Illum previous editions

ILLUM 17 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1330258

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 17 TA' JANNAR 2021 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-qasam soċjali huwa l-aktar wieħed li jiswa' flus u l-aktar kruċjali għall-poplu, aktar u aktar issa li ħafna nies jeħtieġu l-għajnuna f 'nofs pandemija li rat li tant jispiċċaw bis-suppliment tal-paga jekk mhux saħansitra jitilfu xogħolhom. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' mal-Ministru tal-Familja, Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon biex tistaqsi dwar il- miżuri li ħa l-Gvern fl-aħħar sena fid- dawl tal-pandemija, it-tfal u naturalment nistaqsu dwar il-Partit Laburista li tiegħu Falzon ilu jagħmel parti u li miegħu issa kien kandidat f 'erba' elezzjonijiet ġenerali. Covid-19: 8,000 gawdew mill-iskema ta' ġenituri li ma setgħux imorru għax-xogħol Mistoqsi dwar il-miżuri li ttieħdu matul il-pandemija Falzon ifakkar li b'kollox saru erba' skemi relatati mal-Ministeru li jmexxi, jiġifieri waħda li titratta persuni b'diżabilità, oħra lil persuni li għandhom kundizzjoni medika, miżura oħra għal persuni bla xogħol u finalment għajnuna lill-ġenituri li kellhom jibqgħu d-dar minħabba li t-tfal ma setgħux imorru l-iskola. Huwa spjega kif l-inizzjattiva li ħa l-Gvern għal ġenituri li kellhom jieqfu mix-xogħol, kienet l-aktar popolari b'madwar 8,000 persuna tgawdi mill- iskema. Il-Gvern għadda lil dawn €800 fix-xahar sabiex "ikun garantit għixien diċenti" waqt li jibqgħu d-dar jieħdu ħsieb lil uliedhom. Falzon qal li dawn l-iskemi swew madwar €15-il miljun u qal illi fost inizjattivi li ħa l-Gvern kien hemm it-twassil bieb, bieb tal-ikel mingħajr ħlas (permezz ta' skema tal-UE) lil dawk fil-bżonn u anke l-linja telefonika fejn persuna tista' ċċempel meta tħossha waħedha. Il-Ministru Falzon fakkar li dan apparti l-miżuri li diġa' ħa l-Gvern biex ikunu protetti l-impjiegi fosthom is-Suppliment tal-Paga, ir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma għan-negozji u l-vouchers li jfakkar illi injettaw madwar €45 miljun fl- ekonomija u taw imbuttatura 'l quddiem lid-domanda. 'L-għaqal qed insarrfuh illum' Imma l-pajjiż jiflaħ għal din l-ispiża jew se jgħaddu it xhur u l-Gvern se jkollu jdur għal skemi u benefiċċji soċjali biex jagħmel tajjeb għal dawn il-flus kollha? Il-Ministru Falzon fakkar li l-Covid-19 kellu u se jibqa' jkollu effett fuq l-ekonomija u saħaq illi l-effetti se nibqgħu nħossuhom. "Aħna konna pajjiż bilgħaqal u dak l-għaqal illum qed insarrfuh," sostna. Saħaq illi minkejja l-pandemija l-Gvern żamm il-wegħda ta' child bonus ta' €300 fis-sena u kompla jindirizza diversi anomaliji, filwaqt li anke ħallas l-overtime tal-pulizija li għalih ma kinux tħallsu u li jkopri snin sħaħ. "JIġifieri le, l-intenzjoni mhijiex li nnaqqsu mill-benefiċċji. Imma iva, jeħtieġ li jkollna rkupru ekonomiku mgħaġġel u sa issa jidher li se nkunu fost l-ewwel pajjiż li jesperjenza rkurpu ekonomiku," jgħid Falzon. Huwa jgħid li filwaqt li l-miżuri li ħa l-Gvern matul is-snin se jibqgħu, esprima l-fiduċja li miżuri oħrajn bħas-Suppliment tal-Paga jibdew jitnaqqsu ladarba l-pandemija tkun għaddiet. Temm ifakkar dwar dan il-punt li ras għal ras, il-pakkett ta' għajnuna finanzjarja tal-Gvern Malti kien "aktar ġeneruż minn dak il-Ġermanja u l-Ġappun, fost oħrajn." Ħafna miżuri tajbin imma eluf fil- faqar. Għaliex? Il-gazzetta ILLUM tinnota ili minkejja tmien baġits, ħemel ta' miżuri pożittivi fiskali, ċekkijiet, żieda fil-pensjonijiet u l-benfiċċji u vouchers - għad hawn eluf fix-xifer tal-faqar u eluf oħrajn fil-faqar. X'inhu jiġri? Il-Gvern mhux jindirizza s-sitwazzjoni tajjeb jew forsi hija realtà ta' ċirku vizzjuż u dipendibilità fuq il-benefiċċji soċjali? 'Kieku m'aħniex soċjalisti la rbaħna lanqas għamilna l-miżuri li għamilna' Imexxi s-settur li l-aktar huwa importanti biex jitwieżnu dawk l-aktar fil-bżonn. Pero' huwa wkoll l-aktar settur li jiswa' l-flus u li kellna bżonn fl-aħħar sena minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Il-gazzetta ILLUM tintervista lill-Ministru Michael Falzon ...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 January 2021