Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1330258
06 aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' JANNAR 2021 • illum Żieda fil-prezzijiet ta' ċereali tolqot lill-bdiewa ... il- konsumatur mhux mistenni jintlaqat għalissa Nies fis-settur tal-agrikoltura jikkonfermaw li l-prezz ta' materja prima bħaċ-ċereali se jkun qed jogħla b'medja ta' 8%. Bħala konsumaturi dawn it-tibdiliet għandna ma ħassejnihomx s'issa, iżda x'jiġri la darba l-prezzijiet jogħlew aktar? Se naraw żieda fil-prezz ta' prodotti essenzjali bħal ħalib u l-ħobż? MARIANNA CALLEJA Il-qamħirrun u l-qamħ huma fost iċ-ċereali li raw żieda fil- prezz ta' 8% mill-bidu ta' Jannar sa issa. Dan wassal biex il- bdiewa u r-raħħala tagħna jixtru il-materja prima bi prezz għoli, anke jekk il-prezz tal-prodotti li jbiegħu huma stess inżamm l-istess. Il-fornituri tal-ikel u l-konsumatur dawn it-tibdiliet għadhom ma affettwahomx, sa issa. Fornituri li tkellmu magħna qalu li ż-żieda fuq il- konsumatur tkun l-aħħar triq - wara li jassorbu ż-żieda huma u wara jgħin il-Gvern u biss jekk dawn il-prodotti jibqgħu jogħlew matul is-sena - kif qed jiġi indikat fis-swieq sa issa. F'dak il-każ jogħla l-prezz tal- ħalib, produzzjoni ta' laħam u ġobon lokali, fost oħrajn. Fornitur ewlieni tal-ġwież tal- annimali, ikkonferma mal-gazzetta l-ILLUM, żieda konsiderevoli fil- prezz tal-prodotti tagħhom. Skont il-prezzijiet ta' dan il-fornitur, xkora ta' 25 kilogramma qamħirrun żdiedet b'65 ċenteżmu. Prodotti oħra ukoll kellhom tibdil fil-prezz skont kemm jinkludu ċereali bħal, qamħirrun jew qamħ fit-taħlita. L-amministratur tal-fondazzjoni MaYA u raħħal, Karl Scerri kkonferma ukoll li r-raħħala qed jinnotaw żieda fil-prezz tal-ġwież. Karl qal lil gazzetta l-ILLUM li hu esperjenza żieda ta' madwar €35-il tunnellata ġwież li jinkludi ċereali bħal qamħirrun, qamħ u anke fażola tas-soja. Karl jgħid li "pajjiżi barranin jaffordjaw jibqgħu jbiegħu prodotti bil-prezz attwali minħabba li jaħżnu l-ġwież u l-materja prima iżda f 'pajjiżna fejn m'għandnix fejn naħżnu, din se taffettwa l-profitt." Karl kompla jispjega li l-ġwież jiġi meqjus bħala 70% tal-ispejjeż għar-raħħal. Dan kollu jwassal biex jiżdiedu spejjeż imma l-profitt jonqos, la prezz tal-prodott ma jogħlix ukoll. Fl-agrikoltura hemm numru ta' setturi fosthom, tal-laħam, tal- inbid, tal-ġbejniet, tal-ħalib u iktar. Dawn is-setturi kollha jaħdmu id f 'id biex il-Malti jkollu prodott ta' kwalità superjuri. Iżda bħal kastell magħmul bil-karti tal-logħob, malli ċċaqlaq karta, jaqa' kollox. L-istess fl-agrikoltura, meta ikun hemm bidla bħal ma' ngħidu aħna żieda fil- prezz tal-materja prima, is-setturi kollha jiġu affetwati. L-agrikoltura f 'Malta hu settur pjuttost żgħir ikkumparat ma' pajjiżi oħra anke jekk il-varjetà ta' frott u ħaxix hi pjuttost vasta. Meta f 'Malta ma ssibx prodotti għax ikunu barra mill-istaġun, hemm tapprezza s-suq barrani. Iżda hemm prodotti li ssibhom is-sena kollha, bħal ħalib, ġbejniet u laħam. Dawn huma l-prodotti li jaf jintlaqtu l-aktar għax huma kommoditajiet. Il-gazzetta l-ILLUM ħadet ukoll l-opportunità li tkellem lill Kap Eżekuttiv tal-Grupp KPH, Robert Cauchi. Cauchi ikkonferma li għalkemm bħalissa ma kienx hemm ċaqliq fil-prezzijiet, il-prezz se jkun qed jogħla fuq l-maġġoranza tax- xogħol li huma jimportaw lejn Malta. KPH Group hi kooperazzjoni, maqsuma bejn Benna u fabbrika tal-ġwież u b'hekk taħdem l-aktar mar-raħħala. Cauchi spjega kif il-materja prima għoliet fil-prezz għal żewġ raġunijiet prinċipali; In- nuqqas fil-provvista fl-Amerika t'isfel u żieda fid-domanda f 'pajjiżi bħaċ-Ċina. Hu spjega kif din iż- żieda affettwat diversi prodotti fosthom iż-żerriegħa tal-ġirasol, li fl-aħħar sitt xhur goħliet b'38%. Robert Cauchi saħaq li huma jipprovaw jaħżnu ġwież kemm jistgħu, u sakemm il-ħażna tispiċċa jibqgħu ibiegħu bl-istess prezz. La darba jiġi ġwież bi prezz ogħla, xorta hemm affarijiet x'isiru qabel ma jaqtgħuha fatta li jgħollu l-prezzijiet. Hu kompla jgħid li meta jogħla l-prezz, KPH Group tipprova titfa' l-piż tal-ispejjeż fuqha stess għax jafu li huma mhux se jbatu daqs kemm ibati raħħal. "Ladarba s-sitwazzjoni tiggrava u l-ispejjeż jaqgħu fuq ir-raħħala, hemm jidħlu l-awtoritajiet biex jinħolqu miżuri sabiex jitaffa l-piż minn fuq dan is-settur bħal ma sar waqt il- pandemija", temm Cauchi. Hu importanti li ngħidu li prodotti essenzjali jimxu fuq sistema msejjħa bħala 'L-indiċi tal- prezzijiet tal-ikel'. Din tirreferi għal- livell medju tal-prezz għall-ikel fuq skala globali. Jiġifieri prezzijiet ngħidu aħna tal-ħalib ma jistgħux jitilgħu u jinżlu bl-addoċċ, iżda jridu jimxu skont il-medju tal-prezz ta' pajjiżi u reġjuni oħra. Jekk irridu ngħinu lir-raħħala u l-bdiewa, tajjeb li nixtru prodott Malti biex b'hekk id-domanda għal prodott lokali dejjem tibqa tiżdied. Il-qamħirrun u l-qamħ huma fost iċ-ċereali li raw żieda fil-prezz ta' 8% mill-bidu ta' Jannar