Illum previous editions

ILLUM 17 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1330258

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 17 TA' JANNAR 2021 • illum aħbarijiet Il-Maltin l-aktar pożittivi fl-UE dwar l-ekonomija fl-2021 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Minkejja li bħalissa n-negozju reġa' jinsab batut sew hekk kif il- pandemija għadha qed tagħfas fuq id-dinja il-Maltin urew kif minkejja kollox, is-sentiment tagħhom għal din is-sena huwa pożittiv, tant li qed jaraw illi din is-sena Malta se tesperjenza tkabbir. Fil-fatt skont sondaġġ tal- Kummissjoni Ewropea l-Maltin, f 'Diċembru li għadda u b'indiċi ta' +17.8%, huma l-aktar poplu pożittiv dwar l-ekonomija għat- 12-il xahar li ġejjin. Dan filwaqt li f 'diversi pajjiżi oħrajn il-kunfidenza hija waħda negattiva jew negattiva ħafna, fosthom Franza (-33), l-Italja (-14.8), Spanja (-23) u Ċipru (-48.7). L-istess sondaġġ juri illi d-dħul għall-familji kien negattiv għat- tnax-il xahar tal-2020 (-16.7) , iżda dan is-sentiment isir pożittiv meta l-familji Maltin qed iħarsu lejn is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom għat-tnax-il xahar li ġejjin (+5.7). Intant dan l-istess sondaġġ jara titijib ukoll fl-indikaturi tal-kunfidenza f 'diversi oqsma ekonomiċi, fosthom fis-Servizzi (l-aktar li ntlaqtu ħażin bil- pandemija) fejn hemm qabża ta' 22, fl-indiċi tas-sentiment ekonomiku, għal -16.9. Apparti l-Kummissjoni Ewropea, l-aġenzija internazzjonali ta' kreditu DBRS, ikklassifikat l-ekonomija ta' pajjiżna fil-livell A high b'andament stabbli. F'rapport dettaljat, l-esperti tad-DBRS innutaw bosta aspetti ta' pajjiżna fl-ewwel sena ta' Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela. Il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri li elenka xi jfissru fuq il-prospetti tal-ekonomija. 'Kunfidenza fil-kapaċita' li noħolqu impjiegi' "Il-livell ta' sentiment ekonomiku f 'Malta kiber b'aktar minn 16% f 'xahar wieħed biss, l-akbar żieda fl-UE u madwar id-doppju taż-żieda li dehret fil-pajjiżi taż-żona tal-Ewro bit- tieni l-ogħla żieda fis-sentiment," jispjega Schembri. Fi kliem il-Ministru, dan juri kif il-miżuri tal-gvern żiedu d-dħul disponibbli u żiedu wkoll id- domanda, fosthom dak fis-settur tal-proprjetà. Hawnhekk Schembri spjega kif kuntrarju għal dak li qed jiġri barra minn pajjiżna, f 'Malta anke s-settur industrijali ra titjib fis- sentiment. Spjega kif mir-rapport ħareġ ċar li filwaqt li l-familji tal-UE ddikjaraw li jistennew li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom tmur għall-agħar, f 'Malta l-maġġoranza qed jipprevedu titjib. "Maġġoranza ta' 18% tal- familji Maltin qed jipproġettaw ekonomija li qed tikber, filwaqt li fl-UE maġġoranza ta' 31% qed jistennew tnaqqis ekonomiku. Il-familji Maltin qed jistennew li l-qgħad jonqos fi żmien meta maġġoranza ta' aktar minn nofs dawk intervistati fl-UE qed jistennew qgħad ogħla". Schembri spjega mal-ILLUM kif pajjiżna għandu jkun ferm kburi b'ħidmietu u dak li kiseb hekk kif din hija l-ogħla klassifikazzjoni li qatt inkisbet. "Dan il-livell żammejnieh minkejja li l-istess aġenzija f 'Novembru naqset il-klassifikazzjoni ta' ġganti ekonomiċi bħar-Renju Unit u Franza." 'Is-suċċess tal-pajjiż marbut mal- miżuri tal-Gvern' Fi kliem Schembri waħda mir- raġunijiet ewlenin mogħtija għal dan is-suċċess ta' pajjiżna kienet tirrelata mal-miżuri ta' stimolu tal-Gvern, "meqjusa bħala b'saħħithom." "Miżuri li huma meqjusa sostenibbli hekk kif isegwu perjodu twil ta' tkabbir ekonomiku u fiskali qawwi. Dan ipprovda l-finanzi biex jiġu provduti dawn l-inċentivi". Filfatt, DBRS tinnota wkoll li r-rata ta' qgħad ta' Malta baqgħet ġeneralment konformi mal-livelli ta' qabel il-pandemija u attribwiet dan għal skemi bħas-suppliment tal-paga. Element ieħor importanti madankollu kienet id- diversifikazzjoni tal-ekonomija Maltija. Schembri hawn ifakkar kif ir-rapport tad-DBRS jinnota li filwaqt li xi setturi rreġistraw tnaqqis, setturi oħrajn - bħall- informazzjoni u l-komunikazzjoni (+ 9.9%), l-arti u d-divertiment (+ 7.0%), u attivitajiet finanzjarji u ta' assigurazzjoni (+ 3.9%) - irnexxielhom jikbru matul dan il-perjodu. Fl-analiżi Schembri jgħid li ħareġ ċar illi qawwa oħra tal-ekonomija Maltija tibqa' l-istabbiltà finanzjarja tas-sistema bankarja ta' pajjiżna. "Nuqqas ta' kwistjonijiet, hawnhekk ifisser li d-ditti mhumiex inkwetati li l-banek jirtiraw il-kreditu. Ir-rapport ifaħħar ukoll il-miżuri li ttieħdu biex itejbu t-trasparenza u r-regolamentazzjoni ta' din it-taqsima." Hawn Schembri jelenka kif ir-rapport iddikjara li l-awtoritajiet Maltin implimentaw sensiela ta' riformi ambizzjużi fuq dan il-front u saħħew ir-riżorsi umani u finanzjarji tal-awtoritajiet tas-servizzi finanzjarji. Silvio Schembri ikkonkluda billi qal kif analiżi ta' dawn ir-rapporti tindika li "l-fatt li ma mornix għal lockdown ta ċertezza lin-negozji biex ikomplu għaddejjin bl- operazzjonijiet tagħhom filwaqt li l-Gvern żgura li jidentifika dak il- bilanċ b'saħħtu bejn l-ekonomija u s-saħħa." Tkabbir ta' 16% fis-sentiment ekonomiku - Il-Ministru Schembri jgħid li dan huwa frott il-miżuri tal-Gvern fl-aħħar xhur

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 January 2021