Illum previous editions

ILLUM 17 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1330258

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

Is-sena 2021 tidher li se tkun sena diffiċli wkoll. Jiena personali naħseb li diffiċli biex isiru l-festi u jekk isiru, irridu naraw meta se jinfetħu l-każini. L-attivitajiet naqsu drastikament. Ma naħsibx li jekk isiru, il-festi se jkunu fuq l-istess skala peress li fondi mhux jidħlu bħal ma kienu fi żminijiet normali. Jekk il- festi jsiru, rridu naraw meta se jiaħ il-każin u kemm se jilħqu jsiru attivitajiet. Bħala kumitat u sezzjonijiet kulħadd għadu għaddej bil-ħidma u l-proġetti tiegħu u kull sezzjoni, qed tagħmel attivitajiet, kif nistgħu, biex almenu jkun hemm xi tip ta' dħul. Il-pandemija ovvjament laqtet lil każin ħażin ħafna għax issa ilu it magħluq mhux ħażin. Is-sena li għaddiet aħna kellna festi kbar ippreparati għall-150 sena tal- Patroċinju ta' San Ġużepp. Iċċelebrajna kif stajna u inawguraja l-kwadru bil-pittura ta' San Ġużepp fuq l-artal tiegħu. Nisperaw li l-2021 u fi żmien li ġej, nirkupraw u jkollna l-festi sbieħ li nafu niċċelebraw aħna l-Maltin. 11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 17 TA' JANNAR 2021 nitkellmu fuq l-eventwalità ta' festi' – Il-Kurja 'Jekk ma jsir xejn, il-festi se jieħdu daqqa f'kull aspett' Christian Raggio Vella, Direttur tal-Armar, Festa San Lawrenz Birgu L-2021 ma tantx tidher sabiħa s'issa. Irridu nżommu saqajna mal-art. Kulħadd jixtieq li nerġgħu lura għan-normal. Aħna bħala Kumitat tal-Festa qed naħdmu daqslikieku se niċċelebraw il-festa bħas- soltu fl-ewwel ġimgħa ta' Awwissu. Ix- xogħol fl-imħażen ma jistax jieqaf, anzi qed nieħdu din l-opportunità biex nagħmlu aktar xogħol speċjalment fejn jidħol restawr. Ix-xogħol għaddej u mhux se jieqaf. Hux se niċċelebraw il-festi esterni ma nafx, però l-10 ta' Awwissu jiġi xorta, San Lawrenz infakkruh xorta żgur! Personalment naħseb li għal din is-sena diġà diffiċli li jsiru, aħseb u ara li jsiru kif isiru ssoltu. Jekk din is-sena ma jsir xejn, sintendi s-saħħa tiġi l-ewwel, il-festi se jieħdu daqqa f 'kull aspett, speċjalment fil-qasam finanzjarju u naħseb li anke fl- aspett ta' ħeġġa/aptit. Jista' jagħti l-każ li l-effett tal-pandemija jaħdem kontra, in- nies ikunu bil-għatx għall-festi/attivitajiet u għalhekk jirrikorru u nerġgħu nieħdu spinta 'l quddiem. Mhux xenarju li qed ipinġi moħħi, iktar naħseb li l-effetti tal-pandemija se jkunu aktar negattivi milli pożittivi. Jekk din is-sena jsiru l-festi, għandi dubji kbar kemm ikunu fuq l-iskala li ssoltu mdorrijin bihom. L-10 ta' Awwissu dejjem tasal u bħalma għamilna s-sena l-oħra, jekk mhux esternament, fil-Knisja niċċelebraw żgur il-Festa ta' San Lawrenz. Il-programm tal-Festa 2021 huwa bħall-festa tas-soltu, jiġifieri bħal dak li sar l-aħħar fl-2019. Anke l-baned, diġà mistiedna. Aħna fil-pjan li ssir festa sħiħa bħalma sar dejjem. Issa skont l-iżviluppi tal-pandemija, aktar ma joqrob iż-żmien, nibdew naddattaw skont l-istruzzjonijiet u skont is-sitwazzjoni bħalma konna pjanajna s-sena l-oħra. Bħalma jsemmi kulħadd, l-akbar daqqa ta' ħarta jkun il-qasam finanzjarju. Il-festi jiddependu fuq il-fund raising u l-isponsors u ż-żewġ aspetti ħadu daqqa. Attivitajiet ma tistax tagħmel u ċerti sponsors ħadu daqqa wkoll. Hawn min jaħseb li għax il-festa ma saritx, allura qed infuru bil-flus għax ġemmajnihom! Mhu minnu xejn. Qabel xejn, wara l-Festa tal-2019, għall-bidu ta' Settembru, ippjanajna u ħejjejna programm ta' xogħol li ħafna minnu beda fl-immedjat. Alla ħares bdejna f 'Marzu, meta bdiet il-pandemija, għax għall-festa kien jonqos biss ħames xhur, inqas minn nofs triq. Huwa minnu li ċertu xogħol waqqafnieh u ddeċidejna li jsir aktar 'il quddiem iżda xogħol li kien beda bħal restawr, sfumar u affarijiet oħra, dawn kellhom jitkomplew u jitlestew u fuq kollox, jitħallsu! Biss, konna bilgħaqal u ħdimna bi programm biex ma nonfqux iżżejjed. Il-pandemija laqtet ukoll l-imħażen jew aħjar l-interess tal-volontiera. Mhux kulħadd bħalna 'l-iffisati'. Il-ħeġġa ta' ċerti nies tmewtet xi it għall-fatt li l-festa ma saritx u ma nafux hux se ssir u allura minkejja li x-xogħol ma waqaf xejn, kellna żmien fejn il-pass mgħaġġel tax-xogħol kien ikkalma. Oħrajn beżgħu u ma tagħti tort lil ħadd. Nirringrazzjaw lil Alla li l-imħażen kienu u għadhom attivi kuljum. Fund raising. L-attivitajiet li jħallu lira tajba spiċċaw. Kellna nduru għal mezzi oħra fo st h om , ħ l o q n a d - d e l i v e r i e s bl-ikel, fejn n-nies ħadnilhom l-ikel flok ġew għal xi ikla. Ħloqna aktar affarijiet ta' merchandise, mugs, hoodies, gearijiet, keychains, eċċ li għalkemm ma jħallux ammonti kbar daqs attivitajiet tas-soltu, xorta tirreġistra xi it dħul. Minkejja li mhux taħt ir-responsabbiltà tagħna bħala kumitat, hija daqqa ta' ħarta li l-Każin tal-Banda, id-dar tal-familja Palmiża fil-Pjazza tal-Birgu, tarah magħluq. Nittamaw biss, li minkejja kollox, nerġgħu lura għan-normal kemm fuq termini ta' saħħa imma wkoll għall-ġid ta' dawn it-tradizzjonijiet li jinżammu ħajja minn ħafna volontiera. 'Għas-sentejn li ġejjin il-festi għandhom jiġu ridotti għal jumejn' Omar Xuereb, President Għaqda Mużikali Marija Assunta Gudja Naħseb li l-festi iva għandhom isiru għax qiegħed nibża' li ħa nitilfu ħafna dilettanti tal-festi u voluntiera. Diġà bdejna nħossu n-nuqqas tal-voluntiera aħseb u ara jekk nibqgħu ma nagħmlux il-festi. Nemmen, li l-festi għal din is-sena u anke s-sena 2022 għandhom jiġu ridotti għal jumejn, jiġifieri lejliet u nhar il-festa. Importanti li l-festi kollha jsiru hekk u mhux min jorganizzaha fis-sajf jagħmel ġimgħa festa u min jagħmilha fil-ħarifa jew ir-rebbiegħa inħalluhom b'jumejn festa jew saħansitra xejn. Importanti li jkun hemm direttiva biex il-festi jsiru fuq jumejn. Aħna bdejna nippreparaw xorta waħda għax jekk l-awtoritajiet joħorġu stqarrija li l-festi jistgħu jsiru (naħseb miraklu jrid ikun), aħna nkunu ppreparati, fis-sens li l-banda trid tkun magħluqa, għax il- bandisti dejjem qed jonqsu. Xorta nemmen li ċertu każini se jsibuha diffiċli minħabba li l-ġbir kollu wieqaf. Lilna, il-pandemija laqtitna ħażin bħal każini oħra. Anzi ż-żgħażagħ, flimkien mal-Kumitat ċentrali, organizzajna ċertu attivitajiet fejn stajna imma xorta mhux biżżejjed biex tkopri l-ispejjeż li ġġib magħha festa. Għandna wkoll il-kamra tan-nar li wkoll se jkollha diffikultajiet għax jekk ma jinbigħx nar għal festi oħra, se jkollhom sfida finanzjarja biex jaħdmu n-nar għall-festa tagħna. Għall-grazzja t'Alla, it-tagħlim tal- mużika, baqa' għaddej onlajn u l-banda nistgħu ngħidu li nżammet it ħajja, imma xorta nemmen li r-riperkussjonijiet ta' dan kollu għandna minn tal-inqas sentejn biex forsi nergħu nibdew niġu għan-normal. Il- każin magħluq, tal-bar ma jħallasx il-kera, ġbir it li xejn u riklami kollox wieqaf. Imnalla kien il-Gvern u l-Għaqda Każini tal-Banda, li taw it għajnuna finanzjarja, kemm stajna nkopru l-kontijiet tad-dawl, il-lezzjonijiet u spejjeż oħra li jkollhom tħallas bilfors matul is-sena. 'Jekk isiru l-festi, niddubita kemm jistgħu jsiru bħal qabel' Noel Cutajar, Segretarju Soċjetà Mużikali ta' San Ġużepp Ħal Kirkop

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 January 2021