Illum previous editions

ILLUM 17 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1330258

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 17 TA' JANNAR 2021 • illum L-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta' Capricorn Oroskopju mill-Ħadd 17 ta' Jannar sas-Sibt 23 ta' Jannar Kompetizzjoni maż-żodjaku ta' Capricorn Wasalna fl-aħħar ġimgħa ta' dan iż-żodjaku ta' Capricorn, għalhekk waslet ukoll il-kompetizzjoni għalikom il-qarrejja ta' din il-paġna. Għal din il-kompetizzjoni għandkom 7 premjijiet li huma dawn: • L-ewwel erba' risposti tajba jirbħu l-kalendarju żodjaku u tliet xhur b'xejn il-gazzetta ILLUM • It-tliet rispost l-oħra jirbħu skont ta' 10% fuq trattament ta' sbuħija mogħti mingħand Angels and Crystals Beauty and Wellness Marsascala Mistoqsija: Wara ż-żodjaku ta' Capricorn liema jmiss? Aries, Aquarius jew Pisces? Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil: Paul Jon, Kompetizzjoni ILLUM, PO Box 27 Paola. Ir-rebbieħa jitħabbru l-Ħadd 7 ta' Frar Jekk tixtieq aktar informazzjoni, ibgħat messaġġ fuq 79495804 jew żur is-sit www.pauljon13.com. Namaste Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta Capricorn għalik bħala Aquarius ser jibda billi jagħtik direzzjoni f 'dak li tant tixtieq. Għalkemm kellek xi sitwazzjonijiet xi kultant diffiċli fil- passat, dan issa trid tħallih warajk u hekk tkun tista' tagħmel riflessjoni, u tagħraf dak li huwa ta' ġid għalik. Wasal iż-żmien li tqum fuq saqajk. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodjaku li toffrilek gwida pożittiva ġej minn Aries. Aquarius magħrufin għall-organizzazzjoni tagħhom. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta Capricorn għalik bħala Pisces ser tinbidillek id- direzzjoni bejn dak li huwa utli għalik u dak ta' madwarek. Dan huwa perjodu ta' riflessjoni kif int sejra tagħmel bilanċ bejn dak li trid tkabbar madwarek għal dak li huwa meħtieġ. Trid tagħraf tħares lejn dak li hemm riesaq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż- żodjaku li toffrilek gwida pożittiva ġej minn Scoprio. Pisces magħrufin bħala nies spontanji. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta Capricorn għalik bħala Aries ser ikun perjodu li fih tagħraf aktar fejn tixtieq verament tasal fit- twettiq tiegħek. Issa trid tasal għal deċiżjoni u din hija importanti sabiex tibda f 'direzzjoni li bil-mod tagħtik aktar kontribut pożittiv f 'dak li hemm ġej għalik. Agħraf sew dan il-perjodu jekk trid titkattar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodjaku li toffrilek gwida pożittiva ġej minn Virgo. Aries huma magħrufin bħala nies emozzjonali. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta Capricorn għalik bħala Taurus ser ifisser mument li fih titnaqqas il-pressjoni kbira li għandek madwarek sabiex tkun kapaċi ssib it aktar spazju għalik, dan l-ispazju huwa bżonjuż sabiex int tibni lilek innifsek fiżikament u mentalment. Agħraf ikkontrolla. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodjaku li toffrilek gwida pożittiva ġej minn Capricorn. Taurus huma magħrufin għat- twemmin fihom infushom u l-abbiltà tagħhhom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta Capricorn għalik bħala Gemini ser jinfetħulek toroq li int kont tara kważi impossibbli li jinfetħu. Dan ser jiġri sabiex int tkun tista' tagħraf x'direzzjoni għandek tieħu fil-ġimgħat li ġejjin. Trid tagħraf liema minn dawn it-toroq huma vijabbli għalik sabiex tkun tista' tikkonċentra fuq dawk li huma ta' gwadann. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Iż-żodjaku li toffrilek gwida pożittiva ġej minn Aquarius. Gemini huma magħrufin li jservu ta' pont. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta Capricorn għalik bħala Cancer ser jibda billi tħejji pjan ibbilanċjat bejn il-karriera u l-kumplament ta' dak li qed iseħħ madwarek sabiex tkompli tissaħħaħ u tikber. Dan ser jikkawża responsabbilt. Dan il-bilanċ għandu jitwettaq fuq bażi soda sabiex ma jkunx hemm problemi. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodjaku li toffrilek gwida pożittiva ġej minn Sagittarius. Cancer huma magħrufin bħala nies attivi. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta Capricorn għalik bħala Virgo ser ifisser tnaqqas it minn dik ir-ras iebsa li jaf ikollok. Agħraf agħmel dan sabiex tagħraf tkun aktar flessibbli kemm fis- sitwazzjonijiet ta' madwarek u anke meta tintalab opinjoni. B'hekk għandek tagħraf li meta tkun flessibbli twettaq aħjar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodjaku li toffrilek gwida pożittiva ġej minn Cancer. Virgo huma magħrufin għall-attenzjoni tagħhom. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta Capricorn għalik bħala Libra ser ifisser li int trid tasal lejn konklużjoni f 'dak li qed tħejji. Tagħmel ser li tidħol fil-fond, però taf ukoll li issa m'għandekx ittawwal aktar dak li kellek tagħraf żgur li kellek żmien biżżejjed. Wettaq u ħares 'il quddiem biss. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodjaku li toffrilek gwida pożittiva ġej minn Taurus. Libra magħrufin għall-istabbilità tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta Capricorn għalik bħala Sagittarius ser ikun mument ta' riflessjoni dwar il-pożizzjoni li hemm quddiemek. Tħallix l-inċertezza titwessa' żżejjed. Sib ħin għalik sabiex tagħraf tieħu d-deċiżjonijiet vijabbli. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż- żodjaku li toffrilek gwida pożittiva ġej minn Gemini. Sagittarius huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta Capricorn għalik bħala Scorpio ser ikollok iżjed għarfien ta' fejn u kif għandek tkompli tavvanza fil-karriera tiegħek f 'dan il-perjodu, joffrilek ukoll laqgħat ma' nies li huma ta' importanza għalfejn trid tasal. Mhux dejjem ser issib min jaqbel ma' dak li tħaddan int imma dan m'għandux ikun ta' ostaklu. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodjaku li toffrilek gwida pożittiva ġej minn Leo. Scorpio magħrufin bħala persuni ta' flessibbli. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta' Capricorn għalik bħala Capricorn ser jagħmlek tħoss u tieħu gost twettaq. Dan l-aħħar minħabba pressjoni ma stajtx twettaq dak li verament tħobb imma issa dan tista' twettqu u ser ikun tajjeb ferm għalik sabiex tibni aktar lilek innifsek fi trankwillità. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Iż-żodjaku li toffrilek gwida pożittiva ġej minn CapricorN. Capricorn huma magħrufin għall-umiltà tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta Capricorn għalik bħala Leo ser tkun aktar ippreparat għal deċiżjonijiet li sejrin jittieħdu. Ser ikun hemm deċiżjonijiet fid- dar jew investiment u għalhekk trid tibda tħejji sew lilek innifsek sabiex tagħraf tieħu l-aħjar deċiżjonijiet f 'dak kollu li riesaq lejk. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodjaku li toffrilek gwida pożittiva ġej minn Pisces. Leo huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 January 2021