Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1330258
07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 17 TA' JANNAR 2021 Identifikat sit għal Ċentru għall-Kura tat-Tfal tad- Deputati; 'Issa f'idejn il-Gvern,' jgħid l-Ispeaker Biżżejjed li jkollna liġi għal rappreżentanza aktar ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fil-Parlament? Il-Parlament jaħseb biżżejjed biex jagħmel il-ħajja aktar faċli kemm għall-irġiel iżda anke għan-nisa? Fuq kollox, x'jgħid l-Abbozz ta' Liġi u l-Oppożizzjoni x'qed tipproponi? YENDRICK CIOFFI Bħalissa fil-Parlament għaddejja diskussjoni dwar Abbozz ta' Liġi għal rappreżentanza aktar ugwali f 'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż iżda l-ħidma ilha għaddejja, anke mill-Uffiċċju tal-Ispeaker, biex jiddaħħlu miżuri li mhux biss jinkoraġġixxu aktar nisa joħorġu għall-Elezzjoni Ġenerali, iżda anke biex id-Deputati kollha jkollhom aktar ħin biex iqattgħuh mal-familja. Dwar dan il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Ispeaker Anġlu Farrugia u fost oħrajn staqsietu x'sar mill-wiegħda li kienet saret biex ikun hemm Ċentru għall-Kura tat- Tfal fejn id-Deputati jkunu jistgħu jħallu lil uliedhom waqt li jkunu għax-xogħol fil-Parlament. Farrugia spjega li peress li l-binja tal-Parlament hija dik li hi u l-ispazji kollha huma meħuda, ġie identifikat sit f 'Belt is-Sebħ li jkun jista' jservi għal dan il-għan. Fil-fatt, kompla jispjega Farrugia, it-tir huwa li minn dan iċ-ċentru ma jibbenefikawx biss il-Membri Parlamentari imma anke l-istaff li jaħdem f i l - Parlament. "Is-sit ġie identifikat. Hemm fejn isir. Issa f 'idejn il-Gvern. Jekk irid jista' jaqbad u jagħmlu," insista l-Ispeaker. Fakkar ukoll kif fl-aħħar xhur u snin iddaħħlu diversi miżuri li kollha jagħmlu l-ħajja fil-Parlament aktar faċli mhux biss għan-nisa imma anke għad-Deputati kollha. Fil-fatt, kien l-Ispeaker li ppropona li l-Parlament jibda jiltaqa' mill-4pm u mhux fis-6pm kif kien isir qabel, fejn is-seduti kienu jġebbdu sad-9:30pm. Apparti minn hekk, kompla jispjega l-Ispeaker, hemm ukoll kamra fejn Deputati u ħaddiema tal- Parlament li jkollhom trabi jew tfal żgħar, ikunu jistgħu jbiddlulhom. X'qed ikun diskuss bħalissa fil- Parlament? Bħalissa, il-Parlament qed jiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi li l-għan tiegħu huwa li jwassal għal rappreżentanza aktar ugwali fil- Parlament u li jfisser li minn wara l-elezzjoni ġenerali li ġejja, aktar nisa se jkunu eletti f 'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. Il-liġi kif ippreżentata mill-Gvern tinkludi mekkaniżmu (li jidħol fis-seħħ wara l-proċess elettorali eżistenti u wara li jkunu eletti l-65 Deputat) meta wieħed mis-sessi (bħalissa dak femminili) jikseb inqas minn 40% tas-siġġijiet parlamentari.w F'każ li jiġri hekk, dan il-mekkaniżmu jippermetti li jiżdiedu sa massimu ta' 12-il siġġu addizzjonali, liema siġġijiet ikunu riservati għal kandidati mis-sess sotto-rappreżentat (preżentament in-nisa). Jekk ikun hemm il-ħtieġa li jiżdiedu t-12-il siġġu kollha kemm huma, dawn jinqasmu awtomatikament sitta għan-naħa tal-Gvern u sitta fuq in-naħa tal- Oppożizzjoni. Dan biex jekk il- poplu jkun għażel li jagħti vantaġġ ta' ammont ta' siġġijiet lill-Gvern, ma jkun hemm l-ebda ċaqliq fir- rieda tal-elettorat. L-ewwel li jiġu eletti huma dawk il-kandidati nisa li jkunu baqgħu 'mdendla.' Dan xi jfisser? Fi kliem sempliċi, fis-sistema elettorali tagħna, biex tkun stabbilita kwota fuq distrett, irid ikun hemm ħames siġġijiet u wieħed. Dan ifisser li biex tkun stabbilita l-kwota, in-numru ta' votanti f 'distrett ikun diviż bejn sitta, li jfisser li dejjem ikun hemm kandidat wieħed li għal it jibqa' 'imdendel.' Għalhekk, l-ewwel mhu se jiġu eletti biex jimtlew dawn is-siġġijiet addizzjonali, huma dawk il- kandidati 'mdendla' mis-sess sotto- rappreżentat (fil-każ ta' bħalissa kandidati nisa) li ma jkunux telgħu bis-sistema preżenti. Pereżempju, fl-aħħar elezzjoni ġenerali, żewġ kandidati nisa spiċċaw 'imdendla' wara l-aħħar għadd. Paula Mifsud Bonnici, li kkontestat mal-Partit Nazzjonalista fuq l-ewwel distrett, kienet il- kandidata 'mdendla,' b'2,749 vot. Deborah Schembri, li kkontestat mal-Partit Laburista fuq it-12- il distrett baqgħet 'imdendla' wara li kisbet 3,417-il vot. B'dan il-mekkaniżmu, dawn iż- żewġ kandidati kienu jiġu eletti awtomatikament biex jimlew is- siġġijiet addizzjonali. Jekk wara dan l-ewwel pass, ma jkunux imtlew is-siġġijiet kollha addizzjonali, jiskatta proċess ieħor. Fi kliem sempliċi, il-Kummissjoni Elettorali taqbad il-kandidati kollha mis-sess sotto-rappreżentat (bħalissa n-nisa) tal-partit, irrispettivament mid-distrett u tinħoloq klassifika skont kemm ikunu ġabu voti fl-aħħar għadd qabel ikunu ġew eliminati. L-Abbozz ta' Liġi jgħid li din il- klassifika għandha tkun ibbażata jew fuq l-għadd tal-voti li dawn il- kandidati jkunu kisbu jew inkella fuq il-voti miksuba fl-aħħar għadd qabel ġew eliminati, espressi bħala persentaġġ tal-kwota tad-distrett li jkunu kkontestaw fih. Jekk anke wara dan ikun għad fadal siġġijiet addizzjonali vojta, ikun f 'idejn il-partiti rispettivi biex jagħżlu persuni b'dak il-proċess magħruf bħala co-option. L-Oppożizzjoni qablet? X'qed tipproponi? Il-Partit Nazzjonalista mhuwiex kontra dan il-mekkaniżmu iżda din il-ġimgħa ppreżenta erba' emendi għal dan l-Abbozz ta' Liġi, fosthom anke biex dan l-istess mekkaniżmu japplika wkoll meta aktar minn tliet partiti jkunu eletti fil-Parlament. Fil-fatt, il-PN qed jissuġġerixxi li jekk xi darba aktar minn żewġ partiti jeleġġu Deputati, it-tielet partit jibbenefika minn siġġijiet addizzjonali jekk jeleġġi minn tal- inqas ħames Membri Parlamentari. Is-siġġijiet mogħtija lit-tielet partit jittieħdu mill-massimu ta' sitt siġġijiet mogħtija lil dik in-naħa tal-kamra li magħha se jkunu qed ipoġġu. L-aktar emenda importanti li qed jippreżenta l-Partit Nazzjonalista hija dik biex l-elezzjonijiet każwali f 'dawk il-każi fejn kandidat ikun elett minn żewġ distretti, isiru immedjatament. Fil-fatt, il-PN qed jipproponi sistema awtomatika fejn kandidat iċedi dak id-distrett li fih ikun ġab l-inqas ammont ta' voti, fl-ewwel għadd, maħdum bħala persentaġġ tal-kwota. Hekk, anke meta wieħed iqis is-sistema elettronika li biha qed jiġu magħduda l-voti, l-elezzjonijiet każwali jkunu jistgħu jsiru immedjatament biex il- kompożizzjoni tal-Parlament tkun magħrufa mill-aktar fis biex anke l-mekkaniżmu għall-korrezzjoni tal-ġeneru jkun jista' jiskatta malajr kemm jista' jkun. It-tir huwa li l-għada li jkun beda l-proċess tal-għadd tal-voti, anke l-Prim Ministru jkollu quddiemu, malajr kemm jista' jkun, il-Grupp Parlamentari biex ikun jista' jifforma l-Kabinett. Kif spjegat aktar qabel, il-PN jaqbel li l-ewwel li jiġu eletti b'dan il- mekkaniżmu propost, ikunu dawk in-nisa li jkunu baqgħu mdendla fl-aħħar għadd iżda ma jkunux ġew eletti. Madanakollu qed jipproponi klassifika aktar ċara għal dawk in- nisa li jkunu ġew eliminati imma li jkollhom ċans jiġu eletti jekk ikun hemm bżonn siġġijiet addizzjonali minħabba l-mekkaniżmu propost. Il-PN qed jisħaq li l-klassifika ta' dawn il-kandidati għandha ssir skont il-voti miksuba fl-aħħar għadd qabel ġew eliminati, espressi bħala persentaġġ tal-kwota tad- distrett li jkunu kkontestaw fih. Fl-aħħarnett, il-Partit Nazzjonalista jrid ukoll li kwalunkwe emendi proposti fil- futur għal dan il-mekkaniżmu, għandhom ikunu approvati bil-vot taż-żewġ terzi tal-Parlament. Bħalissa 13% biss tad-Deputati huma nisa L-Ispeaker Anġlu Farrugia