bħal Sant u aktarx ħafna bħal Calleja, f 'dawn il- kitbiet filoletterarji fost ideat oħra Sartre jiċħad in-nozzjoni tan-newtralità politika tal-kittieba u tal-ħassieba. Iż-żamma ta' dan l-isfond ġejja l-iżjed mill-fatt illi dawn it-testi jittrattaw dal- kwistjonijiet b'għadd ta' mistoqsijiet kardinali: X'inhi l-kitba? Għaliex niktbu? Għal min niktbu? Fid-dawl tat-tweġibiet – li ngħid għalija wħud minnhom sikwit insibhom problematiċi – li jagħti jkompli mbagħad billi janalizza l-qagħda li skontu kienu jinsabu fiha l-kittieba fiċ-ċirkustanzi politiċi tal-1947. Għaldaqstant l-għażla kważi awtomatika ta' din l-isfond iżjed ġejja mill-interess tiegħi fix-xogħlijiet ta' Sartre b'mod ġenerali – kif ukoll mill-pertinenza ta' Qu'est-ce que la littérature? f 'dan ir-rigward b'mod partikulari – milli minn xi qbil wiesa' mal-viżjoni letterarja li jippreżenta f 'dawn l-iskritti. Niskanta kultant kemm isib xi ngorr fl-istess persuni li tant nammira. Din l-aħħar sentenza, weħidha, kapaċi jixirqilha paġna għaliha, xi mkien ieħor... Fost ħwejjeġ oħra fil-ġabra Qu'est-ce que la littérature? Sartre isostni li l-kittieba jiktbu, jew għandhom jiktbu, għall-qarrej universali u li "l-esiġenza tal-kittieba hija li jindirizzaw lil bnedmin kollha". Imbagħad, iżjed minn hekk – sintendi it-tip t'eżistenzjaliżmu mfassal minnu, loġikament jekk xejn, hekk bilfors kien jesiġi – l-għanijiet tassew aħħarija tal-letteratura, kif ukoll tal-filosofija, huma qabelxejn it-tiswir u l-ħarsien tal-libertà tal-bnedmin. Iebsa tkun iżjed didattiku minn hekk. Forsi b'rabta eqreb u mal-kwistjoni Sant-Friggieri msemmija l-ġimgħa l-oħra, l-intellettwali Palestinjan- Amerikan Edward Said kien ressaq veduti simili, b'tonijiet politiċi iżjed sodi, fis-sensiela tat-Taħditiet Reith (Rappreżentazzjonijiet tal-Intellettwali, 1993). L-intellettwali skont Said għandu jkollu l-għan li jkattar il-libertà u l-għarfien. Għalhekk irid jintasab barra s-soċjetà u l-istituzzjonijiet tagħha ħalli jkun jista' jiddistabilizza l-ordni soċjali tal- ortodossija tal-mument. Madankollu, xorta waħda, mill-banda l-oħra huwa parti mis- soċjetà u għalhekk jenħtieġ jgħaddi l-messaġġi tiegħu lill-ikbar għadd ta' nies possibbli. Mela allura barra s-soċjetà iżda daqsinsew ġewwa. F'dar-rigward Said forsi mar tikka lil hinn minn kif kien jaħsibha Sartre fis-snin erbgħin u ħamsin, jekk xejn għax introduċa, jew almenu kkjarifika bis-sħiħ, l-idea taż-żamma tal-bilanċ id-dimensjonijiet privati u pubbliċi tal-intellettwali. Naf biċ-ċert illi talin bħal dawn għandhom ħabta, jekk mhux ukoll is- saħta, jgħixu f 'tensjoni kważi kontinwa bejn id-dinja tagħhom u dik ta' Ċesri. Said konxju minn dan. Abbli konxju wkoll li minn daqqiet jaf ikun hemm lok ukoll – lil hinn mill-kunflitti inevitabbli ta' interess – għal inkroċju bejn dawn iż-żewġ dinjiet. Iżda fl-aħħar mill-aħħar, bħal Sartre qablu, kien tal-kredu li l-għanijiet tal-individwu jenħtieġ ikunu relevanti għas- soċjetà u għandhom ukoll – iktar iva milli le – jipprevalu fuq l-interessi tal-individwu. Hu x'inhu, nafu li lejn tmiem ħajtu Sartre kien għaraf is-siwi tal-konvinzjonijiet ta' Said, tant li fl-1979 kien stiednu jieħu sehem f 'konferenza dwar il-Lvant Nofsani wara tmiem il-gwerra bejn l-Eġittu u l-Iżrael. Iltaqgħu fl-appartament ta' Michel Foucault. Said tkellem dwar dawn il-laqgħat b'sogħba u b'diżappunt. Sartre, kważi trux, għami, magħdur u maribond, ma tantx kien f 'qagħda tajba wisq biex ikompli man-nies. Barra dan, donnu it li xejn setgħa jaċċetta n-nuqqas ta' luċidità u ħeġġa tiegħu għall-kawża Palestinjana – ħaqq fil-fehma tiegħi xejn sensittiv minn Said meta nqisu l-istat fiżiku u mentali ormaj kien safa' fih. Dejqitu wkoll Simone de Beavoir. Faħħar lil Foucault bħala ħassieb iżda fl-istess mentri, ma setax jonqos, ikkundanna s-skiet tiegħu viżivì l-Lvant Nofsani għajr ir-Rivoluzzjoni Iranjana. Il-fatt illi Foucault kien diġà xellia ma' Gilles Deleuze kaġun tal-kunflitt Iżrael-Palestina it li xejn ikkonvinċa lil Said lanqas. Meta nqis il-fehmiet skambjati tul il- kwistjoni Sant-Friggieri li ttrattajt il-ġimgħa għaddiet insibha bi tqila nbassar biċ-ċert x'kienu jaħsbu dawn it-tnejn kwantu dawn il-prinċipji didattiċi għall-aħħar imqaddma minn Sartre u Said. Ma nafx ngħid biċ-ċert lanqas lil fejn, jew sal-liem punt, ixxaqleb Lara. Rigward kwistjonijiet simili oħrajn, ngħidu aħna t-tilwima Sartre-Camus – illi m'ilux iddiskutejtha f 'din il-paġna mat-traduttur Anthony Aquilina – nista' faċilment nistħajjel lil Friggieri u Sant jappoġġjaw lil dan tal-aħħar. Iżda x'dwar x'ħasbu jew setgħu forsi ħasbu dwar ir-radikalimżmu preskrittiv ta' Sartre jew Said ma nissograx ngħid. Ibda biex it-tnejn jemmnu li l-letteratura – fil-każ ta' Friggieri, bil-kontra ta' Sartre, din tista' tħaddan ukoll il- poeżija – tista' tkun strument politiku b'aġenda ċivika u b'impenn prattiku favur it-titjib tal- kundizzjoni umana. Mill-banda l-oħra, matul il-karriera letterarja prolifika tagħhom it-tnejn ma qagħdux lura lanqas milli jinsġu narrattivi b'raison d'être differenti. Ħaġa ċara li anke Sartre – minkejja dawn il-preskrizzjonijiet normattivi li tant irrakmandalna tard fl-għerbinijiet – fl- aħħar mill-aħħar kien ukoll ħassieb u kittieb tal-meżżuvija – xi it jew wisq bħal Sant u Friggieri. Allaħares ma kienx hekk. Forsi iebsa tieħu pożizzjonijiet iżjed didattiċi u pedagoġiċi minn hekk. Impossibbli tkun iżjed dejjaq. Hu x'inhu, qabelxejn hawnhekk terġa' tfeġġ il-mistoqsija tedjanti dwar jekk il- ħolqien tal-letteratura kif ukoll il-ġenerazzjoni tal-ideat jimplikawx, ipso facto, mhux biss l-obbligu tal-kummentarji soċjali iżda wkoll addirittura d-dmir tal-attiviżmu politiku. Tixref ukoll dik dwar jekk il-kitba, tkun xi tkun, għandhiex bilfors isservi l-interessi speċifiċi ta' xi ideoloġija partikulari. Dawk illi jwieġbu iva, fosthom l-apoloġisti ta' Sartre wara kollox, jenħtieġ jiċċaraw jekk tassew jemmnux illi xi ħadd jista' "jindirizza lil bnedmin kollha" fuq livell politiku b'teżijiet onto-fenomenoloġiċi ultra-kumplessi bħal L-Essri u x-Xejn (L'Être et le Néant, 1943) u Emil Cioran