Illum previous editions

ILLUM 27 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1322764

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 27 TA' DIĊEMBRU 2020 Kull vaċċin għandu effetti sekondarji iżda jekk wieħed iqabbel l-effetti li jista' jkollu l-Covid-19 u l-effetti sekondarji tal-vaċċin, waħdu jasal għall- konklużjoni li għandu jieħu l-vaċċin. L-effetti sekondarji huma minimi u jdumu biss ftit jiem. Dawn jinkludu ftit ħmura u uġigħ fil-post tal-injezzjoni, ftit deni, għejja u uġigħ ta' ras. Lanqas ifisser li kulħadd se jiżviluppa sintomi. X'jiġri jekk persuna tkun ħadet l-ewwel doża tal-vaċċin u tiġi f 'kuntatt ma' persuna pożittiva? Jekk persuna tkun ħadet l-ewwel doża u tiltaqa' ma' persuna pożittiva, din xorta waħda jkun hemm bżonn titpoġġa fi kwarantina biex ikunu protetti persuni oħra. Fil-fatt, mill-istudji jirriżulta li l-ewwel doża żżid l-immunità tal-persuna kontra l-virus għal madwar 52%. It-tieni doża żżid l-immunità għal 95%. Staqsi lit-tabib jekk: Dawk il-persuni li jbatu minn kundizzjonijiet (imsemmija hawn taħt) għandhom ikellmu lit-tabib tagħhom qabel jieħdu l-vaċċin. Il-persuni li għandhom jitolbu pariri huma dawk li: • ġieli batew minn allerġija severa jew inkella problemi respiratorji wara li ħadu tilqima (injection) oħra; • ġieli ħasshom ħażin wara li ħadu injection; • jkunu qed ibatu minn marda serja jew inkella infezzjoni li tikkawża deni qawwi; (min ikollu ftit deni jew inkella riħ ħafif xorta jista' jieħu l-vaċċin); • għandhom problemi bid-demm, jitbenġlu malajr jew inkella li jinsabu fuq mediċina li tippreveni l-blood-clots; • għandhom sistema immunitarja dgħajfa minħabba mard bħall-HIV jew inkella għax jinsabu fuq trattament għall-kimoterapija. Dawk li jbatu minn allerġiji minħabba l-ikel, kellhom allerġiji wara li ħadu xi mediċina jew inkella jbatu minn allerġiji ħfief jistgħu xorta waħda jserrħu rashom u jieħdu l-vaċċin. It-tilqima għalissa mhux qed tingħata lil tfal taħt is-16-il sena jew inkella lil nisa tqal jew li qed ireddgħu. L-istudji f 'dawn il- gruppi għadhom għaddejja. Persuni li għandhom il- Covid-19 għandhom jistennew sitt ġimgħat, minn meta jfiequ, biex jieħdu t-tilqima. Min ikun kwarantina wkoll għandu jistenna li jintemm dan il- perjodu mhux għax il-vaċċin mhux tajjeb għalihom imma għax ma jkunux jistgħu joħorġu f 'dan il-perjodu. riċerka fuq it-tilqima, hija sigura Fl-aħħar wasal il-vaċċin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 December 2020